Jista' l-Ministru jgħid humiex se jingħataw permess għall-attivitajiet tal-massa bħal parties ġo areas li huma santwarji tal-għasafar jew areas li jaqgħu taħt l-iskema Natura 2000 din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li kull applikazzjoni għal attivitajiet tal-massa, bħal parties ġo areas protetti, inklużi dawk li huma santwarji ta' l-għasafar u areas li jaqgħu taħt l-iskema Natura 2000, jiġu evalwati skond il-mertu tagħhom u deċiżjoni tittieħed skond l-obbligi ta' ligijiet nazzjonali u kommunitarji fir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid fejn se isir il-parking area ġo Ta' Qali Park issa li dan se jiġi rranġat? Kemm se jkun hemm parking spaces għall-karozzi? Jista' l-Ministru jpoġġi site plan fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-parking area eżistenti ser tkun irranġata b’tali mod li joqogħdu iktar karozzi fiha u li tkun aktar aċċessibbli minkejja li ser tittieħed parti mit-triq u ammont żgħir ta’ parkeġġ għall-estensjoni tal-ġnien. In-numru ta’ parking spaces ser jitla’ minn 234 preżenti għal 280 kif ippjanati. Dan ifisser żieda ta 3% ikkomparat ma’ dawk eżistenti.
Qed inpoġġi
site plan
fuq il-mejda tal-Kamra.
Jistgħu jinħarġu struzzjonijiet biex l-għalqa abbandunata ftit aktar 'l isfel minn Princess Flats fi Princess Margaret Street l-Imsida li spiss tintuża bħala rubbish dumpli hemm f'G. Cali' Street, Msida tiġi magħluqa b'ħajt apposta minħabba l-ħamrija li taqa' ma' kull xita fit-triq u biex ma jkomplix isir abbuż minnha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li saret spezzjoni mid-Dipartiment ta' l-Infurzar ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fejn ġie stabbilit li fis-sit li qiegħed fi Triq il-Prinċipessa Margaret kantuniera ma’ Triq Giuseppe Calì hemm ġiebja magħluqa b'ħajt ta' ħames filati. Iktar ‘l isfel fi Triq Giuseppe Calì hemm substation ta' l-Enemalta u ħdejha hemm sit vakanti bil-blat tiegħu ogħla b'xi seba' filati mil-livell tat-triq. Aktar ‘l isfel hemm parti livellata bil-konkos u mdawra bi blokki tal-konkos li qegħda tintuża għall-ipparkjar ta' karozzi.
Fuq in-naħa ta' wara ta' din il-biċċa li tagħti għal fuq triq mingħajr isem quddiem il-blokki tal-Gvern hemm xi ftit skart. Dwar dan ser tittieħed azzjoni skond l-Artiklu 55 ta' l-Att dwar l-Ippjanar.
Sadanittant, nitlob lill-Onorevoli Membru jinnota l-inizjattiva li ttieħdet mill-Gvern flimkien ma’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u l-Kunsilli Lokali biex ikunu ndirizzati problemi simili f’diversi lokalitajiet. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-fuljett li qed jitqassam.
Matul l-2006, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet il-kwantita' tal-produzzjoni ta' l-ilma riċiklat għall-biedja lokali mill-impjanti li hawn f'pajjiżna għal dan ir-rigward?
Kemm minn dan l-ilma tqassam lill-bdiewa u f'liema perijodu u x'livelli ta' salinita', eċċ. kienu stabiliti fil-kwalita' ta' l-ilma?
Kemm kien in-numru ta' bdiewa li għamlu użu minn dan l-ilma?
Kemm kien in-numru ta' bdiewa li ilmentaw fuq il-kwalita' ta' l-ilma f'kull perijodu separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ma jinżammux
records
ta’ kemm ilma jitqassam lill-bdiewa peress li dan jitqassam ġo kanali u m’hemmx arloġġi li jkejlu l-volum għaddej. L-ilma jitqassam meta l-bdiewa jitolbuh, normalment bejn Marzu u Ottubru, skond it-temp u x-xita.
Il-livell tas-salinità fl-ilma ġeneralment ikun ogħla meta mqabbel ma’ ilma ieħor.
Madwar 250 bidwi jagħmlu użu mill-ilma ta’ l-Impjant ta’ Sant Antnin, li hu l-uniku impjant li jipproduċi dan l-ilma sal-lum.
Ma jinżammux
records
tan-numru ta’ bdiewa li ġieli lmentaw dwar is-salinità però in-numru kien żgħir.
Matul l-2005, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet il-kwantita' tal-produzzjoni ta' l-ilma riċiklat għall-biedja lokali mill-impjanti li hawn f'pajjiżna għal dan ir-rigward?
Kemm minn dan l-ilma tqassam lill-bdiewa u f'liema perijodu u x'livelli ta' salinita' eċċ. kienu stabiliti fil-kwalita' ta' l-ilma
Kemm kien in-numru ta' bdiewa li għamlu użu minn dan l-ilma?
Kemm kien in-numru ta' bdiewa li ilmentaw fuq il-kwalita' ta' l-ilma f'kull perijodu separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 24282.
Matul l-2004, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet il-kwantita' tal-produzzjoni ta' l-ilma riċiklat għall-biedja lokali mill-impjanti li hawn f'pajjiżna għal dan ir-rigward?
Kemm minn dan l-ilma tqassam lill-bdiewa u f'liema perijodu u x'livelli ta' salinita' eċċ. kienu stabbiliti fil-kwalita' ta' l-ilma?
Kemm kien in-numru ta' bdiewa li għamlu użu minn dan l-ilma?
Kemm kien in-numru ta' bdiewa li ilmentaw fuq il-kwalita' ta' l-ilma f'kull perijodu separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 24282.
Matul l-2003, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet il-kwantita' tal-produzzjoni ta' l-ilma riċiklat għall-biedja lokali mill-impjanti li hawn f'pajjiżna għal dan ir-rigward?
Kemm minn dan l-ilma tqassam lill-bdiewa u f'liema perijodu u x'livelli ta' salinita' eċċ. kienu stabbiliti fil-kwalita' ta' l-ilma?
Kemm kien in-numru ta' bdiewa li għamlu użu minn dan l-ilma?
Kemm kien in-numru ta' bdiewa li ilmentaw fuq il-kwalita' ta' l-ilma f'kull perijodu separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 24282.
Matul l-2002, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet il-kwantita' tal-produzzjoni ta' l-ilma riċiklat għall-biedja lokali mill-impjanti li hawn f'pajjiżna għal dan ir-rigward?
Kemm minn dan l-ilma tqassam lill-bdiewa u f'liema perijodu u x'livelli ta' salinita' eċċ. kienu stabbiliti fil-kwalita' ta' l-ilma?
Kemm kien in-numru ta' bdiewa li għamlu użu minn dan l-ilma?
Kemm kien in-numru ta' bdiewa li ilmentaw fuq il-kwalita' ta' l-ilma f'kull perijodu separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 24282.
Matul l-2001, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet il-kwantita' tal-produzzjoni ta' l-ilma riċiklat għall-biedja lokali mill-impjanti li hawn f'pajjiżna għal dan ir-rigward?
Kemm minn dan l-ilma tqassam lill-bdiewa u f'liema perijodu u x'livelli ta' salinita' eċċ. kienu stabbiliti fil-kwalita' ta' l-ilma?
Kemm kien in-numru ta' bdiewa li għamlu użu minn dan l-ilma?
Kemm kien in-numru ta' bdiewa li ilmentaw fuq il-kwalita' ta' l-ilma f'kull perijodu separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 24282.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rakkmandazzjonijiet li saru mill-Ombudsman fil-konfront tal-MEPA u dawn ġew milqugħa jew implimentati mill-istess MEPA mis-sena 1999 sa Frar 2007?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar rakkomandazzjonijiet li saru mill-Ombudsman fil-konfront ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tinsab fir-rapporti annwali ppubblikati mill-uffiċċju ta' l-Ombudsman.
Affarijiet Rurali u Ambjent — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-areas fejn ma jistax isir għadds bil-ħarpun?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ma jistax isir għadis bil-harpoon f’dawk iż-żoni li huma determinati bħala żoni ta' konservazzjoni mill-Awtorità għall-Protezzjoni ta’ l-Ambjent u kulfejn hemm xi reef artifiċjali impoġġija għal studju jew bħala attrazzjoni turistika għall-għaddasa. Ma jistax isir għadis bil-harpoon ukoll fiż-żoni kollha fejn ma jistax isir sajd skond regolament SL425.01. Għaddis bil-harpoon ma jistax isir imkien jekk l-għaddas ikun ukoll armat bl-aqualung jew bid-dawl. Dan jirriżulta minn Regolament tal-Kunsill tal-Ministri CR1967/2006.
Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Mobile Phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha 43 mobile phone. Ma nsteraq jew intilef l-ebda wieħed minn dawn tul l-aħħar ħames snin. Il-WasteServ Malta Ltd għandha 8 mobile phones. Minn dawn żewġ mobile phones kienu rrappurtati li nsterqu tul l-aħħar 5 snin. Fil-Ministeru u d-dipartimenti tiegħu hemm 27 mobile phone li minnhom ma nsteraq jew intilef l-ebda wieħed tul l-aħħar ħames snin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba, minn mindu Malta saret membru ta' l-Unjoni Ewropea, il-gvern Malti talab deroga fir-rigward tal-kaċċa u insib fir-rebbiegħa u jekk intalbet deroga, f'liema snin intalbet?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar il-kaċċa u l-insib li kien għamel ma' l-Unjoni Ewropea fit-trattat tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li twaqqaf l-insib għall-għasafar ta' l-għana (finches) fir-rebbiegħa meta l-gvern Malti ilu ħafna jgħid u anke ntbagħat materjal governattiv lin-nassaba Maltin, li bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kien assigurahom li t-tradizzjoni ta' l-insib fir-rebbiegħa kienet se tibqa'?
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu dak li qal il-kummissarju għall-ambjent ta' l-Unjoni Ewropea Stavros Dimas li mhux veru li tul in-negozjati għal sħubija fl-Unjoni Ewropea l-gvern Malti nnegozja xi deroga għall-kaċċa u l-insib fir-rebbiegħa?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' ftehim "sigriet" li l-gvern Nazzjonalista qal li għamel ma' l-Unjoni Ewropea dwar il-kaċċa u l-insib?
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi 21025 u 24281, jista' l-Ministru jispjega jekk iż-żieda fl-għoli tal-bini ngħatatx fl-inħawi fejn hemm konċentrazzjoni ta' attivita' turistika jew kummerċjali għaliex Triq iż-Żonqor, Wied il-Għajn ma ngħatatx żieda ta' sular meta l-bqija ta' Wied il-Għajn ngħata żieda ta' sular?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li biċċa minn Triq iż-Żonqor ġiet indikata għal erba’ sulari. Il-parti rimanenti ġiet indikata għal tliet sulari u penthouse. Dan sar għaliex fil-parti tal-punent ta' Triq iż-Żonqor l-aċċess u l-qlib ta' l-art huwa wieħed aktar diffikultuż u għalhekk inħass li ma kienx idoneju li jiġi intensifikat l-iżvilupp f'dawn l-inħawi.