Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina – outfit allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina gawdiex jew igawdix minn outfit allowance, u jekk iva, kemm hi?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ambaxxatur Malti fiċ-Ċina ma gawdix mill- allowance.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Lista ta' xiri ta' servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xiri ta’ servizzi u xiri ta' prodotti li ġew ordnati minn April 2013 mis-Segretarjat privat permezz ta’ quotation jew permezz ta’ direct order? Jista’ jgħid lil liema kumpaniji/individwi intalbu l-quotations, kemm kien l-ammont ta’ kull quotation jew direct order u min ingħata x-xogħol?

Response (VELLA, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika s-servizzi u l-prodotti li qed tirreferi għalihom.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – xiri ta’ biljetti minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw biljetti mill-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum u kemm kien il-valur tal-istess biljetti? Barra biljetti, inxtraw xi servizzi oħra mingħand l-istess aġenzija?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 27 okkażjoni fejn inxtraw biljetti tal-ajru mill-aġenzija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament għall-valur medju ta' €2,325.42. Kull darba li nxtraw il-biljetti intalbu kwotazzjonijiet skond ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b'kollox kien hemm 783 okkażjoni fejn inxtraw biljetti tal-ajru u li minbarra l-aġenzija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament, kien hemm 8 aġenziji oħra li minn għandhom inxtraw biljetti tal-ajru.
Leg 12 PQ #11971 Sitting 197 2014-11-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — reklamar fuq media

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq b’mod totali l-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar għal kull sena bejn l-2004 u l-2012 f'dawn il-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali/gazzetti u pubblikazzjonijiet oħra? Jista’ fl-istess ħin, jaqsam din l-ispiza skont fuq liema stazzjon tat-televizjoni, stazzjon tar-radju, ġurnal/gazzetta, pubblikazzjoni oħra jew newsportal deheru jew ixxandaru r-riklami?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni tinsab fuq it-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — żjarat uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi/tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista taż-żjarat uffiċjali li għamel minn Marzu 2013 'il hawn, f'liema pajjiżi, għal-liema raġuni u kemm damet kull waħda minn dawn iż-żjarat?

Response (VELLA, GEORGE)

L-informazzjoni qiegħda tinġabar. Nirreferi ukoll lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11013.
Leg 12 PQ #11556 Sitting 196 2014-11-05 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — kuntratti ta' konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ kuntratti ta’ konsulenza li ngħataw mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu u jgħid f’kull każ xi proċedura ntużat biex jinħatru dawn il-konsulenti?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika entita' li tifforma parti mid-dekasteru tiegħi, ma tat l-ebda kuntratt ta' konsulenza.

Ftehim bilaterali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-ftehim bilaterali li ffirma pajjiżna bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Ottubru 2014 u li ma jinsabux fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru mmexxi minnu?

Response (VELLA, GEORGE)

Tingħata risposta f'seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – spiża ta’ overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża ta’ overtime bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Ottubru 2014 għall-Ministeru mmexxi minnu?

Response (VELLA, GEORGE)

Tingħata risposta f'seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – sit elettroniku bil-Malti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-sit elettroniku tal-Ministeru mmexxi minnu jkun ukoll bil-verżjoni Maltija? Jekk iva, jista’ jgħid meta se jsir dan?

Response (VELLA, GEORGE)

Tingħata risposta f'seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Millenium Development Goals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir mill-Ministeru mmexxi minnu fir-rigward tal-miri tal-Millennium Development Goals? Jista’ jgħid x’verifiki qed isiru fuq il-fond tal-Overseas Development Aid imqassma fl-2014?

Response (VELLA, GEORGE)

Tingħata risposta f'seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — bordijiet - Chairpersons u membri

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista taċ-chairpersons u membri tal-bordijiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzajoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt :- National Authority for the Implementation of the Chemical Weapons Convention Surname Name Title Position on Board 1 Vella Alfred J. Professor Director 2 Mallia Maria Bernardette Ms Inspector 3 Gambin Albert Mr Member Council of Maltese Living Abroad/ Kunsill tal-Maltin li Jghixu Barra minn Malta Surname Name Title Position on Board 1 Vella George MFA Chairperson 2 Borg-Manche Edwin Dr Member 3 Cauchi Maurice Professor Member 4 Dimech Lawrence Mr Member 5 Galea Carmen Ms Member 6 Gatt Stephen Dr Member 7 Mamo Franklin Mr Member 8 Pace Gejtu Dr Member 9 Rivett Rosalie Ms Member 10 Scerri Bernard Mr Member 11 Scicluna Frank Mr Member 12 Sherri Joseph Mr Member 13 Vella Alfred Rev. Fr. Member 14 Vella Louis J. Mr Member 15 Zahra Larry Dr Member International Institute for the Ageing (INIA) Surname Name Title Position on Board 1 Wu Hongbo H E Mr Chairperson 2 Du Peng Professor Member 3 Calasanti Toni Professor Member 4 Johnson Malcolm Professor Member 5 Ricardo Jose Professor Member 6 Aboderin Isabella Dr Member 7 Mifsud Bonnici Ugo H E Dr Member 8 Zammit Anthony J Professor

Laqgħat ta’ djalogi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa ta’ djalogu saret mal-pubbliku bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid fejn saru dawn il-laqgħat?

Response (VELLA, GEORGE)

Tingħata risposta f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #11738 Sitting 194 2014-11-03 Oral · Interim From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Konsli Onorarji — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proġett ġabu Malta l-Konsli Onorarji mid-9 ta’ Marzu sal-31 ta’ Ottubru 2014 hekk kif mitlub minnu fil-laqgħa tal-Konsli Onorarji li saret fis-Sajf 2013? Jista’ jagħti elenku ta’ dawn il-proġetti u jgħid kemm ħolqu impjiegi f’Malta u Għawdex?

Response (VELLA, GEORGE)

Tingħata risposta f'seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, kemm tul ta' ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar. Nixtieq nieħu l-okkażjoni biex infakkar li mistoqsijiet ġenerali bħal dawn jinvolvu ħafna nies u ħin biex tinġabar l-informazzjoni. Infakkar ukoll li jekk l-Onor. Interpellant tikkonsulta l-mistoqsija parlamentari 4524 magħmula minnha stess, u l-mistoqsijiet parlamentari 9153 u 7216 għandha ssib ħafna mill-informazzjoni li qiegħda titlob fil-mistoqsija tal-lum. Inżid ukoll li jekk l-Onor. Interpellant għandha nteress li jkollha informazzjoni fuq xi vista partikolari, nkun lest li nagħtiha l-informazzjoni kollha meħtieġa.
Leg 12 PQ #11541 Sitting 193 2014-10-29 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu mit-30 ta’ Settembru 2013 sal-1 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid f’kull każ għaliex ġie deċiż li tinħareġ direct order?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-unika entita' li taqa' taħt id-dekasteru tiegħi ma tat l-ebda direct order mit-30 ta' Settembru 2013 sal-1 ta' Ottubru 2014.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10556, 10557 u 10558 u jgħid kemm hemm nisa jaħdmu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma ta' grad 1, 2, 3 u 4? Kemm minn dawn inħatru mill-Gvern preżenti biex iwettaq il-wegħda li "dan se jkun Gvern femminista"? Kemm inħatru nisa fuq bordijiet minn Marzu 2013 u kemm minnhom huma chairpersons tal-istess bordijiet?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-gradi 1,2,3,4, b'kollox hemm għaxar (10) nisa li minnhom sitta (6) ġew maħtura mill-Gvern preżenti. Il-gradi tagħhom huma : Grad 1 (0) Grad 2 (1) Grad 3 (5) Grad 4 (4) Dawn il-persuni kollha nħatru fuq bażi ta kompetenza. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Marzu 2013 inħatret mara waħda fuq Bord u din mhux fil-pożizzjoni ta' Chairperson.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-istaff tas-segretarjat tiegħu kif ukoll ir-rwol tagħhom fis-segretarjat?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.