Skola Primarja Siġġiewi — Librerija - ftuħ is-Sibt
Question
Jista' l-Ministru jikkunsidra l-possibbilità li l-librerija fl-Iskola Primarja Siġġiewi tibda tiftaħ is-Sibt filgħodu sabiex jingħata ċans lil dawk li ma jkunux jistgħu matul il-ġimgħa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li d-deċiżjoni dwar jekk tinfetaħx il-librerija tas-Siġġiewi s-Sibt filgħodu m’hijiex f’idejn Libreriji Maltin. Madankollu, Libreriji Maltin ser iwasslu s-suġġeriment tal-Onorevoli Interpellant lill-Kunsill Lokali kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-ħidma li saret s’issa fuq il-proġett tat-tablets fl-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tat-tablets magħruf bħala One Tablet Per Child (OTPC) laħaq fażi oħra fejn wara li f’Settembru 2015 hekk kif matul is-sena kien spiċċa l-proġett pilota kien sar l-ewwel taħriġ fuq il-prinċipji tal-OTPC, fis-16, 19 u 20 ta’ Settembru 2016 ingħata t-tieni taħriġ lill-għalliema kollha li se jkunu qed jgħallmu lit-tfal fir-Raba’ Sena. It-taħriġ sar minn 26 għalliem speċjalizzat li ħadu t-taħriġ tagħhom mill-kumpanija li rebħet it-tender.
Matul dawn it-tlett ijiem tqassmu l-ewwel
tablets
u materjal ieħor li se jgħin lill-għalliem fil-klassi. Tqassmu 483
tablets
bis-
software
stallat lest u l-għalliema ħadu l-ewwel taħriġ fejn raw kif ikunu jistgħu jikkontrollaw il-klassi u jwasslu l-oġġettivi tat-tagħlim bl-aktar mod effettiv u effiċjenti. Is-sapport se jibqa’ jingħata matul is-sena biex l-għalliema jagħmlu progress bil-mod il-mod. Minn Settembru sa Diċembru l-għalliema qed ikomplu jsaħħu l-ħiliet tagħhom bl-għajnuna tal-għalliema speċjalizzati sakemm madwar 4000
tablet
jibdew jitqassmu lit-tfal kollha fil-bidu ta’ Diċembru 2016. Bejn issa u Diċembru se jkunu qed isiru laqgħat mat-tfal biex nitkellmu magħhom dwar kif jieħdu ħsieb it-
tablet
u kif jużawh kif ukoll qed isiru laqgħat mal-ġenituri fejn qed jiġi diskuss mhux biss it-
tablet
imma l-idea sħiħa ta’ litteriżmu diġitali.
L-għalliema għandhom madwar 35 app li l-għalliema speċjalizzati għażlu u fasslu ideat marbutin magħhom kif jintużaw fil-klassi, 13-il app li ġew mat-
tablets
kollha marbuta ma’ ‘l fuq minn 360 lezzjoni mifruxa fuq is-suġġetti kollha. Il-ktieb tal-qari bil-Malti Buffuri supplimentat b’realtà awmentata (Augmented Reality AR) u programmi oħra li nxtraw f’tender separat li jmissu l-Coding, Videos-logħob u kwiżżis interattivi-
concept mapping
li jkopru x-xjenza, matematika, qari, kitba, mużika u arti, u app oħra li tgħin lit-tfal fil-kitba tal-Malti u l-Ingliż. Il-maġġoranza tal-apps mhumiex
drill-and-practise
imma miftuħa u għaldaqstant jistgħu jintużaw f’diversi sitwazzjonijiet.
Tender ieħor se joħroġ biex jinxtara
software
ta’ kotba tal-qari livellat kemm fil-Malti kif ukoll fl-Ingliż.
Barra minn hekk, il-klassijiet kollha tar-raba’ sena ġew provduti aċċess ta’
Wi-Fi.
Dan is-servizz jagħti faċilità ta’ konnettività mmaniġġjata u b’hekk tipprovdi kull
tablet
aċċess għall-internet b’awtentiċità awtorizzata għal kull individwu. Servizzi oħra fuq din il-pjattaforma tinkludi r-
‘Real-Time Classroom Management Application’
u l
-‘Mobile Device Management Application’.
Dawn jaħdmu id f’id sabiex jipprovdu soluzzjoni teknika u ħolistika għat
-tablet.
MCAST – korsijiet full-time fl-ICT – studenti li jiggradwaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti minn korsijiet (full-time) fl-ICT fl-MCAST sena b’sena mill-2012 sal-2015 u jgħid ukoll kemm huwa stmat li ser jiggradwaw din is-sena? Jista’ jaqsam l-informazzjoni skont il-korsijiet rispettivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar kemm iggradwaw studenti minn korsijiet (full-time) fl-ICT fl-MCAST sena b’sena mill-2012 sal-2015 kif ukoll kemm huwa stmat li ser jiggradwaw din is-sena, maqsuma skont il-korsijiet rispettivi, hi kif muri fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Università ta’ Malta — korsijiet full-time fl-ICT – studenti li jiggradwaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw studenti minn korsijiet (full-time) fl-ICT fl-Università ta’ Malta sena b’sena mill-2012 sa l-2015 u jgħid ukoll kemm huwa stmat li ser jiggradwaw din is-sena? Jista’ jaqsam l-informazzjoni skont il-korsijiet rispettivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li gradwaw minn korsijiet fuq bażi full-time offruti mill-Fakultà tal-ICT fl-Università ta’ Malta bejn l-2012 u l-2015 huwa kif jidher fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din it-tabella turi wkoll in-numru ta’ studenti li huma stmati jiggradwaw fl-2016 minn korsijiet fuq bażi full-time offruti mill-Fakultà tal-ICT fl-Università ta’ Malta.
Attachments:PQ 28271 -L-Universita' ta' Malta - korsijiet full-time fl-ICT - studenti li gradwaw.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ministeru hux ser ikun qed jgħin lil dawk il-pitches tal-waterpolo li ġratilhom il-ħsara bil-maltempata ta’ dawn il-jiem fosthom il-pitch tal-waterpolo ta’ Sirens, f'San Pawl il-Baħar?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għadu qed isegwi r-rapporti li qed isiru dwar il-ħsarat li rriżultaw mill-maltempata li seħħet ftit tal-jiem ilu.
Jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn il-fence madwar il-pitch tal-football ta' Birżebbuġa huwa baxx, b'inkonvenjenza kbira għar-residenti tal-madwar li ta’ spiss qed ikollhom blalen li jaħbtu u/jew jidħlu fil-proprjetajiet tagħhom, inkluż fl-għelieqi tal-madwar? Jista’ jikkonferma li skont it-tender oriġinali, dan il-fence kellu jkun 12-il metru għoli?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dak li hemm illum huwa "hard fencing", jiġifieri għas-sigurtà. Fil-ġimgħat li ġejjin ser isir "soft fencing" li jkun pjuttost ogħla minn dan propju biex il-ballun ma jispiċċax fit-triq.
Bireżebbuġa – Pitch tal-Football — barbed wire madwar l-għelieqi
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-barbed wire li tpoġġa minn individwi madwar l-għelieqi li jmissu mal-pitch tal-football ta' Birżebbuġa jitneħħa, għax huwa ta’ periklu għat-tfal u għall-kbar li jkollhom bżonn jiġbru l-blalen li qed jaqgħu fl-għelieqi viċin tal-pitch minħabba li l-fence tal-pitch huwa baxx?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed ikun ikkunsidrat li jsir chain link fencing sabiex jingħalaq l-aċċess għal dawn l-għelieqi u hekk ikun jista’ jitneħħa l-imsemmi barbed wire.
Birżebbuġa – pitch tal-football – ħruġ ta’ ilma u ħamrija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn qed jintilef ħafna ilma u ħamrija għal fuq il-bankina mal-faċċata tal-kumpless tal-pitch tal-football ta' Birżebbuġa kull meta ssir it-tisqija tal-pjanti li qegħdin fuq il-bankina mal-faċċata tal-istess kumpless? Jista’ jgħid x'miżuri se jittieħdu biex din il-ħela u l-inkonvenjent jieqaf?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilma biex jissaqqew il-planters jgħaddi minn pajpijiet irqaq u emitters qabel jaqa’ fil-ħamrija. Dawn il-pajpijiet irqaq huma mqabbdin ma’ oħrajn eħxen minnhom permezz ta’ valvi li flimkien ma' emitters jirregolaw l-ammont ta’ ilma li joħroġ għat-tisqija mill-pajpijiet iż-żgħar. Kemm il-valvi kif ukoll l-emitters ġew regulati biex jitnaqqas l-ammont tal-ilma li joħroġ biex ma jinħeliex ilma. Jonqos biss li l-pajpijiet jiġu mqiegħda iżjed 'il fuq mix-xifer biex l-ilma li joħroġ, anki jekk b'inqas volum, ma jċarċarx 'il barra mill-planters kif kien qed jiġri.
Peress li l-wiċċ tal-ħaxix tal-pitch tal-football ta' Birżebbuġa mhux lixx kif suppost (fiha ħafna inkonsistenzi u mhuwiex livellat) u anke ratba ħafna minħabba l-ammont ta’ rubber infill li tpoġġa, jista’ l-Ministru jgħid meta se titranġa din is-sitwazzjoni li qed twassal ukoll għal ħafna ilmenti ta’ injuries f’saqajn it-tfal u l-players li jużaw dan il-pitch?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru mill-ewwel ħa azzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-pitch tal-futbol ta’ Birżebbuġa u saru numru ta’ laqgħat mal-kuntrattur li ħadem fuq dan il-pitch, bl-involviment tal-klabb. Il-kuntrattur qed jerfa’ r-responsabbiltà kollha għall-inkonsistenzi li jeżistu fil-pitch u ser ikun qed jgħaddi lil dan il-Ministeru rapport tax-xogħlijiet li ser ikun qed jagħmel sabiex jirrimedja n-nuqqasijiet mingħajr ma jtellef mit-taħriġ li qed jingħata lit-tfal u l-players li jużaw dan il-pitch.
B’referenza għall-evidenza li ħarġet f’dan il-filmat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista' l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu jew se jittieħdu mill-MCAST sabiex jistabilixxi dak li wassal għal dan l-aġir inaċċettabbli f’istituzzjoni edukattiva ewlenija f’pajjiżna?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-awtoritajiet tal-MCAST ħadu azzjoni mill-ewwel sabiex jidentifikaw l-istudenti u jittieħdu passi dixxiplinarji mill-ewwel. L-istudenti ġew sospiżi immedjatament mill-MCAST sakemm jitilgħu quddiem Bord tad-Dixxiplina li għandu jsir fil-ġranet li ġejjin biex jistabbilixxi dak li wassal għal dan l-aġir inaċċettabli. Huwa ta’ dispjaċir kbir għall-MCAST li aġir bħal dan jista' jtappan l-isem tal-eluf ta’ studenti tal-MCAST li jistudjaw b’mod responsabbli u rispettuż. L-MCAST hija kommessa li l-istudenti kollha tal-MCAST jistudjaw f’ambjent sikur u ta’ rispett reċiproku.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex wara anqas minn sena, mingħajr lanqas għadu ġie inawgurat il-waterpolo pitch, kif jidher anke viżibilment, iż-żebgħa tal-qiegħ tal-pitch ġewwa Birżebbuġa diġà qed tinqala u se jkollha terġa’ ssir mill-ġdid? Kemm se tkun l-ispiża, li tinkludi anke l-ħela tal-ilma u l-kimika li titpoġġa sabiex ikun jista’ jsir l-għawm? Min se jħallas għal din l-ispiża? Meta se jsir dan ix-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-waterpolo pitch il-ġdid ġewwa Birżebbuġa, wara snin twal f’telqa kbira, jinsab fl-aħħar fażijiet tiegħu sabiex ikun komplut u inawgurat. Dwar iż-żebgħa tal-qiegħ tal-pitch, għaddejjin diskussjonijiet mal-kuntrattur li ħadem fuq il-bini tal-waterpolo pitch, sabiex dan in-nuqqas, li huwa ammetta li għamel, jirrimedjah mingħajr ma jtellef mill-użu fosthom għat-taħriġ tal-klabb u fi żmien li t-temp l-aktar li jippermetti, għas-spejjeż tiegħu.
Birżebbuġa – pitch tal-waterpolo – stallazzjoni ta’ dwal
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li hemm tgergir fost ir-residenti tal-viċin tal-pitch tal-waterpolo f'Birżebbuġa dwar l-installazzjoni ta’ madwar għoxrin fanal fuq is-saqaf tal-istess pixxina minħabba d-dawl li se jiġġeneraw u li dawn, wara li nxtraw u tpoġġew, se jerġgħu jinqalgħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jindika min se jġorr l-ispiża ta’ dan l-arranġament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fanali dekorattivi huma 23 fin-numru u twaħħlu fuq is-saqaf tal-Clubhouse. Minħabba li l-bejt tal-Clubhouse jifforma parti mill-promenade ta’ Birżebbuġa, l-arbli huma tat-tip li dejjem kienu installati fi promenades simili madwar Malta kollha, inkluż Birżebbuġa stess. Id-dawl tagħhom huwa energy saving u ma jikkawżax light pollution. In-numru tagħhom ġie stabbilit skont il-forma tal-post u ġew meqjusa wkoll id-diżlivelli u l-aċċessibbiltà. Tajjeb li l-Onor. Interpellant ikun infurmat ukoll li tali fanali għadhom lanqas biss qatt inxtgħelu.
Birżebbuġa – Pitch tal-Waterpolo – titlu għat-tmexxija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk din il-faċilità l-ġdida, u ċjoè il-Waterpolo pitch ta' Birżebbuġa, hux se tingħata b’titlu għat-tmexxija (bħal ma ngħataw faċilitajiet oħra) lill-Fondazzjoni Sport Birżebbuġa (li hija fondazzjoni mwaqqfa apposta bejn iż-żewġ clubs tal-football tal-kbar u ż-żgħar tal-lokalità)? Jekk fl-affermattiv, meta se titressaq għall-approvazzjoni tal-Parlament? Bdew it-taħdidiet mal-Fondazzjoni dwar il-kundizzjonijiet għat-titlu? Jekk fin-negattiv, lil min se jingħata t-titlu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pitch tal-waterpolo ser ikun qed jingħata b’titolu lill-B’Buġia ASC u mhux lil xi Fondazzjoni kif qed jgħid l-Onor. Interpellant. Dan ser ikun qed isir meta jkun komplut ix-xogħol kollu u ċċertifikata l-kwalità tax-xogħol. Imbagħad ikun imiss il-proċess li tali ftehim jiġi approvat mill-Parlament.
Jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn il-floodlights tal-pitch tal-football ta' Birżebbuġa għamlu żmien ma jixelgħux u għalhekk it-taħriġ mill-clubs ta’ Birżebbuġa kellu jsir sa’ nżul ix-xemx, għad-detriment tal-istess clubs minħabba li qed jonqsilhom il-ħin meta jistgħu jużaw il-faċilità? Kemm damu bil-floodlights ma jixelgħux? X'garanzija għandhom il-clubs ta' Birżebbuġa li jekk il-floodlights jerġgħu ma jixelgħux, dawn jiġu rranġati mill-ewwel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor, Interpellant li l-Birżebbuġa Sports Foundation kienet għamlet talba lil dan il-Ministeru sabiex minkejja li kien għad fadal xi xogħlijiet xi jsiru u kien għad fadal id-dħul tal-provvista tad-dawl u l-ilma huma jagħmlu użu mill-pitch għat-taħriġ tal-kbar u t-tfal reġistrati mal-klabbs. Din it-talba intlaqgħet mill-Ministeru għaliex fhimna li din hi l-aħjar deċiżjoni għall-ġid tal-klabbs. L-alternattiva l-oħra kienet li l-klabbs ma jagħmlux użu mill-pitch tal-futbol fl-ebda ħin qabel ma x-xogħlijiet ikunu lesti u tingħata l-provvista tad-dawl u l-ilma. Dwar ir-referenza li qed issir għall-floodlights, ninforma lill-Onor. Interpellant li għandu informazzjoni ħażina għaliex ma teżisti l-ebda ħsara fil-floodlights.
NCFHE — Spejjeż biex korsijiet approvati jiġu audited
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raguni li l-ispejjeż biex korsijiet approvati jiġu audited min-National Commission for Further and Higher Education (NCFHE) għolew b’mod eżorbitanti? Minħabba l-fatt li dawn l-ispejjeż għolew b’rata konsiderevoli, flimkien ma’ spejjeż oħrajn li daħlu f’dawn l-aħħar xhur, li mhumiex sostenibbli għal ħafna NGOs u intrapriżi żgħar li kienu qegħdin iwettqu korsijiet speċifiċi b’ammont limitat ta’ studenti, jista’ l-Ministru jispeċifika wkoll jekk saritx xi konsultazzjoni f’dan ir-rigward u jekk iva ma’ min? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll jekk sarx eżerċizzju ta’ kemm dawn il-miżati se jimpattaw fuq studenti preżenti u oħrajn li jistgħu jkunu mħajra fil-futur u għaliex korsijiet li kienu ilhom akkreditati ġew mgħobbija bi spejjeż li mhumiex sostenibbli?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-NCFHE bħalissa mhux tagħmel audits ta’ korsijiet individwali li huma approvati u akkreditati minnha u għaldaqstant m’hemmx ħlasijiet relatati ma’ audits ta’ korsijiet waħedhom. L-NCFHE tagħmel Provider External Quality Assurance (EQA) audits u għal dawn hemm struttura ta’ ħlas li kienet prevista f’artiklu 34(2)(h) ta’ Leġislazzjoni Sussidjarja 327.433.
Direttorati tal-Edukazzjoni — ammont dovut lill-persuni, entitajiet jew kumpaniji tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont dovut sal-aħħar ta' Ottubru 2016 min-naħa tad-Direttorati tal-Edukazzjoni lill-persuni, entitajiet jew kumpaniji għal xogħol li wettqu fl-2014, 2015 u l-2016? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn il-persuni, entitajiet u kumpaniji u l-ammont dovut lilhom individwalment?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-ammont dovut sal-aħħar ta' Ottubru 2016 min-naħa tad-Direttorati tal-Edukazzjoni lill-persuni, entitajiet jew kumpaniji għal xogħol li wettqu fl-2014, 2015 u l-2016 huwa ta’ €70,091.15. Dan l-ammont dovut fil-fatt jikkonċerna invoices għal xogħol/servizzi li ngħataw matul din is-sena.
Dispost li ngħaddi l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija lill-Onor. Interpellant privatament.