Persuni impjegati fis-Segretarjat — Ministeru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika
Question
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni fis-segretarjat privat tiegħu, liema huma b'kuntratt jew sekondati minn xi dipartiment jew aġenzija tal-Gvern u x'inhu r-rwol ta' kull wieħed minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.1282.
Awtorita' tax-Xandir — Trasferiment ta' Radio Calypso
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamnetari 6693 li ġiet indirizzata lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet indirizzata lilek u cioe' tista' tforni d-dettalji kollha dwar it-trasferiment tal-frekwenza ta' Radio Calypso u dwar il-mod ta' kif it-talba għat-trasferiment ġiet determinata mill-Awtorita' tax-Xandir?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6257, jista' il-Ministru ġentilment jindika kemm tħallas fix-xahar għall-kirjiet tal-proprjetajiet imsemmija waħda waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-propjetajiet li għandha mikrija għandha l-Gozo Channel huma dawn is-segwenti:-
L-Uffiċju tagħhom li jinsab f'Haywharf, Sa Maison
LM7,000 fis-sena;
L-Uffiċini tagħhom li jinsabu ċ-Ċirkewwa
LM501 fis-sena;
It-Ticket Booth taċ-Ċirkewwa
LM50 fis-sena;
L-uffiċini li jinsabu ġewwa Shore Street, Mgarr (Għawdex)
LM3,241 fis-sena;
Garaxx ġewwa Mġarr Road, Għajnsielem, li jintuża bħala workshop u store
LM5,110 fis-sena.
Il-Kumpannija tħallas ukoll parti mil-kera (limitat għal LM 60 fix-xahar) fuq erba' propjetajiet oħra, li jintużaw għall-akkomodazzjoni ta' xi mpjegati barranin tagħha u li jammontaw għas-somma ta' LM2,880 fis-sena.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6840 u cioe' jista' jgħid x'kien l-iskop taż-żjarat lil għadd ta' kumpanniji Ċiniżi Hi-Tech li saru mill-ministru ta' qablu ġewwa Beijing u Shangai? Kien hemm xi follow-up għal-laqgħa li saret mill-istess Ministru maċ-China Shipping Group Company dwar is-sehem prospettiv ta' dawn ta' l-aħħar fil-Consortium li mistenni jmexxi l-Freeport Terminal?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Ministru Dalli żar għadd ta' kumpanniji Ċinizi hi-tech kemm gewwa Bejing kif ukoll ġewwa Shangai, l-ewwelnett biex jara l-potenzjal ta' dawn il-kumpanniji meta qegħdin f'fażi li jippjanaw biex iwaqqfu uffiċċji barra miċ-Ċina bl-iskop li jkunu eqreb lejn swieq ġodda.
Bid-dħul taċ-Ċina fid-WTO, ħafna minn dawn il-kumpanniji irrealizzaw li s-suq intern Ċiniz mhux bizzejjed u għalhekk qed iħejju strateġiji biex jattakkaw swieq ġodda, swieq aktar promettenti speċjalment fl-Ewropa, l-Afrika ta' fuq u anke fil-Lvant Nofsani. Hawnhekk Malta tista' tilgħab rwol importanti billi tattira dawk il-kumpanniji Ċinizi li qed iħejju biex jiftħu uffiċċji rappreżentativi u anke fergħat f'pajjiżna.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummercjali u ghalhekk mhux prudenti li tingħata.
Jista' il-Ministru jara li malajr kemm jista' ikun jinbidlu ż-żewġ arbli li hemm fil-Mellieħa shooting range li magħhom hemm marbutin diversi cables ta' l-elettriku u li jinsabu fi stat perikoluż ħafna tant li jistgħu jikkollossaw minn ħin għall-ieħor?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li saret jirriżulta li l-arbli ndikati veru kellhom bżonn jinbidlu. Ix-xogħol meħtieġ diġa sar.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6877 u cioe' jista' jgħid jekk ġewx identifikati l-financial advisors u investment banks li se jkunu konnessi mal-privatizzazzjoni prospettiva tal-Maltacom? Jekk le, f'liema stadju se jsir dan u liema proċess se jiġi adottat dwar l-għażla tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-għażla tal-Konsulent prinċipali waslet fi stadju avanzat. Il-proċess li sar kien jinkludi "Expressions of Interest" li konkorew għaliha 40 organizzazjoni. Wara għazla 10 ġew identifikati biex jibgħatu Proposta detaljata. Min dawn ġew mgħażula 4 li kienu mitluba jiġu Malta biex jgħamlu presentazzjoni. Wieħed min dawn l-erbgħa ser jiġi maħtur bħala konsulent. Malli dan jinħatar isir Avviż pubbliku skond il-ħtieġiet tal-Borza Malta u ta' Londra.
Għaliex numru ta' impjegati fl-Air Malta li huma fis-sezzjoni tar-rampa li huma ground handlersgħadhom mhumiex qed jingħataw paga daqs oħrajn meta dawn qed jagħmlu l-istess xogħol ta' l-oħrajn, u cioe' dawk li daħlu qabilhom? Issa li Malta hija membru fl-EU, il-Ministru m'għandux jara li ma jkunx hemm aktar diskriminazzjoni bejn ħaddiema ta' l-istess xogħol fil-qasam tagħhom? Jista' il-Ministru jinvestiga għaliex dawn il-ħaddiema li kienu bil-kuntratt u ġew tal-post, minn Jannar 2004 il-kuntratt tax-xogħol tagħhom għadu ma ngħatax lilhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li Airport Handlers huwa grad ġdid u x-xogħol tagħħom mhuwiex l-istess bħal tal-loaders/drivers.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi li krew żewġ stackers, mudell Kalmar, li qed jaħdmu fil-Freeport? Jikkonferma li l-lessor tiġi miċ-chairman preċedenti tal-Freeport?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li r-reachstackers tal-Kalmar mhumiex kuntrattati izda huma propjeta tal-Freeport
Enemalta — Cable tad-dawl ma' faċċata ta' residenza privata
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6773 u cioe' jista' jgħid x'passi ħadet il-korporazzjoni Enemalta rigward l-ittra li qed tintbagħat separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Mill-investigazjoni li saret l-indirizz imsemmi ma jeżistix. Hemm bżonn numru tat-telefon jew indirizz eżistenti tal-kunsumatur biex tiġi identifikata l-problema.
Jista' il-Ministru jgħid, dment u sakemm dan mhux ta' preġudizzju għall-operat tagħha, fiex wasal il-proċess ta' privatizzazzjoni tas-Sea Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-proċess tal-bejgħ tal-ishma tal-Gvern fis-Sea Malta bħalissa wasal fl-istadju fejn il-kumpaniji nteressati li ħadu it-talba għall-proposti (RFP - Request for Proposals) qegħdin jiġbru l-informazzjoni mid-Data Room biex iħejju l-proposti tagħhom li jridu jaslu għand il-Privatisation Unit mhux aktar tard minn nofs in-nhar tal-15 ta' Settembru 2004.
Jista' il-Ministru jgħid meta twaqqfu u jekk għadhomx jiffunzjonaw u jekk le, meta waqfu l-kumpanniji tal-gvern hawn imniżżla: a) Libyan Arab Maltese Holdings; b) Malta Counter Trade; c) METCO; d) Malta Freeport Corporation; e) Malta Govt. Investments; f) Malta Investment Management; g) Master Antenna; h) Medelec Switchgear; i) Med Oilfield Serv.; j) Med Power Electric; k) Rotos Ziraya? Jista' jgħid x'kien u x'inhu llum l-investiment u interess tal-gvern f'kull kumpannija?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm sar safar miċ-chairman u c-C/E tal-Kordin Grain Terminal mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum? Fejn żaru u x'kienet ir-raġuni għas-safar? Sar xi rapport informattiv lill-MIMCOL ta' kull żjara? Kemm intnefqu flus u mnejn inxtraw il-biljetti ta' l-ajru?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li bejn l-1 ta' Jannar 1999 sal-lum saru diversi żjarat barra minn Malta miċ-Chairman u CEO ta'
Kordin Grain Terminal. Ġieli flimkien u ġieli separatament. F'dawn iż-żjarat apparti diversi postijiet fl-Ewropa jinkludu żjarat ukoll fl-Amerika, il-Canada u l-Awstralja kif ukoll ir-Russja. L-Iskop ta' dawn iż-żjarat huwa dejjem l-istess cioe li jiġru wara l-klijenti kemm eżistenti kif ukoll ġodda biex iżommu s-silo dejjem mimli bit-transhipments ta' cereali.
Ta' min jgħid ukoll illi mingħajr dawn iz-żjarat kontinwi huwa kwazi impossibli li jinżamm il-business li diġa għandna aħseb u ara sabiex inkomplu inkabbruh. Kien hemm ukoll diversi minn dawn iż-żjarat għal konferenzi kif ukoll żjarat barra minn Malta mit-tekniċi tal-kumpanija li huma inklużi. Tul dan il-perjodu ta' sitt snin intefqu total ta' LM70,000.
Il-biljetti inxtraw mingħand dawn id-diversi kumpaniji:
Howards Travel, S. Mifsud & Sons, M. Demajo, Tourist Resources u Arrigo Travel.
Jista' il-Ministru jagħti lista tal-Management u l-impjegati kollha tal-Kordin Grain Terminal? X'inhi l-pożizzjoni ta' kull wieħed u x'salarju għandu? Jista' jgħid x'kien is-salarju tal-management sena b'sena mill-1998 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6633, jista' il-Ministru jirrispondi dwar l-ammonti kollha ta' flus pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx identifikati l-financial advisors u investment banks li se jkunu konnessi mal-privatizzazzjoni prospettiva tal-Maltacom? Jekk le, f'liema stadju se jsir dan u liema proċess se jiġi adottat dwar l-għażla tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorita' tax-Xandir — Trasferiment ta' Radio Calypso
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamnetari 6693 li ġiet indirizzata lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet indirizzata lilek u cioe' tista' tforni d-dettalji kollha dwar it-trasferiment tal-frekwenza ta' Radio Calypso u dwar il-mod ta' kif it-talba għat-trasferiment ġiet determinata mill-Awtorita' tax-Xandir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6742 u ċioe' jgħid kemm hi l-ispiża għall-produzzjoni ta' l-ilma permezz tar-reverse osmosis għal kull metru kubu?
Jista' jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża globali għall-produzzjoni ta' l-ilma permezz tal-proċess ta' reverse osmosis għas-snin 2002 u 2003, u kemm minn din l-ispiża kienet sussidjata?
Jista' jgħid ukoll kemm minn dan l-ilma li ġie prodott peremzz tar-reverse osmosis ġie mitluf?
Response (GATT, AUSTIN)
L-ispiża għal-produzzjoni ta' l-ilma għax-xorb permezz tar-Reverse Osmosis tvarja minn impjant għall-ieħor. Bħala medja din l-ispiża fl-impjant hi 22c kull metru kubu. Dan ma jinkludiex l-ispejjeż tad-distribuzzjoni u overheads.
L-ispiża globali għall-ilma prodott mill-impjanti tar-Reverse Osmosis hi hekk:
2002 - LM4,097,681
2003 - LM4,037,661
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tirċievi sovvenzjoni mingħand il-Gvern għall-operat totali tagħha u għalhekk ma jeżisti ebda 'sussidju' speċifiku għal l-ilma prodott bir-Reverse Osmosis.
Billi l-provvista' ta' l-ilma tad-distribuzzjoni tkun ġejja minn diversi sorsi apparti dik tar-Reverse Osmosis, mhux possibli li wieħed jikkalkula kemm mill-unaccounted for water ikun ġie prodott bir-Reverse Osmosis.
Inżid ngħid illi din l-informazzjoni tinsab fid-diversi rapporti anwali tal-Korporazzjoni għas-Serviżżi ta' l-Ilma.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-iskop taż-żjarat lil għadd ta' kumpanniji Ċiniżi hi-tech li saru mill-Ministru ta' qablu ġewwa Beijing u Shanghai? Kien hemm xi follow-up għal-laqgħa li saret mill-istess Ministru maċ-China Shipping Group Company dwar is-sehem prospettiv ta' dawn ta' l-aħħar fil-Consortium li mistenni jmexxi l-Freeport Terminal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.