Jista’ l-Ministru jgħid individwu li twieled fl-1952 li ħadem u ħallas il-bolla dejjem u kellu paga ta' LM160 fil-ġimgħa u ħallas il-bolla full għall-20 sena u li spiċċa ta' 62 sena, kemm għandu pensjoni llum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull każ huwa wieħed partikolari, għalhekk nitolbu li jirreferi l-persuna fl-Uffiċċju Distrettwali tas-Sigurtà Soċjali tal-lokalità tiegħu.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat dan il-każ min-naħa tal-Awtorità tad-Djar li dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Awtorità tad-Djar għamlet kuntatt mal-inkwilin li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fejn ġie kkonfermat l-ilment tiegħu, liema ilment ġie indirizzat kif ukoll saru t-tiswijiet meħtieġa.
Proprjetà tal-Gvern – saqaf imwaqqa – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fejn waqa’ s-saqaf ta' dan il-post li hu proprjetà tal-Gvern?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma jirriżultax li l-Awtorita’ tad-Djar irċeviet ilment dwar ħsarat strutturali mill-inkwilin li d-dettalji dwaru qed jingħataw b’mod separat. Madanakollu, diġa’ sar kuntatt mal-inkwilin kif ukoll ingħata appuntament biex issir spezzjoni fuq il-post minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fuq problema ta’ supplimentari?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-persuna msemmija kienet infurmata b’ittra datata 7 ta’ Diċembru 2016, maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, bir-raġuni ‘l għaliex mhix intitolata għall-Għajnuna Supplimentari. Il-klijent ingħata l-istess spjegazzjoni meta mar l-uffiċċju distrettwali tal-lokalità tiegħu, fil-15 ta’ Diċembru, 2016.
Persuni b’Diżabilità – Independent Living — ħlasijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm dewmien sabiex jitħallsu l-persuni b'diżabilità li jibbenefikaw mill-fond Independent Living? Jista' jgħid jekk il-ħlasijiet li kellhom isiru fix-xhur ta' Ottubru 2016, Novemrbu 2016 u Diċembru 2016 tħallsux kollha sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk le, jista' jgħid kemm għad hemm benefiċċjarji li għadhom ma ngħatawx lura din ir-rifużjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-Fond tal-Ħajja Independenti fil-Komunità jitħallas lill-benefiċċjarji wara li jkunu ġew ivverifikati t-timesheets, l-invoices u l-karti neċessarji li jintbagħtu lill-Aġenzija Sapport. Il-benefiċjarji jiġu nfurmati b’dan minn qabel, fejn saħansitra jitniżżlu dawn id-dettalji fil-kuntratt li jkollhom mal-Aġenzija.
Ċertu dewmien jinħoloq meta:
· Diversi benefiċjarji jibagħtu l-karti neċessarji ta’ diversi xhur f’daqqa.
· Ammont sostanzjali ta’ benefiċjarji jibagħtu l-karti tard fix-xahar.
· Peress li dan huwa settur sensittiv, meta jkun hemm diskrepanzi, il-persuna terġa’ tingħata ċ-ċans li tbiddel jew tirranġa dawn l-iżbalji biex ma tintlaqatx ħażin. F’dak il-każ ma jkunx jista’ jinħareġ il-pagament ta’ dan il-perjodu sakemm ma jkunx sar it-tibdil neċessarju.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, rigward il-pagamenti ta’ Ottubru u Novembru 2016, sad-data li fiha qed tkun imwieġba din l-interpellanza, dawn kienu nħarġu kollha, apparti għal disa’ każijiet. Ħamsa minn dawn il-każijiet baqgħu ma tħallsux minħabba li għadha ma ntbagħtitx it-talba għall-kumpens waqt li l-erba’ każijiet l-oħra, minħabba li l-Aġenzija għadha qed tistenna li jintbagħtu l-korrezzjonijiet min-naħa tal-individwu. Fir-rigward tat-talbiet ta’ Diċembru 2016, l-Aġenzija SAPPORT bdiet tirċievi l-pagamenti tagħhom matul l-ewwel ġimgħa ta’ Jannar, fejn sad-data ta’ din it-tweġiba nħarġu l-pagamenti ta’ dawk it-talbiet kollha li rċevejna qabel l-4 ta’ Jannar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn tfal fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 li qed jieħdu d-Disabled Child Allowance, sena b'sena b'mod separat, u maqsuma bejn bniet u subien? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża annwali għal kull sena msemmija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru tat-tfal flimkiem mal-ispiża għal min jirċievi d-Disabled Child Allowance, għas-snin imsemmija, hija skont kif qiegħed jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Bniet
Subien
Total
Spi
ż
a
2013
321
751
1072
€795,963.61
2014
345
839
1185
€1,063,566.82
2015
383
943
1326
€1,226,935.62
2016
409
976
1385
€1,377,623.70
Ta’ min isemmi li, fis-sena 2014 kien hemm żieda fir-rata tal-ħlas tad-Disabled Child Allowance minn €16.31 għal €20 fil-ġimgħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn persuni li qed jirċievu l-Foster Care Allowance fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 sena b'sena b'mod separat? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża annwali għal kull sena msemmija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li qed jirċievu l-Foster Care Allowance, flimkien mal-ispiża, għas-snin imsemmija, hija kif qed jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Benefiċjarji
Spi
ż
a
2013
224
€967,025.00
2014
213
€879,873.71
2015
204
€875,713.37
2016
190
€821,705.46
Jista' l-Ministru jgħid kemm koppji bbenefikaw mill-Marriage Grant fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 sena b'sena b'mod separat? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża annwali għal kull sena imsemmija? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-koppji li rċevew din il-Marriage Grant qegħdin f'unjoni ċivili?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjomi mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li tħallas il-Children's Allowance kollu li kien dovut f'Diċembru li għadda għal perjodu li jkopri bejn Jannar u April 2017? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa għal dan il-perjodu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, n-nefqa għall-perjodu Jannar sa April 2017 kienet ta’ €9,065,920.75. Dan l-ammont ikopri kemm Children’s Allowance, il-flat rate kif ukoll id-Disabled Child Allowance.
Billi d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qiegħed jaħdem fuq informazzjoni ta’ dħul skont id-Dipartiment tat-Taxxi Interni, dawk kollha li ma kienux konformi mal-istess Dipartiment, tħallsu r-rata bażika ta’ €8.66 fil-ġimgħa.
Dawk kollha li pprovdew l-informazzjoni meħtieġa, bħalma huma l-FS3s u l-profit and loss accounts, tħallsu d-differenza. Hemm oħrajn li kitbilhom id-Dipartiment biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jitħallsu huma wkoll id-differenza.
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mill-Adoption Benefit fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 sena b'sena b'mod separat? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa annwali għal kull sena imsemmija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Adoption Leave beda jitħallas bħal-leave tal-Maternità b’miżura tal-Budget li daħlet fis-seħħ minn Jannar 2015.
Matul is-sena 2015, kien hemm 5 applikazzjonijiet li bejniethom tħallsu s-somma ta’ €4,998.78, filwaqt li matul is-sena 2016 kien hemm 4 applikazzjonijiet li bejniethom tħallsu s-somma ta’ €3,263.52.
Mosta — manutenzjonu fil-binja tal-ħwienet fil-qasam ta' djar tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li fil-qasam ta' djar tal-Gvern fil-Mosta jsir xogħol ta' manutenzjoni mal-binja fejn hemm il-ħwienet quddiem id-Dar tal-Anzjani tal-Gvern peress li din it-talba qed issir għaliex ilu jinħass il-ħtieġa ta' dan ix-xogħol u ma tibqax tidher id-dehra ta' telqa fl-entratura tal-qasam tad-djar tal-Gvern li jixraqlu li jkollu l-entratura tiegħu tidher isbaħ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, minħabba li l-binja msemmija li tinsab quddiem id-dar tal-anzjani m’hijiex residenzjali, tiswijiet u manutenzjoni tal-istess binja ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta’ tal-Awtorità tad-Djar.
Jista’ l-Ministru jara li tiġi ċċekjata l-pensjoni tal-armla li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li qiegħda tara li hemm xi nuqqas fil-pensjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpelleant illi l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat ġiet ikkuntattjata mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali u nfurmata bl-eżitu.
Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' tneħħija supplimentari?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sinjura li d-dettalji dwarha ngħataw separatament ser tiġi kkuntattjata bit-telefon fir-rigward tal-benefiċċju msemmi.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward pensjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-persuna li d-detttalji dwarha qed jingħataw b’mod separat semmija għadha ’l bogħod milli tkun eliġibbli għall-pensjoni. Filfatt il-persuna msemmija għandha 57 sena u l-età pensjonabbli tagħha hi ta’ 64 sena.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward saqaf perikoluż?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar għamlet kuntatt mal-persuna imsemmija. Ma jidhirx li dan il-post ġewwa il-Marsa huwa proprjetà tal-Gvern jew tal-Awtorità tad-Djar u ma jidhirx ukoll li din il-persuna għandha applikazzjoni pendenti taħt xi skema tal-Awtorità tad-Djar fejn jiġi eliminat perikolu f’residenzi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’policy tintuża fit-tqassim tal-appartamenti tal-Gvern? Liema huma dawk l-applikanti li se jkollhom prijorità fl-allokazzjoni ta’ postijiet bil-kera?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti statistika tan-numru ta’ persuni bla saqaf (homeless) ġewwa pajjiżna u minn liema lokalitajiet ġejjin dawn il-persuni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Għalkemm ikun hemm diversi talbiet taħt il-premessa li huma homeless, minn profiling li jsir jirriżulta li mhux dejjem it-talbiet ikunu veritiera. Għalhekk, mhux possibbli li nkunu nafu n-numru eżatt.
Il-persuni li verament huma homeless issibhom f’kenn għand NGOs u postijiet oħra.
Billi riċentement ingħatat informazzjoni dwar in-numru ta’ single mothers li qed jirċievu l-għajnuna soċjali, lokalità b’lokalità, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru, ukoll il-lokalità ta' single mothers li qed jirċievu ċ-children's allowance? Minbarra hekk, jista’ jagħti l-informazzjoni dwar in-numru ta’ persuni li jingħataw iċ-children's allowance u li mhumiex single, lokalità b’lokalità? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk dawn iċ-ċifri jinkludux fihom dawk li jieħdu l-għajnuna soċjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.