Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn scrap yards li għandhom il-permessi meħtieġa biex joperaw f'Malta kif wkoll f'Għawdex? Jista' jgħid fl'liema lokalitajiet jinstabu? Jista' jgħid wkoll kemm hawn scrap yards li qed joperaw u li ma għandhomx il-persuni meħtieġa? Jista' jgħid f'liema lokalita' jinstabu? X'qed isir dwar dawn u biex jiregolizzaw il-posizzjoni tagħhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karrozzi tal-kiri mikrija fid-dekasteru tiegħu, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt:
Dipartiment/Sezzjoni No. of Hired Cars Hire Cost in 2000
Taqsima tax-Xogħlijiet 56 Lm80,239.00
Dipt. għall-Ħarsien ta' l-Ambjent 16 Lm30,506.60
Rigward in-nefqa għal fuel ta' dawn il-karozzi, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23801 (seduta 503).
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' ko-ordinazzjoni teżisti bejn id-Dipartiment u l-Kunsilli Lokali biex ikun żgurat li ma ssirx ħsara lill-infrastruttura (bħall-drenaġġ, ilma, telephones, etc) fit-toroq segwenti, f'Wied il-Għajn waqt li qed isir xogħol ta' tħaffir (trenching) għall-estensjoni ta' wires high tension etc, mill-Enemalta u eventwalment għal-cable ieħor min trinka oħra mil-Melita Cable? Għaliex mhux se jsiru użu mil-8 pipes preparati fl-1988, presumibbilment għal skopijiet simili u b'hekk jiġu evitati ħafna spejjeż u tkissir fit-toroq?
Jista' jgħid wkoll allura x'kien l-iskop għaliex saru dawk il-pipes fl-1988? Toroq affettwati huma f'Wied il-Għajn:
Triq Sant'Antnigħ
Triq Ġebel Ħanxul
Triq Salvu Buhagiar
Triq il-Ħabberxa
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jingħata permess biex tkun żviluppata miżbla fl-inħawi bejn iż-Żebbiegħ u Għajn Tuffieħa?
Fil-każ li iva, x'sens jagħmel li nħallu 'magħtab' ieħor ifaqqas u jikber f'dawn l-inħawi sbieħ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Id-deċiżjoni li jipprovdi lokal għas-servizz ta' ġbir ta' skart b'mod kollettiv hija tal-Kunsill Lokali. Id-Dipartiment għall-Immaniġjar ta' l-Iskart u Implimentazzjoni ta' l-Istrateġija, fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, offra l-assistenza tiegħu kif kien mitlub mill-Kunsill Lokali biex jintalbu l-permessi meħtieġa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u d-Dipartiment għall-Protezzjoni ta' l-Ambjent. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindaga dwar dan il-każ direttament mal-Kunsill Lokali konċernat.
Peress li sistema tal-flooding water system qatt ma tnadfu mindu saru fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat, jista' l-Ministru jara li jawtorizza x-xogħlijiet meħtieġa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex it-tindif tat-toroq fil-Qasam tad-Djar ta' Għajn Qajjed fir-Rabat mhux isir kull ħmistax mindu tela' l-kunsill il-ġdid tar-Rabat?
Jista' jestendi l-għajnuna tad-dipartiment sabiex dan il-bżonn tar-residenti jiġi rimedjat.
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Fir-rigward tal-miżbla li hemm fil-parti ta' Għajn Tuffieħa Road li tmiss ma' Triq Sir Themi Zammit, l-Imġarr u ċioe in-notice li twaħħlet fil-miżbla f'dawn l-aħħar jiem, jista' l-Ministru jinfurmani dwar is-sitwazzjoni? Fid-dawl li din il-miżbla qed tkun ta' inkonvenjent kbir u ta' detriment għas-saħħa tar-residenti u tal-bdiewa ta' l-inħawi, jista' jinfurmani għaliex din il-miżbla se tiġi estiża mid-Dipartiment ta' l-Ambjent? Jista' jara li jsib inħawi oħra għal dan l-iskop u preferibilment barra l-konfini ta' l-Imgarr
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25151 ta' din is-seduta.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 25599, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-toroq ta' kull lokalita msemmija fir-risposta?
Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw id-donazzjonijiet finanzjarji li ingħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn id-donazzjonijiet u lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-review ta' l-embellishment projects li bdew fi żmien Gvern Laburista tlesties? Jekk iva, x'irriżulta minn dan l-istess review?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jikkjarifika għal liema "review ta' l-embellishment projects" qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu jew inkella ser jittieħdu mid-Dipartiment tad-Drenaġġ fil-każ imsemmi b'mod separat, minħabba li minn diversi studji rriżulta li din il-materja trid tiġi solvuta mill-istess dipartiment għax jirriżulta li fil-bir hemm wkoll id-drenaġġ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li sar survey bil-Closed Circuit Television Camera u qiegħda tkun studjata biex tinstab il-ħsara li hemm.
Fl-isfond tal-ħidma li qiegħda ssir biex il-Belt Valletta tingħata l-ħajja u anke tingħata dehra isbaħ u aħjar, jista' l-Ministru jara li l-arbli li hemm fuq il-palazz li fuqhom jittajjru l-bnadar tal-President u dik ta' Malta jingħataw passata żebgħa biex ma jibqgħux żdingati u mibruxin kif inhuma bħalissa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Tlabt lid-Dipartiment konċernat jieħu l-passi meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-football ground li jinsab fix-Xagħra tal-Furjana jiġi rranġat wara li kienu saru l-attivitajiet tal-millenju u minħabba l-istat disastruż li jinsab fih fil-preżent?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol li kellu jsir wara li saru l-attivitajiet tal-Millenju fix-Xagħra tal-Furjana tlestew u dawn kienu jinkludu twaħħil ta' 'chain link fencing' ġdid u tiswija ta' dak eżistenti kif meħtieġ, tiswija u manutenzjoni ta' 'boundary walls', inbidlu l-kaxxi tad-dawl kollha, saret manutenzjoni ta' l-arbli tad-dawl, tneħħa materjal li kien tpoġġa fl-area tal-pitch tal-futbol u nxtrat żerriegħa kif miftiehem mal-Floriana F.C. biex isir re-seeding, liema xogħol ħadu ħsiebu uffiċjali ta' l-istess club.
Jista' l-Ministru jgħid fejn u kemm hu t-tul ta' mains tad-drenaġġ li ġew imnaddfa permezz tal-jetting bowser matul dawn l-aħħar tnax il-xahar kull post separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-tul ta' mains ta' drenaġġ li ġew imnaddfa tul tnax-il-xahar bil-jetting bowser huma:
Luqa 17.1 km.
San Pawl il-Baħar 33.8 km. u 33.3 km.
Mellieħa/Għadira 2.4 km.
Fleur de Lys 3.3 km.
Attard/Balzan 25.3 km.
Wied il-Għajn 1.8 km.
Siġġiewi 10.8 km.
Marsa 9.2 km.
Rabat 4.9 km.
Gżira 13.8 km.
Swieqi 9.6 km.
Sliema 23.5 km.
Naxxar 16.2 km.
Swatar 2.6 km.
Żebbuġ 14.2 km.
Marsaxlokk 6.6 km.
Mqabba 6.6 km.
B'Buġia 10.4 km.
Żejtun 11.5 km.
Żabbar 15.9 km.
Tarxien 21.0 km.
Qrendi 6.7 km.
Birkirkara 17.3 km. u 31.9 km.
Għaxaq 6.2 km.
Ħamrun 24.7 km.
Msida 17.8 km.
Cospicua 2.7 km.
Marsaxlokk 6.4 km.
Paola 5.4 km.
Xgħajra 5.3 km.
Qormi 20.1 km.
Kirkop 2.0 km.
Barra dawn isir tindif ieħor kemm b'bowsers tal-Gvern kif ukoll b'dawk privati skond l-esiġenzi li jinqalgħu minn ġurnata għall-oħra. Ta' dawn ma jinżammux dettalji ta' tulijiet peress illi jkunu akkumulazzjonijiet ta' biċċiet qosra.
Jista' l-Ministru jwieġeb għall-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari nru. 25294?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li qed isir kull sforz biex f'din iz-zona s-siti konċernati ma jarmux materjal solidu. B'danakollu ma jistax jiġi eskluż l-fatt li dan l-inkonvenjent qed jiġi kkawżat minn rimi llegali ta' skart fis-sistema tad-drenaġġ minn bowser/djar privati, eċċ. Kienu identifikati siti fejn id-Dipartiment tad-Drenaġġ jista' jilqa' dan it-tip ta' skart f'Temporary Discharge Point.
Ninsab infurmat ukoll illu fuq dan il-'main' qed isir tindif u 'maintenance' regolari, u li fuqu m'hemmx bżonn l-ebda tiswija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tax-xogħolijiet xtarax l-apparat meħtieġ u li kien nieqes wara d-disgrazzja li ġrat iċ-Ċirkewwa? X'inxtara u kemm jiswa l-apparat li inxtara u dak li hemm bżonn jinxtara?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-ħaddiema fi ħdan id-Dipartiment tad-Drenaġġ huma mgħammra b'apparat ta' 'Health and Safety' li huwa ta' l-aktar teknoloġija moderna u sofistikata.
Dan sar wara programm intensiv mill-Gvern fejn ntbagħtu uffiċjali għolja fi ħdan id-Dipartiment f'diversi pajjizi biex wieħed jara x'qiegħed jintuza barra, kif qiegħed jintuza u biex imbagħad setgħu saru l-ordnijiet neċċessarji.
L-apparat li nxtara huwa kuf jidher hawn taħt:
Apparat: Prezz:
----------------------------------------------------------------------------------------------------
Breasthing Apparatus Lm50,698.52
Ancillary Equipment (harnessses & lifting
equipment) 18,984.00
Gas Monitoring & Ventilation Equipment 95,615.98
Training (local & Overseas) 22,000.00
Other Equipment (hard hats, safety shoes,
gloves, biolersuits, ect.) 16,933.00
---------------------------------------------------------------------------------------------------
Total: Lm204,231.50
=======================================================
Jista' l-Ministru jgħid jistgħawx jittieħdu passi dwar l-għalqa li hemm fuq wara ta' Block E1, Ta' Xbiex HE, billi apparti milli din qed tinbidel f'rubbish dump, qed tkun il-kaġun ta' ħafna ġrieden fl-inħawi?
Jista' l-Ministru jgħid meta ser isir id-dawl ġewwa latrina pubblika li tinsab biswit il-Jerma Palace f'M'Scala u li kienet inbniet bħala parti mill-proġett ta' tisbih fil-promenade ta' M'Scala?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment ikkonċernat qiegħed jistenna l-istima mill-Korprazzjoni Enemalta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-club tar-Regatt tal-Birgu hux ser jintmiss mill-proġett tal-Cottonera? Jekk fl-affermattiv, meta ser ikollhom jiżgumbraw il-post, fejn ser imorru?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Onor. Interpellant ħuwa nfurmat ill l-'club' tar-ragatta tal-Birgu ma tiffurmax parti mogħtija b'ċens għall-proġett tal-Kottonera u għaldaqstant m'hix ser tintmiss, salv dejjem jekk ma jkunx hemm xi fteħim direttament bejn il-konsorzju li qed jagħmel il-proġett tal-Kottonera f'dawn l-inħawi w l-istess kumitat li jmexxi r-'Ragatta Club'.