Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għolja tax-Xagħra ta' l-Għansar

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-istudji tekniċi u ta' l-impatt ambjentali li kellhom isiru għall-mina taħt l-Għolja tax-Xagħra ta' l-Għansar proġettata bħala parti mit-triq ġdida fil-Limbordin f'San Pawl il-Baħar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ewwel parti tal-istadju preliminari kemm tekniku u kif ukoll dak ta' l-impatt ambjentali għandhom ikunu lesti mill-konsulenti barranin fi żmien qasir. Ġudizzju aħħari jista biss jingħata meta l-istudji kollha jkunu sottomessi. Dan il-proċess mistenni jitlesta fi zmien ftit xhur oħra.

Park and ride

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru hux qed jikkonsidra l-possibilita' ta' skema park and ride mil-Luxol għall-inħawi ta' Paceville minflok l-użu ta' car park pubbliku taħt il-bini ta' Pender Place? Fhiex waslu dawn il-konsiderazzjonijiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ADT flimkien mal-MEPA u l-Kunsill Lokali ta' Pembroke ħejjew pjanti għal proġett ta' Park & Ride li jopera mis-sit tal "Parade Ground" ghal Paceville. L-ADT diġa ssottometit applikażżjoni mal-MEPA f'dan ir-rigward. L-Awtorita' se tkun f'poziżżjoni li toħrog it-tenders meħtieġa fil-futur qarib dejjem suġġett għall-permessi mehtiega.

Mellieħa — Santa Maria Estate

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti qed isiru bejn il-kumpannija Cenmed u l-Awtorita' dwar it-Trasport biex ikunu jistgħu jinksew u jsiru b'mod tajjeb it-toroq f'Santa Maria Estate fil-Mellieħa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li għalkemm waslu fi stadju avvanżat id-diskussjonijiet bejn l-ADT u l-kumpanija Cenmed għadhom ma humiex konklużi. Dettalji eżatti jingħataw hekk kif jintlaħaq ftehim aħħari.

Haz-Zebbug — Triq De Rohan

Question

B'referenza għad-domanda parlamentari 26675, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju u x'inhi s-soluzzjoni għall-problema?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li saru inspezzjonijiet fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant fejn irrizulta li hemm problema ta' "flooding" f'parti minn din it-triq. Ninsab infurmat ukoll li x-xogħolijiet f'din it-triq kienu saru mill-Kunsill Lokali w il-manutenżjoni meħtieġa taqa' taħt ir-responsabilta' tal-Kunsill.

Rabat — Triq taħt ta' Zeppita

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li t-triq rurali Triq Taħt ta' Zeppita, l-irdum ta' ġewwa l-Imtaħleb, limiti tar-Rabat Malta tiġi rranġata u asfaltata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant ma taqax taħt ir-responsabilta' tal-Gvern Centrali u b'hekk mhiex inkluża fil-programm ta' toroq li jridu jsiru.

San Ġiljan — Flooding eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26758 u jara jistgħux jittieħdu passi biex meta tagħmel xita bil-qliel ma jkunx hemm flooding eċċessiv tal-Pjazza ta' San Ġiljan quddiem l-għassa tal-Pulizija?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 26758 f'seduta numru 548.

Żvilupp Urban u Toroq — Ħaddiema li għalqu l-61 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li fl-Awtorita' dwar it-Trasport hemm tlett impjegati li għalqu l-61 sena. Dawn għandhom 70 sena, 63 sena u 62 sena. Dawn il-persuni li kienu diġa impjegati ma' l-Awtorita' qabel ma għalqu l-eta' ta' l-irtirar. Tnejn minnhom qegħdin fuq bażi part-time. Huma nżammu fl-impieg għaliex l-esperjenza tagħhom hi valida ghall-Awtorita'

San Ġiljan — Flooding eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jara jistgħux jittieħdu passi biex meta tagħmel xita bil-qliel ma jkunx hemm flooding eċċessiv tal-Pjazza ta' San Ġiljan quddiem l-għassa tal-Pulizija?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li fil-pjażża msemmija jeżistu culverts li jwasslu għall-baħar. Madanakollu wieħed jifhem li minħabba li din il-pjażża tinsab propju fit-tarf tal-wied, meta tagħmel xita qliel l-ilma jieħu ftit tal-hin sakemm isib postu fil- culverts.

Bay Junction

Question

Jista' l-Ministru u l-Awtorita' dwar it-Trasport jikkunsidraw li t-triq jew telgħa Bay Junction li llum saret traffikuża minħabba l-ftuħ ta' hotel kbira, tiġi one way minflok two way bħalma qiegħda llum peress li ħafna karozzi jibblukkaw lil xulxin f'din it-triq? Hemm mod kif wieħed jista' jitla' minn din it-triq u jinżel minn Birkirkara Hill?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku talbet lil l-Awtorita’ ta’ Malta Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kopja tat-Traffic Impact Assessment tal-hotel li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari. Dan intalab sabiex it-taqsima tkun infurmata bl-istudji li kienu saru dwar l-impatt ta’ tali hotel fuq l-inħawi w il-miżuri li kienu gew rakkomandati/deċiżi sabiex jilqgħu għal dan l-impatt fuq Bay Junction u l-inħawi. It-taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku qed tistenna li tirċievi kopja ta’ dan it- Traffic Impact Assessment mingħand l-Awtorita’ ta’ Malta Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.

Balzan — Traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu nstallati traffic lights fil-junctionbejn Triq Birbal u Vjal il-Bon Pastur/Wesgħa Prof. Guze Aquilina, Hal Balzan peress li matul ir-rush hour hu diffiċli li wieħed jimmanuvra f'dawn it-toroq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku qed tinvestiga din il-talba ħalli naraw x’jista jsir.

Imtarfa bypass — Street lighting

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu d-diskussjonijiet ma' l-Enemalta sabiex jiġi provdut street lighting fil-bypass ta' l-Imtarfa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li ġie deċiż li jsir lighting man-naħa tal-pedestrian facilities li hemm f’din it-triq peress li fi triq se jitwaħħlu il-‘cats eyes’.

Chadwick lakes — Tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid, wara talba li saret minn diversi residenti, lil min ingħatat it-tender biex isir xogħol ta' tarmacfiċ-Chadwick Lakes? Kemm hu stmat li jiswa dan ix-xogħol? X'xogħol ser isir u meta se jibda dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li wara sejħa għall-offerti ta' xogħol it-tenders kienu adgudikati w ix-xogħol ingħata lid-ditta Polidano Brothers. Il-valur tax-xogħol huwa ta' madwar Lm35,000 u jikkonsisti l-iżjed fl-asfaltar tat-triq. Ix-xogħol mistenni jibda fil-gimgħat li ġejjin. .

Qawra — Triq Ġulju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fi Triq Ġulju Qawra/Buġibba, għad li l-kostruzzjoni li kienet għaddejja tlestiet, is-sodda tat-tower crane ma tneħħietx u hi ta' ngombru u eyesore?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninform lill-Onorevoli Nterpellant li permessi ta' "tower cranes" huma fil-kompitu tal-Kunsill Lokali kkonċernat. L-ADT ġibdet l-attenżjoni tal-Kunsill ta' San Pawl il-Baħar biex jieħu azzjoni mmedjata.

Safi — Linji sofor

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-awtoritajiet konċernati b'mod partikolari l-ADT, qed tippermetti ksur tal-liġi billi tħalli li jsiru linji sofor doppji quddiem aċċessi li ma jintużawx bħala garage, stante li l-fond jintuża bħala kċina bħalma hu l-każ fi Triq il-Biedja, Safi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Awtorita Dwar it-Trasport ta' Malta ma tapprovax linji sofor doppji quddiem garaxxijiet. Permessi għal linji sofor relatati ma' access liberu għal garaxx, jinħarġu skond il-Policy for Unimpeded Access to Garages. Skond l-Att ta' l-Awtorita' Dwar it-Trasport, l-awtorita' hija responsabbli mill-aspetti tat-trasport li jseħħ f'toroq pubbliċi kif definit l-istess att. L-Onor Interpellant qed jirreferi għall allegat abbużi relatati mal-uzu ta' propjeta' privata. L-Awtorita' m'għandiex dritt bil-liġi li titlob għal aċċess ta' garaxxijiet privati sabiex tivverifika l-użu tagħhom. Għaldaqstant, f'każijiet bħal dawn, l-awtorita' tibbaża d-deċiżjonijiet relatati ma' garaxxijiet privati fuq il-permessi tal-bini maħruġin mill-Awtorita' ta' Malta Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.

Speed eċċessiv

Question

Minħabba l-ispeed li bih jidħlu l-karozzi mit-triq prinċipali tal-Hamrun fi Triq Emvin Cremona l-Imsida, jista' l-Ministru jara li minflok jibdew jitilgħu din it-triq fuq bażi ta' one way minn Triq il-Qawsalla l-Imsida?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li kien hemm suġġeriment mir-residenti fl-inħawi għal xi arranġamenti fis-sistema tat-traffiku. It-Taqsima bagħtet kopja ta' tali suġġeriment lil Kunsill Lokali ta' l-Imsida għall-kummenti tal-Kunsill. Sal-lum, it-Taqsima ma rċivietx risposta mill-Kunsill Lokali.

Żvilupp Urban u Toroq — Salarji u Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 22536.

Ħsarat wara l-maltemp

Question

Wara l-maltemp li għamel ftit jiem ilu jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' ħsarat fit-toroq f'Malta u Għawdex? F'liema toroq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Din ir-risposta hija ssugerita:- L-informazzjoni mitluba mill-Onerevoli Nterpellant qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.

Uffiċjali ta' l-ADT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu mill-ADT l-uffiċjali, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, minn kemm ilhom sospiżi u minn meta ngħataw l-interdizzjoni perpetwa, b'mod separat?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li s-salarju li thallsu l-ufficjali msemmija mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taht Mit-23 ta' Gunju 2006 sa Gunju 2007 (kemm ilhom sospizi): Lm2940.81 Mit-30 ta' Jannar 2007 (meta inghataw l-interdizzjoni perpetwa): Lm1235.45

Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26655 u jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Din ir-risposta hija ssuġġerita:- L-informażżjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.