Green Paper for a National Cyber Security Strategy
Question
Jista’ l-Ministru jagħti iktar informazzjoni rigward il-Green Paper for a National Cyber Security Strategy?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Istrateġija Nazzjonali ta’ Malta dwar Informazzjoni Diġitali (Digital Malta) għas-snin 2014-2020, permezz tal-punt ta’ azzjoni nru. 53 isemmi l-ħtieġa ta’ Strateġija Nazzjonali dwar Sigurta’ Diġitali. Huwa f’dan l-isfond li ġiet mnehdija Green Paper dwar din l-Istrateġija bil-għan li twassal għal konsultazzjoni wiesgħa, mad-diversi setturi tas-soċjeta Maltija, fuq suġġett li jolqot lil kulħadd. F’ Novembru tas-sena l-oħra, inbdiet konsultazzjoni pubblika onlajn li se tibqa’ miftuħa sa l-aħħar ta’ Jannar. Tul l-ewwel xhur ta’ dis-sena huwa wkoll ippjanat li jsiru diversi laqgħat konsultattivi pubbliċi, li għalihom il-Green Paper qed isservi ta’ qafas.
L-Istrateġija, kif muri fil-Green Paper, qed telenka tisħieħ f’ oqsma diversi, li huma: governanza u koordinament f’kazijiet ta’ attakki fuq infrastruttura kritika diġitali, introduzzjoni ta’ leġislazzjoni, regolamenti u użu ta’
standards
u
best pactice
internazzjonali relatati mas-sigurta’ diġitali, sigurta’ nazzjonali, kapaċita’ nazzjonali fil-glieda kontra is-cybercrime, edukazzjoni u għarfien, kif ukoll kooperazzjonali nazzjonali u internazzjonali dwar sigurta’ diġitali.
Il-konsultazzjoni mill-Green Paper, għandha twassal għat-tnehdija tal-Istrategija Nazzjonali dwar is-Sigurta’ Digitali fit-tieni nofs ta’ din is-sena, liema Strateġija għandha tpoġġi lil Malta mal-bosta pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropeja li diġa għandhom dan il-pjan
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żieda fin-numru tal-cranes fil-Malta Freeport u jekk iva, għaliex sar dan l-investiment?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li dan l-aħħar waslu erba' cranes ta’ fuq il-moll ġodda fil-Malta Freeport. Dawn, flimkien ma numru ta’ cranes oħra kemm ta’ fuq il-moll kif ukoll tal-bitħa, kienu obbligati li jinvestu fihom il-Malta Freeport Terminals Limited skond il-ftehim li kien sar bejn il-Gvern u l-kumpanija li topera il-Freeport fl-2007. Dan il-ftehim kien marbut ma estensjoni tal-kuntratt.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – għoti ta’ kuntratti lil individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lill-uffiċċju legali tiegħu, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ibbenefikat il-MITA minn Fondi Ewropej bejn l-2013 u l-2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant li bejn l-2013 u l-2015 il-MITA ibbenifikat minn ftit iktar minn miljun u disgħa mitt elf ewro (€1,900,000) f’fondi mill-Unjoni Ewropea.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru upgrades ta’ computers tal-Gvern matul l-2013, l-2014 u l-2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant li bejn l-2013 u l-2015 il-MITA wetqet ‘Operating System upgrades' fuq diversi komputers tal-Gvern:
· Fl 2013, twettqu 4,615 software upgrade
· Fl 2014, twettqu 4,951 software upgrade
· Fl 2015, twettqu 2,203 software upgrade
Dawn l figuri jeskludu komputers ġodda u
upgrades
fl-iskejjel.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni fis-sena 2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2015 inħarġu 1544 liċenzja ta’ importazzjoni , 118 liċenzja ta’ esportazzjoni u 132 liċenzja ta’ oġġetti b'użu doppju/Militari.
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti saru fis-sena 2015 permezz tal-MITA Innovation Hub?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul 2015 il-MITA Innovation Hub niedet numru ta’ proġetti pilota u ta’ natura esperimentali.
StartAPP 15K kienet call li permezz tagħha ġew finanzjati u mgħejjuna żewġ startups li żviluppaw żewg apps, waħda biex issebbaħ l-esperjenza ta’ kull min iżur it-tempji tat-Tarxien, u l-oħra biex toffri liċ-ċittadini l-opportunita’ li jikkonsultaw li statut ta’ żvillup għall-applikazzjoni tal-ipjanar jew biex jirrapurtaw illegalitijiet ta’ natura ta’ pjanar.
L-istartups ingħataw grant ta’ €15,000 kull wieħed. L-app tat-Tarxien se tiġi mnedija dalwaqt. L-app tal-ippjanar hija kompluta wkoll u ħa tiġi mnedija aktar tard din is-sena.
Gamify-IT kienet seħja li permezz tagħha ġew finanzjati u mgħejjuna żewġ timijiet li żviluppaw tlett logħbiet diġitali iddisinjati biex jappoġġaw it-tagħlim tal-bioloġija, storja u ICT.
Saru wkoll xi korsjijiet u bootcamps fuq l-użu tat-teknololġija u design thinking min numru ta’ startup founders u professjonisti ta’ l-informatika.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — bordijiet tal-appell
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Bordijiet tal-Appell, taħt kwalsiasi isem jew titolu, li jinsabu fid-dekasteru tiegħu u b’liema liġi hu mwaqqaf kull Bord jew Tribunal?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema Bordijiet tal-Appell qed jirreferi għalihom.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — użu tat-tieni karozza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamel użu minnha l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tieni karozza tal- Ministru bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet Peugeot 307 XRS li kienet inxtrat f’Mejju 2006 għas-somma ta’ €12,485.
L-ispiża totali fuq tiswijiet ta’ din il-karozza bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 u f'kirjiet ta' karozzi minflokha, kienet tammonta għal €5,229,82
L-ispiża fuq it-tiswijiet biss kienet ta' €2,343.82
L-ispiża f'kirjiet ta' karozzi minflokha biss ammontat għal €2,886
L-ispiza fuq fuel għat-tieni karozza tal- Ministru bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet ta’ €5,304.34 u fl-istess perjodu ingħataw 4225 litri ta’ fuel lil din l-istess karozza.
Kien hemm ukoll spiża ta' €149.63 fi fuel ghall-karozzi li inkrew minflok it-tieni karozza tal-Ministru.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – reklamar fuq media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas s’issa f’reklamar (li jinkludu reklami fuq television, radio, gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-Ministeru kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u entità oħra li taqa’ taħtu mill-1 ta’ April 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba l-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur tar-reklami li għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont li tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — nefqa fuq reklamar u Informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21338 u jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21635 u jgħid kemm intuża petrol u/jew disel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali fil-perjodu msemmi minnu kienet ta’ medja ta’ €80 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 63 litru fil-ġimgħa.
Il-Ministru ma jagħmilx użu mit-tieni karozza.
Segretarjat Parlamentari għall-Kompetitività u Tkabbir Ekonomiku – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21636 u jgħid kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Minsitru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali fil-perjodu bejn April 2014 u Ottubru 2015 kienet ta’ medja ta’ €73 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 55 litru fil-ġimgħa. Is- Segretarju Parlamentari ma jagħmilx użu mit-tieni karozza.