Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta – Kunsill ta’ Wied il-Għajn – proġetti u inizjattivi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi proġetti jew inizjattivi saru mill-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta u mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala biex tissaħħaħ l-attività turistika f’din il-lokalità?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Kunsill Konsulltattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta jaħdem mill-qrib mal-Kunsill Lokali ta’ Marsascala fir-rigward ta proġetti nazzjonali bhal ma huma il-Park Nazzjonali ta’ l-Nwadar kif ukoll l-American University of Malta. Dawn huma żewg proġetti li għall-ewwel darba dawn l-inħawi qegħdin iggawdu min niċċeċ ġodda li joffru turizmu ta kwalita’ fin-Nofsinhar ta’ pajjiżna. Dwar proġetti u inizzjattivi fuq skala lokali li qiegħed jippjana jew implimenta l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala notlob l-Onor. Interpellant li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Kuntratt tax-xogħol — każ ta' persuna

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward tiġdid ta' kuntratt fuq il-post tax-xogħol tagħha minn xahar għal xahar?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-persuna msemmija tressaq għal l-attenzjoni meħtieġa tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER).

Raħal Ġdid – Pjazza — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid preżentement x’qed isir fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid? Tista’ tgħid għalfejn dan il-proġett jinsab wieqaf bħalissa?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lil Onor Interpellant li l-proġett ta’ Raħal l-Gdid mhux wieqaf u għaddej kif ippjanat. Il-progett tar-rigenerazzjoni Piazza Antoine De Paule imfassal fi tlett stadji. L-ewwel stadju fejn inqalgħu ammont ta’ sigar taħt supervizjoni sħiħa bi qbil mal-NGO’s u Ambjentalisti tlesta f’Jannar li għadda. Bħalissa għaddej ix-xogħol preparattiv relatat mat-tieni u t-tielet stadju li għandu jara t-twettiq ta’ dan il-proġett għal benefiċċju tar-residenti ta’ Raħal l-Ġdid.

MCCAA – żieda fit-tariffi għat-trasport tat-tfal tal-iskola

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26159 u peress li kien hemm numru mhux ħażin ta’ ġenituri li lmentaw dwar iż-żieda qawwija fit-tariffi għat-trasport għat-tfal tal-iskola, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) tgħid meta se tiġi konkluża l-investigazzjoni?

Response (DALLI, HELENA)

Informata li l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur għaddej bl-investigazzjoni dwar il-każ. Filwaqt li l-Uffiċċju qiegħed jagħti prijorità lil din l-investigazzjoni, f’dan l-istadju ma tistax tingħata data definittiva meta l-investigazzjonijiet se jiġu konklużi.

Malta – EU Information Centre – lista ta’ konsulenti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26048, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti li abbażi tagħhom ingħataw il-konsulenzi msemmija?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Malta – EU Information Centre – ħaddiema

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26050, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet li saru fil-gazzetti f'kull każ? Tista' tgħid kemm applikaw nies fil-każ ta' kull sejħa?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — vetturi - allowances

Question

Tista’ l-Ministru tgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru ma kienx jezisti fil-perjodu msemmi.

Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi — estensjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ġurisdizzjoni tat-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi (Consumer Claims Tribunal) tiġi estiża minn €3,500 kif inhi bħalissa għall-€5,000 bħalma ġara ftit ilu fil-każ tat-Tribunal għal Talbiet Żgħar (Small Claims Tribunal)?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li fid-diskussjonijiet għall-emendi tal-Att dwar l-awtorita’ għal kompetizzjoni u affarijiet tal-konsumatur qed jiġu kunsidrati emendi li jolqtu dan it-tribunal fosthom l-estensjoni li qed tissemma’ mill-Onor. Interpellant.

Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi — claims b’mod elettroniku

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk teżistix il-faċilità biex claims quddiem it-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumatur (Consumer Claims Tribunal) isiru b’mod elettroniku? Jekk ma teżistix, hemm il-ħsieb li din tiġi introdotta?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent ma teżistix il-faċilita’ li qed jirreferi għaliha. Infatti nista’ ninforma li għaddejjin diskussjonijiet interni fi ħdan l-Awtorita’ għal sistema elettronika fil-qafas tal-vizjoni tal-Gvern ta’ servizz 24/7 fejn il-konsumaturi ikollhom aċċess għas-servizzi tal-Awtorita’ erba’ u għoxrin siegħa kuljum. Waħda mill-miżuri li qed tkun diskussa hija l-faċilita’ li talbiet lit-tribunal isiru b’mod elettroniku.

Malta – EU Information Centre – lista ta’ konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Malta - EU Information Centre għamel użu minnhom sena b’sena, matul is-snin kollha li dam jopera? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid ukoll jekk kull servizz mogħti ngħatax b’direct order jew le?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Nisa li jaħdmu – emergency/sick leave

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux qed tiġi kkunsidrata miżura fejn dawk in-nisa li jaħdmu (mal-Gvern jew mal-privat) li jkollhom tfal żgħar ma jifilħux, ikunux jistgħu jingħataw emergency leave jew sick leave b’obbliguli jieħdu ħsieb lit-tfal tagħhom sakemm jgħaddilhom?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex jkun hemm konsultazzjoni mal-Imsieħba soċjali dwar dan.

MCCAA – compliance orders

Question

Tista’ l-Ministru tgħid mit-twaqqif tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) sal-lum kemm saru talbiet lid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) għall-ħruġ ta’ compliance orders skont il-Kap 378 tal-Liġijiet ta’ Malta? Minn min saru dawn it-talbiet u x’kien l-eżitu tagħhom?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li compliance orders jistgħu jintalbu biss minn entità kwalifikata kif definita fl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur. L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni bħala entità kwalifikata għamlet talba għall-ħruġ ta’ compliance orders fir-rigward ta’ operaturi fis-settur tal-komunikazzjoni, skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur. Tnejn minn dawn l-operaturi appellaw lit-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur, u l-appell huwa sub judice .

Laboratorju tal-Kalibrazzjoni — akkreditazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Laboratorju tal-Kalibrazzjoni li jinsab Kordin tilifx l-akkreditazzjoni li kellu ma’ NAB-Malta? Jekk iva, tista' tgħid x’effett dan ħa jħalli fuq dawk il-kumpaniji li jużaw is-servizz ta’ dan il-laboratorju u tgħid ukoll x'passi u azzjonijiet ittieħdu kontra min kien responsabbli għal dan in-nuqqas?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-akkreditazzjoni tal-Laboratorju tal-Kalibrazzjoni ma ntilfitx imma ġiet sospiża mill-NAB-Malta sakemm jiġu pprovduti u verifikati dokumentazzjoni meħtieġa relatati ma’ proċeduri interni. Ma kien hemm l-ebda effett fuq il-kumpaniji li jużaw is-servizz ta’ dan il-laboratorju u s-servizz baqa’ jingħata bl-ogħla livell li dejjem ġie mogħti.

Awtorità tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur – Diretturi u Diretturi Ġenerali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il Direttur Ġenerali u Direttur hemm fl-entitajiet kollha tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur? Tista' tgħid ukoll kemm minn dawn kienu jokkupaw din il-pożizzjoni fl-1 ta' Marzu 2013 u għadhom jokkupaw din l-istess pożizzjoni llum?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-MCCAA hemm erba’ (4) Diretturi Ġenerali, għaxar (10) Diretturi u żewġ (2) Heads of Section. Fl-1 ta’ Marzu 2013 kien hemm wieħed (1) Direttur Ġenerali, żewġ (2) Diretturi li saru Diretturi Ġenerali u tlett (3) Diretturi li kienu u għadhom jokkupaw headship postions .

National Centre for Quality and Scientific Affairs – progress għat-twaqqif

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi progress sar fit-twaqqif tan-National Centre for Quality and Scientific Affairs (NCQSA)? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra studji jew rapporti li saru f’dan ir-rigward?

Response (DALLI, HELENA)

Wara diskussjonijiet li saru ma’ diversi entitajiet u laboratorji interessati kif ukoll ma’ istituzzjonijiet, u wara studju mill-MEU, ġie deċiż li l-ewwel pass ikun li jitwaqqfu networks ta’ laboratorji. Dawn in-networks ser jservu għall-aħjar użu ta’ xjenzati u tal-equipment. Għalhekk twaffaq il-Malta Laboratories Network li qed jaħdem għal dan il-għan. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju li sar mill-MEU.

Malta – EU Information Centre – lista ta’ kumpaniji u individwi

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista ta' kumpaniji u individwi, lokali jew barranin, li l-Malta - EU Information Centre għamel użu minnhom matul is-snin kollha li dam jopera? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li taw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Tista' tgħid jekk kull servizz mogħti ngħatax b’direct order jew le?

Response (DALLI, HELENA)

Ninform lill-Onor, Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tingabar.

MCCAA – żieda fit-tariffi għat-trasport tat-tfal tal-iskola

Question

Peress li kien hemm numru mhux ħażin ta’ ġenituri li lmentaw dwar iż-żieda qawwija fit-tariffi għat-trasport għat-tfal tal-iskola, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta Għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) stħarrġitx kemm hemm familji li se jkunu milquta minn dawn iż-żidiet? Jekk iva, tista’ tgħid kemm hemm familji involuti? Tista’ wkoll tgħid jekk il-ġenituri ġewx infurmati dwar ix-xogħol li qiegħda tagħmel l-MCCAA biex tindirizza din il-kwistjoni? Jekk iva, kif ġew infurmati u kemm-il laqgħat ġew organizzati mal-ġenituri konċernati? Jekk fin-negattiv, tista’ tispjega għaliex dan ma sarx? Tista’ tgħid jekk l-investigazzjoni li qed tagħmel l-MCCAA, ġietx konkluża u jekk le taħsibx li din il-kwistjoni għandha tkun mogħtija prijorità ħalli l-ġenituri jkunu jafu jekk għandhomx iħallsu t-tariffi l-ġodda jew le qabel ma tibda s-sena skolastika li ġejja? Jekk din l-investigazzjoni ġiet konkluża tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-deċiżjoni tal-Awtorità?

Response (DALLI, HELENA)

L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni għadu għaddej bl-investigazzjoni dwar iż-żieda fit-tariffi tat-transport tat-tfal tal-iskola. F'dan l-istadju l-Uffiċċju għalkemm ħa in konsiderazzjoni dak li kellhom xi jgħidu l-ġenituri fl-ilment tagħhom, ħass li kellu jikkuntatja direttement lill-parti investigata u lill-iskejjel. Madakollu, l-Uffiċċju ma jeskludix li jista' jiltaqa’ ma’ xi ġenituri jekk in-neċessita’ tirrikjedi. L-Uffiċċju m'għandux in-numru ta’ familji li jistgħu jiġu milquta mis-sena skolastika li jmiss.

MCCAA – Investigazzjoni fuq żieda ta’safe deposit boxes

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk ġietx konkluża l-investigazzjoni li kellha tagħmel l-MCCAA wara li f’Settembru tas-sena l-oħra bank li ismu qed jingħata separatament kien żied it-tariffi tas-safe deposit boxes? Tista’ tgħid kemm-il laqgħa saret mill-MCCAA ma’ dawk il-konsumaturi li ġew milquta b’dawn iż-żidiet u meta kien dan? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta’ din l-investigazzjoni?

Response (DALLI, HELENA)

Permezz tal-intervent tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-MCCAA, t-termini u l-kundizzjonijiet relattivi għas-servizz ta’ safe deposit boxes, ġew minnufih riveduti mill-bank konċernat, u bħala riżultat ta’ dan ġiet żgurata l-konformità mal-liġijiet applikabbli fl-aħjar interess u għall-protezzjoni tal-konsumaturi.

Konsum ta’ fliexken ta’ inbid

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 22639, tista’ l-Ministru tgħid kemm kien il-konsum ta' inbid kemm lokali kif ukoll dak impurtat, f’numru ta’ fliexken, fil-gżejjer Maltin u Għawdxin, sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin bl-ammont ta' inbid lokali separatament minn dak impurtat?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità tal-Mediċina – mediċini rtirati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, minn Marzu 2013 sa Mejju 2016, kemm kien hemm mediċini li ġew irtirati wara intervent u investigazzjoni min-naħa tal-Awtorità tal-Mediċina?

Response (DALLI, HELENA)

In-numru ta’ mediċini li ġew irtirati minn Marzu 2013 sa Mejju 2016 skont dak li nsejħulu batch recall huwa ta’ tlieta u erbgħin (43).