Jista’ l-Ministru jara li jiġi mibdul il-cable tad-dawl fi Triq is-Salini li tagħmel ma’ Triq il-Melħ ġewwa Marsaskala, peress b’konsegwenza ta’ hekk dawn it-toroq ilhom sigħat bla dawl?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt mgħarraf li l-manutenzjoni meħtieġa kienet saret il-Ġimgħa 23 t’Ottubru 2015, ċioe’ ġurnata qabel daħlet il-mistoqsija parlamentari.
Jista’ l-Ministru jara x’inhu jsir mal- persuni dijabetiċi kollha li suppost għandhom id-dritt għall-kartuna r-roża, peress li numru ta’ persuni qegħdin jilmentaw li minkejja li l-kartuna r-roża ilha għandhom għall-aktar minn għaxar snin, iċ-Ċentri tas-Saħħa qed jaqbdu u jaqtgħu kollox mill-kartuna r-roża u jitfgħu kollox fuq Schedule V minkejja li dawn il-persuni għandhom dritt għal kartuna r-roża?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-Ċentri tas-Saħħa ma ghandhom l-ebda poter li jaqtgħu mediċini mill-kartuna r-roża għaliex din taqa’taħt id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali, ghaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru ikkoncernat.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li kull konsulent fil-pre-op clinic irid jara 10 pazjenti fil-ġimgħa u li kull pazjent jista’ jdum massimu ta’ 10 minuti għall-vista tiegħu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-figuri li qed tikkwota fil-mistoqsija parlamentari taghha huma kompletament minghajr bazi.
Jista’ l-Ministru jgħid liema konsulent jew konsulenti qed jaraw il-pazjenti li kien isegwi l-professur li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala pediatric gastroenterologist?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kura tal-pazjenti li kien responsabbli ghalihom il-konsulent indikat li bhalissa jinsab fuq emigration leave, qieghda tinghata minn specjalisti ohra inkluz it-tim tal-Consultant Paediatricians, it-tim tal-ispecjalisti fil-Paediatric Surgery, it-tim tal-Consultant Gastroenterologists fid-Dipartiment tal-Medicina, u visiting Consultant Taljan li hu Professur tal-Gastroenterologija tat-tfal. Dawn il-passi ggarantixxu li l-kura tal-pazjenti kompliet minghajr interruzzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li minn mindu l-professur li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament m’għadux jara pazjenti fl-Isptar Mater Dei, m’hemmx full time pediatric gastroenterologist biex jara tfal bi problemi fis-sistema diġestiva u l-intern?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20305 u jgħid minn Marzu 2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm saru direct orders għal xiri ta’ mediċini? Ġew irrispettati r-regoli tal-procurement? Mingħand min inxtraw dawn il-mediċini?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sal-11 ta’ Marzu 2013, u skont mistoqsija parlamentari 274 tat-tnax –il legislatura, kien hemm 183 mediċina out-of stock. B’sodisfazzjon kbir, fil-preżent m’hemm l-ebda mediċina out-of stock u għal 26-il ġimgħa fis-sena li ghada kemm ghaddiet, ma kien hemm l-ebda medicina out of stock fil-POYC. It-tnaqqis ta’ mediċini out-of-stock hija waħda mill-miżuri li huma meqjusin bħala prijorità fil-ħidma tagħna biex intejbu s-settur tas-saħħa. Ix-xiri ta’ medicini mill-Gvern issir skont ir-regoli tal-procurement u bl-awtorizazzjoni tad-dipartiment tal-kuntratti.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18276, jista’ l-Ministru jgħid f’liema data saret l-applikazzjoni imsemmija f’din il-mistoqsija? Jista’ jgħid ukoll meta saret l-istallazzjoni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċess kollu mill-bidu sal-aħħar dam xahar u nofs.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21339 u jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21412 (wieħed u għoxrin elf, erba’ mija u tnax).
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – karozza uffiċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozza uffiċjali li kien juża l-Ministru responsabbli minn dan il-qasam bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienet il-karozza? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu f’każ li kienet mikrija? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswija li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflokk il-karozza uffiċjali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għall-karozza/i li għamel użu minnhom il-Ministru?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu ta' bejn Mejju 2010 u Marzu 2013, il-Ministru tas-Saħħa kien jagħmel użu minn karozza BMW520D li kienet mikrija għal prezz ta’ €1,062 fix-xahar (VAT inkluż).
L-ispiża tad-diesel fil-perjodu msemmi kienet ta’ €15,120.89 (ħmistax-il elf, mija u għoxrin Ewro, u disgħa u tmenin ċenteżmu).
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – kuntratti ta’ servizz lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21670 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21350, jista’ l-Ministru jgħid kemm, u liema kienu, il-kuntratti ta’ servizz li ngħataw mill-entitajiet li jaqgħu taħtu, lill-kumpanija jew soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba l-mistoqsija parlamentari? X’kien il-valur ta’ kull wieħed mill-kuntratt li ngħata u jista’ jagħti d-dati rispettivi ta’ meta ngħataw il-kuntratti? Jista’ jgħid f’kull każ jekk kienx riżultat ta’ sejħa pubblika jew le?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor.i Interpellant illi SEWCU għandhom Car Rental Agreement mal-Kumpanija msemmija għal kirja ta’ karozza waħda b’€10 kuljum.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew diagnosed nisa b'Overian Carcinoma dawn l-aħħar ħames snin? Kemm mietu b'din il-kundizzjoni dawn l-aħħar ħames snin? F'liema stage tal-marda kienu meta saret din id-dijanjożi? X'inhi l-inċidenza ta' din il-marda f'Malta u kif tikkumpara mal-medja Ewropea?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn 2009 u 2013, fir-Registru Nazzjonali tal-Kancer kien hemm irraportati 204 każijiet ta’ kanċer tal-ovarji. Matul l-istess perjodu mietu 167 mara kawża ta’ dan il-kanċer.
Dawn kienu maqsuma kif jidhru fit-tabella t’hawn taht:
Sena
Inċidenza
Mortalita’
2009
42
35
2010
49
37
2011
37
37
2012
40
29
2013
36
29
Totali
204
167
Tabella Nu. 1: Kanċer tal-ovarji: Inċidenza u Mortalita’ matul 2009-2013 – Malta
Policy fejn pazjenti li ma jkunux luċidi ma jweġġgħux lilhom infushom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi attwalment il-policy u l-best practice li hija aċċettata fl-isptarijiet tal-gvern sabiex pazjenti li ma jkunux luċidi ma jweġġgħux lilhom infushom jew lil ħaddieħor? Għal dawk il-pazjenti li minħabba mard fiżiku jew mentali fejn jistgħu jaqgħu mis-sodda jew b’idejhom jaqilgħu apparat mediku bħad-drip eċċ., huwa aċċettat li dawn il-pazjent jiġi restrained bl-użu ta’ faxex biex ma jweġġgħux?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-protokoll dwar dak li qieghed jistaqsi huwa regolat mill-Att dwar is-Saħħa Mentali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' tuberikolożi f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? F'liema areas ta' Malta? Kien hemm tuberkolożi li mhux tal-pulmun u kemm u liema organi kien involuti? Kien hemm każijiet reżistenti għall-antibiotiċi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul 2011 sa 2015, dawn il-każijiet ġew notifikati lid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard skont it-tabella ta hawn taht:
2011
2012
2013
2014
2015
tuberkolo¿i tal-pulmun
22
29
39
32
20
tuberkolo¿i li mhux tal-pulmun
11
12
12
15
12
Totali
33
41
51
47
32
Jista’ l-Ministru jgħid kemm s’issa ġew devoluti bereġ lill-komunità u jekk hemmx pjanijiet biex aktar bereġ jiġu devoluti lill-komunità?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tul dawn l-aħħar xhur il-Qasam tal-Kura Primarja fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa għaddej bi proċess intiż proprju sabiex il-bereġ mifruxa madwar Malta u Ghawdex jissahhu u jitjiebu. Ezercizzju li qieghed isir b’mod innovattiv, id f’id mal-kunsilli lokali. L-għan aħħari huwa li s-servizz minn dawn il-bereg jigi estiz u jsir dejjem aktar sostenibbli. Dan il-proċess ta' devoluzzjoni mid-Dipartiment tas-Saħħa lejn id-diversi kunsilli lokali ghaddej b'mod metikoluż, bil-kunsilli lokali individwali jiġu mitluba jagħtu l-ideat tagħhom dwar kif is-servizz mill-bereġ jista' jsir dejjem aktar utli għall-komunità tal-lokalitajietrispettivi.
Matul l-ahhar sena numru ta' kunsilli lokali raw dan il-proċess jiġi konkluż. Dan jinkludu l-lokalitajiet tal-Għarb u Kerċem f'Għawdex, iż-Żurrieq, il-Kalkara, is-Siġġiewi, L-Imsida, Ħal Ghaxaq u Ħal Tarxien f'Malta. Il-proċess miexi ġmielu wkoll fil-każ tal-kunsilli lokali ta' Ta' Xbiex, Ħaż-Żabbar u Santa Luċija, waqt li fil-gimghat li gejjin ser jinfethu diskissjonijiet ma' numru ta' kunsilli lokali oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kliniċi speċjalizzati fil-qasam tal-Kura Primarja?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’kollox hawn 34 –il klinika specjalizzata fil-qasam tal-kura primarja.
Centru tas-Sahha
KLINICI SPECJALIZZATI
FURJANA
RAHAL GDID
GZIRA
MOSTA
HAL-QORMI
B'KARA
RABAT
BORMLA
GP Review
P
P
P
P
P
P
P
P
Anticoagulant clinic-Point of Care
P
P
P
P
P
P
Wound Clinic
P
P
P
P
P
P
P
P
Speech Language Pathology
P
P
P
P
P
P
P
P
Physiotherapy
P
P
P
P
P
P
Podiatry
P
P
P
P
P
P
P
P
Ophthalmic Refraction (nuccalijiet)
P
P
P
P
P
P
Gluacoma Clinic (Consultant)
P
P
P
P
Diabetic Retinophaty Screening (retinal cameras)
P
P
Gluacoma Screening (nurse led)
P
P
P
P
P
P
Immunisation service and advice clinic
P
P
P
P
P
P
P
P
Diabetes clinic
P
P
P
P
P
P
P
P
ECG clinic
P
P
P
P
P
P
P
P
Medical Consultants Clinic
P
P
P
P
P
P
P
P
Schedule V Clinic
P
P
P
P
P
P
P
P
Digital Imaging
P
P
P
P
P
Gynae clinic
P
P
P
P
P
P
P
Well Baby clinic
P
P
P
P
P
Chronic Disease Management Clinic
P
P
P
Plaster Slabs
P
P
P
P
P
Chronic Kidney Disease Prevention Clinic
P
P
Down' Syndrome
P
Naprotechnology clinic
P
Lifestyle Clinics *
P
Orthopaedic Clinics
P
P
P
P
Orthopaedic Minor oper.
P
Avastin injections clinic
P
Minor General Surgery
P
Dermatology clinic
P
Gynae Minor surgery
P
Fibromyalgia clinic
P
Cardiology Clinic
P
P
Scoliosis Clinic
P
Psychiatry clinic
P
P
P
P
*Dan is-servizz huwa ipprovdutt ukoll mill-bereg ta’ San Gwann, Msida, Zabbar, Zurrieq, Tarxien, San Pawl il-Bahar, Kercem, Gharb u Gudja
Dipartiment tal-Kura Primarja – nefqa f’apparat ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, matul l-aħħar sentejn, kemm intefaq mid-Dipartiment tal-Kura Primarja f’apparat ġdid? Jista’ l-Ministru jelenka x’kien dan l-apparat u għalxiex jintuża?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-pirjodu indikat id-Dipatiment tal-Kura Primarja investa is-somma ta’ Euro783,000 f’apparat gdid. Dan kien jikkonsisti f’16 lead ECG machines biex wieħed jiddentifika mard tal-qalb, Portable AED biex wieħed jagħti xokkijiet elettriċilill-qalb f'każijiet ta' emerġenza, Digital X-rays biex jittieħdu X-Rays diġitali sabiex ikunu jistgħu jiġu diskussi dak il-ħinstess ma' speċjalisti ġewwa Mater Dei, Non Dilating Retinal Cameras biex jittieħdu ritrattitar-retina u jkunu jistgħu jipparagunaw il-progress/regress tal-kundizzjoni tar-retinopatija tal-għajn, Doppler Units biex jiċċekjaw iċ-ċirkolazzjoni fis-saqajn, Vital Signs Monitor biex jiġusegwiti s-sinjali vitali tal-pazjent, Pulse Oximeter apparatelettroniku biex tiċċekja l-polz u l-ossiġnu fid-demm, Torniquet Dual Cuff biex tittieħed il-pressjoni, kif ukoll apparat iehor bhal ma humaTrolleys , Couches, Interferential Units għall-użu bhala trattament ta' fiżjoterapija, Ultrasound Units, Nail Clippers u Portable auto refractometer biex issir il-vista elettronika ghal nuċċali.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun lesta u tilqa’ l-ewwel pazjenti tagħha l-Emerġenza tat-Tfal?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Emergenza specifikament iddedikata ghat-tfal u l-bzonnijiet taghhom f'Mater Dei se tkun ufficjalment miftuha dan ix-xahar
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm persuni użaw l-anticoagulant clinics fil-qasam tal-Kura Primarja, jista’ l-Ministru jaqsam din l-informazzjoni skont iċ-Ċentri tas-Saħħa fejn dan is-servizz huwa offrut?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-2014 u l-2015 in-numru ta’ pazjenti li ghamlu uzu mill-anticoagulant clinics jidher fit-tabella t’hawn taht:
RABAT
3080
QORMI
3052
B'KARA
2781
FLORIANA
2746
PAOLA
2569
Gozo
618
Cospicua
708