Enemalta — Expression of Interest and Capability for Energy Supply - proċess ta' appell
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk dak li qal f'Bondi + rigward x'tip ta' redress se jingħata lil dawk il-konsortia jew kumpaniji li japellaw mill-proċess ta' Expression of Interest and Capability for Energy Supply to Enemalta Corporation, hux kif fil-fatt ġie diskritt f'Bondi +, fejn il-Ministru kien qal li l-proċess ta' appell se jiġi handled minn kumitat apposta? Jista' jgħid jekk dan il-kumitat ġiex kostitwit u jikkonfermax li fost l-oħrajn id-dritt ta' rimedju li jkun jista' jingħata jkun li jiġi aċċettat fil-proċessi sussegwenti inkluż il-parteċipazzjoni fir-Request for Proposal?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-għażla ta' bidders li jipproċedu għall-istadju sussegwenti tal-process hija abbażi ta' kriterji oġġettivi li għandhom jiġu sodisfatti. Il-bidders li jissodisfaw il-kriterji rikjesti jipproċedu għall-istadju ta' RFP. Min iħossu aggravat bid-deċiżjoni għandu dritt jirrikori għall-qorti indipendenti u imparzjali. Il-proċedura ta' redress fl-istadju tal-RFP għadha qed tiġi mfassla.
Jista' l-Ministru jiċċara dak li ġie rappurtat fil-MaltaToday online, li l-link tar-rapport qed jingħata separatament, u ċjoè, li wara l-EOI ħa jkun hemm "final selection process that must follow EU rules by providing a competitive process that can also be appealed"? Peress li l-Ministru diġà kien qal li no formal call for tender will be issued, jista' jirrikonċilja dawn iż-żewġ posizzjonijiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-onorevoli Interpellant li l-fatt li hemm ezenzjoni mir-regolamaneti dwar Public Procurement ma jfissirx li l-proċess kompetittiv m'huwiex regolat. Hemm numru ta' principji li qegħdin jiġu osservat.
B'referenza għall-artiklu li deher fit-Times of Malta tas-26 t'April 2013, jista' l-Ministru jispeċifika eżatt il-proċess ta' appell li se jkun qed jadotta għax-xiri tal-power station? Jista' jgħid ukoll jekk, f'każ t'appell minn wieħed mill-bidders, il-proċess hux ħa jiġi sospiż peress li skont AL65/2013 Reg. 4(d) jgħid 'sakemm id-deċiżjoni tal-qorti tibqa' pendenti, il-proċess tas-sejħa għall-offerti għandu jiġu sospiż?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nikkoregi lill-Onorevoli Interpellant għaliex il-proċess li qegħdin nitkellmu dwaru ma jittrattax xiri ta' Power Station imma huwa kuntratt għall-provvista ta' elettriku u gass. Madanakollu l-proċess se jkollu redress għal dawk li jħossuhom aggarvati minn xi deċiżjoni li tkun ittieħdet.
Jista' l-Ministru jgħid meta ħierġa s-sejħa pubblika għall-water saving kits li għandhom jitqassmu fid-djar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f'Mejju se nibdew proċess ta' tfassil tal-national water policy. Permezz ta' dan il-proċess it-timeframes se jiġu determinati.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 84, jista' l-Ministru jispjega kif hu qed jgħid, skont l-artiklu li deher fuq it-Times of Malta u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li sal-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena se jkollu kuntrattur magħżul ħalli jibni l-power station il-ġdida? Jista' jgħid kif wasal għal din id-data u dan billi jipprovdi l-informazzjoni neċessarja kuq kif ħa jiżvolġi l-proċess?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nikkoreġi l-impressjoni li qed jagħti l-Onorevolli interpellant li se jintgħażel xi kuntrattur biex jibni power station ġdida. Nippreċiza li l-Enemalta se tidħol f’Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement.
L-iskeda li ppreparajna hija mqassma kif ġej:
Is-sottomissjonijiet għall-Expression of Interest and Capability jagħlqu fl-10 ta’ Mejju. Fl-10 ta’ Ġunju għandha toħroġ l-RFP għall-kandidati li jkunu ipproċedew għall-fazi segwenti. Il-proposti għandhom jaslu għand l-Enemalta sal-31 ta’ Lulju fejn wara jsiru l-evalwazzjoniet u adjudication neċessarji. Fl-ewwel t’Ottubru ikun aġġudikat il-kuntratt.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — Transfers mill-MRA
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-persuni li minn Marzu 2013 'il hawn ġew trasferiti mill-Awtorità Maltija għar-Riżorsi (MRA) u issa qed jaħdmu f'unit fi ħdan il-Ministeru tiegħu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant illi l-impjegati imniżżla f’din il-lista ġew “seconded” mill-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Rizorsi għall-Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma:
Energy Policy Unit
· Ing Godwin Sant (Chief Officer, Policy)
· Ing Charles Buttigieg, (Analyst I)
· Ing Rachelle Riolo (Analyst I)
· Ing Maurizio Busuttil (Analyst I)
· Ing Simon Scicluna (Analyst I)
Water Policy Unit
· Mr Manuel Sapiano (Analyst II)
· Mr Michael Schembri (Project Officer)
· Mr Clive Brincat (Clerk)
.
San Pawl il-Baħar — Triq il-Port Ruman - servizzi tal-ilma u drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 447 u jagħti tagħrif dwar jekk fi Triq il-Port Ruman f'San Pawl il-Baħar, is-servizzi tal-ilma u d-drenaġġ humiex mgħoddija matul it-triq kollha, kull fejn hemm it-tarmac mogħti? Jekk le, f'liema parti tat-triq hemm servizzi li huma ieqsin (mhux imqiegħda f'posthom)? Jista' jgħid jekk qabel saru x-xogħlijiet fit-triq kienx hemm konsultazzjoni mal-Korporazzjoni għas-Servizzil tal-Ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat illi kull sena isir High Tension Maintenance Program mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta. Matul dan il-programm l-arbli kollha tal-high tension li jinsabu li huma fi stat hażin jiġu mibdula. Fil-fatt matul is-sena l-għaddiet kienu diġà nbiddlu xi arbli fl-istess żona li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. Huwa ppjanat li l-kumplament tal-arbli f'din iż-żona jkomplu jiġu spezzjonati din is-sena u dawk li jinsabu fi stat perikoluż jiġu mibdula.
Jista' l-Ministru jara li l-wires tal-elettriku li kienu tneħħew minn ma' ħajt waqt il-bini ta' farm fil-Baħrija, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, issa jitwaħħlu mal-arblu għax ilhom aktar minn erba' snin maqlugħa u kull meta jagħmel ir-riħ, jinterrompi l-provvista tal-elettriku tal-farm l-ieħor li qiegħed aktar 'il ġewwa u jieħu l-provvista tiegħu minn dawn il-wires?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat illi l-każ qed jiġi investigat mill-Korporazzjoni Enemalta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Korporazzjoni Enemalta bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurnat illi bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013 ma gewx impjegati ħaddiema ġodda mal-Koporazzjoni Enemalta
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013 il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma impjegat sitta u erbgħin (46) persuna skont l-informazzjoni hekk kif ippreżentat fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — ingaġġ ta' konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 'il quddiem li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħat f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fis-shifts kollha fil-power station tal-Marsa li se tiġi phased out appena tibda taħdem il-power station il-ġdida?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onoervoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fis-shifts kollha fid-Delimara Power Station phase 1 li se tiġi phased out appena tibda taħdem il-power station il-ġdida?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat illi bħalissa ix-shift compliment fuq il-boilers u t-turbini ta' phase 1 u l-impjant awziljarju huwa ta' 65 persuna. Dan l-ammont jinkludi inġiniera, generation officers u anke operaturi
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-power station ta' Delimara (phase 3) mhux qed taħdem full load?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat illi d-diesel engine units li jaghmlu parti mill-estensjoni għandhom bżonn il-manutenzjoni f'intervalli fissi bbazati fuq is-siegħat tal-operat. Mhux prattiku twaqqaf il-magni kollha fl-istess ħin li jkun għaddej il-manutenzjoni u allura magni differenti jkunu jithaddmu billi jkollhom siegħat differenti għal kull par.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li xi wear and tear parts tal-fuel oil strainer mhux qed jiġu ordnati bil-konsegwenza li dan qed jitħammeġ regolarment u b'hekk titnaqqas l-effiċjenza fl-operat ta' Power Station ta' Delimara (phase 3)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat illi l-ispare parts għal fuel oil strainers huma ordnati.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — vakanzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra.
Enemalta — Expression of Interest and Capability for Energy Supply
Question
Jista' l-Ministru jiċċarra fl-Expression of Interest and Capability for Energy Supply to Enemalta Corporation, għal kemm hu t-tul tal-perjodu li l-Korporazzjoni Enemalta jew il-Gvern qed jara dan l-arranġament u għal kemm hu l-perjodu li għalih qed jintalab prezz fiss f'dak li hu forniment ta' gass u elettriku? X'mekkaniżmu ta' aġġustament se jintuża għas-snin sussegwenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dokument tal-Expression of Interest and Capability huwa dokument Kummercjali. F'dan l-istadju qed inħallu ċertu livell ta' flessibilità fl-interess nazzjonali.
Jista' l-Ministru jikkonferma dak li qal fil-ġurnal tat-Times ta' 24 ta' April 2013, li l-perjodu minimu li għandu jingħata prezz fiss hu ta' ħames snin kemm għall-gass kif ukoll għall-elettriku, u jikkonfermax li fil-kampanja elettorali l-Ministru kien dejjem jinsisti li għaxar snin u li dawn it-tip ta' kuntratti jeżistu għalkemm qatt ma ippreżenta kopja?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dokument tal-Expression of Interest and Capability huwa dokument kummerċjali. F'dan l-istadju qed inħallu ċertu livell ta' flessibilità fl-interess nazzjonali.
Dipartiment tal-Kuntratti — Public Procurment Regulations
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern ħa d-deċiżjoni li japplika eżenzjoni mill-Public Procurment Regulations u l-involviment tad-Dipartiment tal-Kuntratti? Jaħsibx li tali deċiżjoni hux se twassal biex ikollna proċess anqas transparenti? U jekk din ma kinetx l-intenzjoni, xi strutturi u proċessi se jintużaw biex il-poplu jiġi assigurat li l-ogħla standards ta' trasparenza jiġu segwiti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-regoli kollha rilevanti se jkunu segwiti