B'riferenza għall-proġett tal-pavimentar ta' l-Imdina, jista' il-Ministru jgħid kemm jiswa l-proġett, inkluż breakdown ta' l-ispejjeż, inkluż ħlas ta' overtime allowance oħra kif ukoll ħlas għall-monitoring arkeoloġiku? Il-MEPA ħarġet compliance certificate peress li sal-lum ma sarux ir-rampi rikjesti mill-MEPA?
Jista' jgħid jekk hux minnu li l-pavimentar ġie hacked bil-makna meta skond it-tender kellu jsir bl-idejn?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li fi proġett ta' din in-natura wieħed jistenna variations addizzjonali kif ukoll penalitajiet. Dawn l-ammonti zgħar qed jiġu maħduma u verifikati u għaldaqstant l-informazzjoni ser tingħata hekk kif jiġu stabbiliti dawn il-figuri.
Ir-rampi rikjesti saru kollha ħlief waħda li qegħdin isiru diskussjonijiet fuqha.
It-tender tgħid li l-finish tal-wiċċ tal-paving slabs għandha tkun bħal finish ta’ pjazza f’Ragusa fi Sqallija.
Jista' il-Ministru jikkonferma li skond diversi rapporti, fosthom dak tal-kumpannija Pancontinental Oil@Gas NL ta' Western Australia, hemm b'mod ċar u espliċitu li jgħidu li hemm bjar biż-żejt, fosthom dak deskritt bħala Chianti Prospect ta' 455 miljun barmil ta' recoverable oil potential u ieħor tal-Lumincello Prospect ta' 968 miljun barmil ta' recoverable oil potential, u dan wara siesmic surveys tas-sena 2004 li saru f'zoni f'ibħra Maltin fejn m'hemm l-ebda problema mal-Libja jew xi pajjiż ieħor dwar kwestjonijet ta' border? Jaf li jekk hu l-każ, bħalma nemmen li hu, għandux jaqbad minnufih jaħdem biex itella' dan iż-żejt u jtaffi mill-ewwel it-tbatijiet li għaddej minnhom il-poplu Malti u Għawdxi minħabba l-applikazzjoni tas-surcharge, u dan għaliex l-istess sejbien jista' iservi bħala garanti mal-kumpanniji l-kbar bħala set-off futur ta' l-istess piż tas-surcharge?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-prospetti li qed jagħmel aċċenn għalihom l-Onor. Interpellant m’humiex bjar taż-żejt, iżda nħawi fejn hemm chance li jinstab iż-żejt jew il-gas fi kwantitajiet kummerċjali meta jsir tħaffir ta’ bjar fihom.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ktieb maħruġ mill-BICC Impressions Aesthetics Designer Handbook?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il Mejda tal-Kamra, kopja tal-pubblikazzjoni Impressions Aesthetics Design Handbook, maħruġ mill-Kunsill Konsultattiv dwar L-Industrija tal-Bini, kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex waqaf ix-xogħol ta' manutenzjoni fuq il-kappella tas-Salvatur fil-Kalkara? Meta hemm il-ħsieb li jitkompla x-xogħol?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-ewwel fażi tal-proġett kien ikopri xogħol fuq ġewwa tal-kappella. Dan ix-xogħol huwa prattikament lest u kien ġie mwettaq miċ-Ċentru Malti tar-Restawr ta’ Bighi.
Ix-xogħol li baqa’ jsir fuq ġewwa u dak ta’ barra ser jitkompla mill-ħaddiema tas-Sezzjoni tar-Restawr fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet. Dan jinkludi twaħħil t’aperturi ġodda u bieb prinċipali li huwa nieqes. Ix-xogħol mistenni jitkompla għal bidu ta’ Settembru ta’ din is-sena.
Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir mill-ground ta' quddiem l-iskola primarja ta' Bormla? Għad hemm ħsieb li jitħaffer biex isir carpark? Jekk fl-affermattiv, meta se jibda x-xogħol? Jekk le, ma jistax jikkonsidra li hemm isir ground artifiċjali biex jitgawda mit-tfal ta' Bormla?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat illi l-involviment tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura f’dan il-proġett imur lura għas-sena 2002 meta t-Taqsima tax-Xogħlijiet kienet issottomettiet outline development application għal dan il-car park f’Bormla bħala parti mill-proġett tal-Kottonera.
Ir-responsabilta’ ta’ dan il-proġett illum taqa’ taħt il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18629 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta tax-xogħlijiet ta' embellishment proposti f'Għar id-Dud, Tas-Sliema?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tat-tisbiħ li se jsir fil-promenade ta Għar id-Dud, Sliema. L-Onor. Interpellant għandu japprezza li dawn il-pjanti m'humiex finali u jistgħu jigu amendati skond iċ-ċirkostanzi tax-xogħol li jkunu kumpatibbli mal-post.
Dipartiment tax-Xogħlijiet — Sezzjoni ta' l-Arkivji
Question
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk is-sezzjoni ta' l-arkivji fi ħdan id-dipartiment tax-xogħlijiet hux se jiġi trasferit għal mad-dipartiment ta' l-artijiet? Jekk fl-affermattiv, minħabba l-valur storiku ta' dawn l-arkivji jistgħux jiġu trasferiti għall-arkivji nazzjonali?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li sa llum m'hemm l-ebda ħsieb li s-sezzjoni ta' l-arkivji fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet tiġi trasferita għal mad-Dipartiment ta' l-Artijiet.
Riżorsi u Infrastruttura — Xiri/Kiri ta' Proprjeta'
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, awtoritajiet u kull ente li taqa' taħtu mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadu b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat? Jekk fl-affermattiv, meta u b'liema titolu? Ħarġet sejħa għall-offerti? Mingħand min akkwistaw din il-proprjeta'? Għal liema raġuni akkwistaw din il-proprjeta'? Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat illi mill-2005 sa llum, ma kien hemm ebda proprjeta’ li nxtrat, inkriet jew ġiet meħuda b’ċens mis-settur privat, mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, l-awtoritajiet u l-enti li jaqgħu taħtu.
Jista' il-Ministru - kif ġentilment għamel il-Prim Ministru - jagħti tagħrif dwar l-infiq tal-ministeru, korporazzjonijiet, azjendi, enti u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq mobile phones fis-sena 2005?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant rIgward in-nefqa fuq mobile phones matul is-sena 2005 hi kif tidher hawn taħt:-
Dipartiment
Ammont
(Lm)
Ministeru
3,853.21
Direttur Ġenerali/Finance & Administration
990.62
EU Affairs
5.79
Building Construction Industry Department
179.99
Construction & Maintenance Department
390.80
Oil Exploration Department
634.39
Cleansing Services Department
604.00
Building & Engineering Department
219.42
Manufacturing & Services Department
130.00
Proġetti għar-Rijabilitazzjoni
340.00
Building & Industry Consultancy Council
380.00
Malta Resources Authority
1,147.10
TOTAL
8,875.32
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni kurrenti fir-rigward tat-tiftix taż-żejt u cioe' kemm hawn kumpanniji li għandhom konnessjoni, xi stħarriġ qed isir u jekk humiex jitħaffru xi bjar? F'liema nħawi qed issir it-tali attivita'? Jista' il-Ministru jgħid kemm-il konċessjoni ngħataw f'dawn l-aħħar 30 sena, fiex kienet tikkonsisti l-attivita' li saret, f'liema nħawi u kemm tħaffru bjar s'issa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li bħalissa hawn ħames kumpaniji li qed jagħmlu studji dwar it-tfittix taż-żejt fl-ibħra Maltin. Diversi xogħlijiet ta’ stħarriġ qed isiru b’konnessjoni ma’ dawn il-liċenzji skond il-programm ta’ xogħol stipulat ma’ kull liċenzja. Bħalissa m’hemmx tħaffir ta’ bjar.
L-inħawi ta’ dawn il-liċenzji, kif ukoll informazzjoni oħra dwar liċenzji li ngħataw u bjar li tħaffru f'dawn l-aħħar 50 sena jinstabu fuq il-websitetal-Ministeru www.mri.gov.mt.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi proġett, forsi anke b'għajnuna ta' fondi mill-Unjoni Ewropea, fejn il-Victoria Lines jiġu msebbħa u rranġati peress li dawn jistgħu jservu ta' attrazzjoni turistika kbira?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat illi bħalissa s-Sezzjoni tar-Restawr fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qiegħda tipprepara pjan ta’ xogħlijiet biex il-linja ta’ fortifikazzjonijiet matul il-Victoria Lines tiġi rijabilitata’.
Inżid ngħid illi matul dawn l-aħħar snin, is-Sezzjoni tar-Restawr kienet impenjata fuq diversi xogħlijiet ta’ restawr fuq dawn il-fortifikazzjoniet partikolarment fin-naħa tal-Madliena u Binġemma.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport tekniku u l-istudji li saru fuq l-istatwa u l-pedestal ta' San Lawrenz fil-Birgu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra nota teknika flimkien mad-disinji li saru fuq l-istatwa u l-pedestal ta’ San Lawrenz, fil-Birgu. Dawn saru mit-Taqsima tar-Restawr fid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u l-Manutenzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq rigali li ngħataw minnu jew mill-istaff privat tiegħu, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, matul l-2003, 2004, 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid lil min ingħataw, fiex kien jikkonsisti r-rigal li ngħataw, kemm qam flus, minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu? Jista' jgħid x'rigal ingħata hu bħala Ministru b'reċiproċita'?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-ammont ta' rigali li ngħataw matul l-2003, l-2004, l-2005 u minn Jannar 2006 sa llum separatament huwa kif ġej:-
Sena Ammont
2003 Lm424.20ċ
2004 Lm605.89ċ
2005 Lm360.44ċ
2006 Lm23.84ċ
L-informazzjoni l-oħra mitluba fil-mistoqsija tirrikjedi ħafna ħin u spejjes f'pagi li mhumiex ġustifikabbli.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm daħlu telefonati fuq il-freephone tal-public cleansing department imniedi sabiex jiġi rrapportat rimi ta' skart f'postijiet mhux awtorizzati u għalhekk mormi illegalment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li matul is-sena 2005 daħlu 705 telefonata fuq il-freephone tad-Dipartiment għas-Servizzi ta' l-Indafa sabiex jiġi rrappurtat rimi ta' skart f'postijiet mhux awtoriżżati, filwaqt li matul ix-xhur Jannar u Frar ta' l-2006 daħlu 118 telefonata.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li hu l-ammont ta' skart li l-public cleansing department ġarr u neħħa din is-sena minn siti fejn intrema kontra l-liġi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li matul is-sena 2005 (Jannar sa Diċembru) id-Dipartiment għas-Servizzi ta' l-Indafa ġabar 19,807 tunnellata ta' skart mormi llegalment.
Jista' il-Ministru jgħid jekk jafx bil-fatt li dan l-aħħar fil-bajja tal-Ġnejna ġo l-Imġarr, Malta qed jaqa' ġebel kbir minn fuq l-għolja għal ġol-bajja? Jista' jaċċerta li jekk dan hu fl-affermattiv, isiru t-tiswijiet neċessarji?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-każ ser jiġi investigat minn Perit tad-‘
Dangerous Structures
’ fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet. Għal dan il-għan sar kuntatt mal-Kunsill Lokali sabiex minn naħa tagħhom ikunu jistgħu jindikaw il-post
in
kwistjoni.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet matul l-2005?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat illi fil-bidu tas-sena 2005 kien hemm 46 karozza mikrija lill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħtu. Fl-aħħar tas-sena 2005 kien hemm 30 karozza tal-kiri. L-ispiża totali kienet ta’ Lm 49,400.03ċ.
Background Information
L-ispiża tal-karozzi hija kif murija fit-tabella ta’ hawn taħt:-
Ministry / Department / Enti
Lm.ċ
Ministry
8,214.96
Ministry – Electric Car
2,415.09
EU Affairs, Policy Development and Programme Implementation
993.84
Director General’s Office
771.64
Oil Exploration
24.60
Financial Management
3,627.74
Manufacturing and Servicing
1,394.30
Cleansing Services
8,625.96
Building and Engineering
3,751.64
Construction and Maintenance
10,089.02
Building Industry Consultative Council
886.24
Malta Resources Authority
8,605.00
TOTAL
49,400.03
Matul is-sena 2005 il-karozzi mikrija f’kull xahar kien kif muri hawn taħt:-
Xahar
Total
Jannar
46
Frar
41
Marzu
47
April
47
Mejju
43
Ġunju
28
Lulju
30
Awissu
33
Settembru
31
Ottubru
30
Novembru
31
Diċembru
30
Jista’ il-Ministru jindika l-ammont ta' flus li kull proġett ta' tisbih jew titjib sewa lill-gvern din is-sena lokalita’ b'lokalita’? Liema huma dawk il-lokalitajiet li bħalissa għadu għaddej ix-xogħol fuqhom? F'kull każ, minn liema dipartiment huma l-ħaddiema?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-ammont ta’ flus li ntefqu fuq kull proġett matul is-sena 2005 huwa kif indikat hawn taħt:-
Xogħlijiet ta’ tisbih u titjib Nefqa (Lm)
Xarolla, Żurrieq 777.48
Il-Ġnien ta’ l-Imqabba 22,882.41
Il-Pjazza tal-Mellieħa 5,440.00
Il-Ġnien Pubbliku taż-Żurrieq 25,908.45
Il-Ġnien ta’ Hastings 80,744.00
L-Akwadotti ta’ Ħal Balzan/Birkirkara 16,611.00
St. Mary Street, Żurrieq 14,330.00
It-tieni fażi tax-Xgħajra 19,072.00
Xogħol ta’ tisbiħ minn Ħal Luqa sal-Belt 31,343.00
Xemxija 13,453.00
Paceville (pagamenti pendenti li saru fit-2005) 93,913.00
Dawn il-proġetti għadhom għaddejjin ix-xogħlijiet fuqhom:-
· Il-Ġnien ta’ Hastings
· L-Akwadotti ta’ Ħal Balzan/Birkirkara
· It-tieni fażi tax-Xgħajra
· Xogħol ta’ tisbiħ minn Ħal Luqa sal-Belt
· Xemxija
Il-ħaddiema huma kollha mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fit-Taqsima tax-Xogħlijiet.