Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u t-28 ta' Frar, 1999: (i) x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; (ii) min għamel l-ispecifications; (iii) min għamel l-award; (iv) intalbu quotations; (v) kemm kienet kull quotation; (vi) min rebaħ kull kuntratt; u (vii) ingħataw extensions?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Bejn il-5 ta' Settembru 1998 u t-28 ta' Frar 1999, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ħareġ offerta waħda għall-provvediment ta' trasport bix-xufier matul is-sena. Il-kwotazzjonijiet li ntbagħtu bi tweġiba għal din is-sejħa għal offerti bħalissa qed jiġu kkunsidrati mill-Kumitat għall-Kuntratti tal-Gvern.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?
Meta nxtraw?
Kemm swew fi spejjeż?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li tagħti nformazzjoni li setgħet tinkiseb mill-files tal-Ministeru dwar il-kompjuters li jinsabu fid-diversi taqsimiet u uffiċċji tal-Ministeru, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nefaq il-gvern minn Settembru sal-lum, fuq safar, kuntatti u oħrajn, biex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea? Liema huma l-pajjiżi kkonċernati?
Response (MARCO, GUIDO DE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru qed tinġabar u tingħata f' xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu fax machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?
Meta nxtraw?
Kemm swew fi spejjeż?
Response (MARCO, GUIDO DE)
L-informazzjoni qed tinġabar, u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Bordijiet/kumitati
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-bordijiet jew kumitati tat-tmexxija, eċċ tal-gvern u ta' entitajiet oħra pubbliċi li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Viċi Prim Ministru li ġew mibdula mill-5 ta' Settembru 'il hawn? Min kienu l-membri qabel ma nbidlu? Min huma l-membri issa? X'remunerazzjoni qed jieħdu?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Il-kompożizzjoni ta' l-uniku Bord li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni tiegħi, jiġifieri l-Kunsill ta' Amministrazzjoni tal-Voice of the Mediterranean, ma nbidlitx minn wara l-Elezzjoni ta' Settembru 1998 'il hawn. Il-Kunsilliera li jservu fuq dan il-Bord ma jirċievu ebda remunerazzjoni għax-xogħol li jagħmlu.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Infiq ta' flus
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jista' l-Ministru jagħti rendikont itemized dwar l-flus li ntnefqu?
Response (MARCO, GUIDO DE)
L-ammont totali li tħallas għal xogħolijiet li saru, jew għal xiri ta' provvisti u materjal li nkiseb bejn il-5 ta' Settembru 1998 sa l-aħħar ta' Frar 1999, biex jiġu rranġati u arredati aħjar l-uffiċini tal-Ministeru kien ta' Lm4,538.35.
Sakemm ma ningħatax raġuni valida 'l-għala qed tintalab din l-informazzjoni, ma nara l-ebda skop li jingħata r-rendikont itemized mitlub fit-tieni parti tal-mistoqsija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?
Meta nxtraw?
Kemm swew fi spejjeż?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji li setgħu jinġabru dwar in-numru ta' scanners li għandu l-Ministeru.
Issa li l-Gvern Nazzjonalista r-riattiva l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkalkula li l-Unjoni se tagħti flus lil Malta f'għotjiet u mhux f'self fis-sentejn li ġejjin?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Il-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea għandu jeżamina r-rapport ta' aġġornament tal-Kummissjoni dwar it-talba ta' Malta għar-rijattivazzjoni ta' l-applikazzjoni għal sħubija. Il-forma u l-ammont ta' għajnuna li Malta tista' tieħu mill-Unjoni jiġu diskussi fil-kontest tal-miżuri li jridu jittieħdu biex Malta tattiva l-provedimenti ta' l-acquis communitaire.
Billi issa ġiet ippubblikata l-update dwar l-AVIS ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk jistax jiġi ppubblikat il-kwestjonarju tal-Unjoni Ewropea flimkien mat-tweġibiet tal-Gvern Malti? Dan fl-interess nazzjonali u dak tat-trasparenza?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Il-Kwestjonarju fuq Malta hu dokument intern tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tippubblika r-rapport li ħejjiet hi abbażi tal-kwestjonarju. Jiena mxejt skond l-etika u poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tar-rapport.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-ministeru tiegħu bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999; f'riċevimenti, f'safar, f'petrol u diesel u f'pagi għall-impjegati?
Response (MARCO, GUIDO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u allura r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Designate secretariat
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1348 tas-16 ta' Novembru, 1998 jista' Viċi Prim Ministru issa jagħti tweġiba definittiva għat-tieni parti ta' din il-mistoqsija kif imwiegħed fir-risposta mogħtija dakinhar?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni li kien talabni kont diga' tajtha fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3450. Irrid inżid biss ma' l-iSkeda B li fiha dakinhar elenkajt l-impjegati fi ħdan is-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, lis-Sinjorina Claire Scerri li issa qiegħda bħala Uffiċċjal fis-Secretariat Pool u li ġiet sekondata għal dan l-iskop mill-post ta' Skrivana ma' l-Awtorita' tad-Djar.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4063, u in vista tal-fatt li l-persuna msemmija ġiet maħtura ambaxxatur għall-Kunsill ta' l-Ewropa u in vista tad-diskussjoni li seħħet fi ħdan il-Public Accounts Committee, dwar dan is-suġġett, il-Viċi Prim Ministru ma jaħsibx li risposta għall-mistoqsija oriġinali hija issa urġenti?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Kif gia spjega s-Segretarju Permanenti tal-Ministeru quddiem il-Public Accounts Committee, il-Ministeru qiegħed jeżamina il-karti rilevanti in kwestjoni, u jaġixxi fil-kontest tar-riżultanzi.
B'riferenza għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1998 sal-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil minn intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebaħ il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu w kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Bejn l-1 ta' Novembru 1998 u l-31 ta' Jannar 1999, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ma ta ebda appalt permezz ta' direct order għas-servizzi ndikati mill-Onorevoli Interpellant.
Billi fil-bidu tas-sena kellhom jitħabbru tibdiliet fl-Ambaxxaturi Maltin, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji dwar dawn it-tibdiliet b'riferenza speċifika għad-dati rispettivi tal-ħatra?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Il-proċess ta' nominazzjonijiet għal Ambaxxaturi li nbeda wara l-elezzjoni għadu sejjer għax kif jaf l-Onor. Interpellant dan hu proċess li jinvolvi ċerti proċeduri li mhux dejjem wieħed jista jgħaġġilhom. Sa issa, dawn in-nomini li se nsemmi rċivew l-approvazzjoni tal-gvernijiet konċernati u xi wħud minnhom fil-fatt diġa bdew ix-xogħol diplomatiku tagħhom fil-kapitali tal-pajjiżi li għalihom huma Ambaxxaturi:
Dr. George Bonello du Puis Londra 16 ta' Diċembru 1998
Prof. Salvino Busuttil Pariġi 17 ta' Dicembru 1998
Dr. Jimmy Farrugia Vatikan/SMOM
(Residenti Malta) 7 ta' Jannar 1999
Dr. Joe Licari Strasbourg 13 ta' Jannar 1999
Mr. Saviour Borg Beijing 27 ta' Jannar 1999
Mr. Gaetan Naudi Cairo 27 ta' Jannar 1999
Kif diġa ndikajt, hemm nomini oħra iżda ma jkunx korrett li jissemmew qabel ma' jkollna risposta mill-gvernijiet konċernati.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti informazzjoni dettaljata ta' kemm laħqet l-ispiża għall-istampar jew xiri ta' kartolini għall-Milied 1998 u kemm ġiet tiswa l-ispiża postali konnessa ma' dawn il-kartolini, kemm mill-Ministeru, kemm mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment, kemm mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti u kemm mis-Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru? Jista' l-Ministru jgħid fejn ġew stampati l-imsemmija kartolini? Jista' jgħid lil min intbagħtu?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Se nelenka l-ispejjez minfuqa, sa fejn dawn setgħu jiġu determinati, sabiex jinxtraw, f'xi każijiet jiġu stampati, u biex jiġu mpustati l-kartolini tal-Milied 1998 mill-Ministeru tiegħi:
Viċi Prim Ministru u Ministru
ta' l-Affarijiet Barranin Lm 696 stampati Malta*
Segretarju Parlamentari Lm 696 stampati Malta*
Baghdad Lm 30 pustegg biss għaliex
ntużaw kartolini minn
snin ta' qabel
Beijing Lm 34 xiri Lm18 - pusteġġ
Lm16
Bonn Lm 236 stampati Malta -
pusteġġ Lm71
Brussell Lm 258 UNICEF cards - pusteġġ
Lm117
Konsolati Melbourne/Sydney A$ 80 mixtrija*
Ġinevra Lm 405 mixtrija fil-pajjiż -
pusteġġ Lm 247
New York Lm 42 xiri Lm 17 - pusteġġ
Lm25
Pariġi Lm 25 pusteġġ biex għaliex
ntużaw kartolini minn
snin ta' qabel
Riyadh Lm 75 stampati fil-pajjiż*
Ruma Lm 229 stampati Malta -
pusteġġ Lm 115
Strasburgu FF 71 mixtrija fil-pajjiż -
pusteġġ FF 27
Toronto Can$33 stampati fil-pajjiż*
Tripli Lm 5 UNICEF cards*
Vjenna Lm 147 stampati Malta -
pusteġġ Lm50
Washington US$615 xiri US$ 530 - pusteġġ
US$85
* Ma kienx possibbli, fil-każijiet immarkati, li tinkiseb idea kemm jista' jkun akkurata, ta' l-ispejjeż tal-pusteġġ.
Il-kartolini ntbagħtu lil bosta uffiċċjali u personalitajiet distinti, lil-awtoritajiet li magħhom il-Ministeru u l-Missjonijiet ta' Malta għandhom rabtiet mill-qrib, lil diplomatiċi ta' pajjiżi oħrajn, u lil dawk il-persuni li magħhom min qed jibgħat il-kartolina, għal raġuni jew għal oħra, jixtieq jaqsam il-ferħ ta' l-istaġun natalizju.
Inżid ngħid ukoll li s-Segretarju Permanenti u d-Diretturi tal-Ministeru ddecidew li, minflok jistampaw u jibgħatu l-kartolini tal-Milied, jestendu l-awguri tagħhom din is-sena permezz ta' avviżi fil-gażżetti lokali, li swew Lm199. Il-Ministeru għamel ukoll għotja ta' Lm250 lill-Community Chest Fund f'din l-okkażjoni.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1347, tas-16 ta' Novembru 1998, ma jaħsibx il-Viċi Prim Ministru li għadda żmien biżżejjed biex jagħti risposta dettaljata kif wiegħed li se jagħti?
Response (MARCO, GUIDO DE)
26 karozza huma reġistrati f'isem il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin f'Malta, filwaqt li 25 vettura oħra jintużaw mill-ambaxxati Maltin ta' barra.
Erbatax minn dawn il-karozzi f'Malta jintużaw mill-Ministru, mis-Segretarju Parlamentari, mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru, mid-Diretturi u minn uffiċċjal tas-Segretarjat Privat tal-Ministru, li kollha huma awtorizzati li jsuqu karrozza tal-Gvern. Erba' minnhom jinsaqu biex jaqdu bihom il-ħtiġijiet ġenerali ta' l-uffiċċju, bħall-ġarr ta' valiġġa diplomatika, tqassim ta' korrispondenza uffiċċjali, u għat-trasport ta' personalitajiet importanti.
Seba' karozzi tal-Ministeru f'Malta ma humiex fi stat tajjeb u għaddej il-proċess biex jiġu eliminati minn fuq l-inventarju tal-Ministeru. Żewġ karozzi li huma f'kundizzjoni passabbli jintużaw biex jirrimpjazzaw xi waħda mill-karozzi uffiċċjali li għal xi raġuni ma tkunx qiegħda fit-triq. Inbeda l-proċess biex tliet vetturi jinbiegħu fl-istat li qegħdin fih. Il-karozzi li m'humiex jintużaw b'mod regolari mill-Ministeru kollha ilhom li ġew f'idejn il-Ministeru 'il fuq minn seba' snin ilu, ta' l-anqas.
Erba' uffiċċjali tal-Ministeru li għandhom dritt kontrattwali li jkollhom l-użu ta' karozza mħallsa mill-Gvern qed jikru vettura biex taqdihom fix-xogħol tagħhom. Tnejn minn dawn il-vetturi qed jinkrew mingħand il-Bjorn Garage, waħda mis-Civic Car Rentals u waħda mingħand il-John's Garage. Ir-rata tal-kiri f'kull każ hija ta' Lm5 kuljum. Dawn l-uffiċċjali kollha bħalissa qed jikkunsidraw jitilqu l-karozza tal-kiri u minflok jitħallsu allowance biex jibdew isuqu vettura personali biex taqdihom fix-xogħol tagħhom
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu fir-responsabbilta' tiegħu li jgawdu minn allowance għad-degree jew diploma li għandhom? X'inhuma s-suġġetti li huma ċċertifikati fihom? X'inhuwa x-xogħol li qegħdin jagħmlu bħalissa?
Response (MARCO, GUIDO DE)
It-tweġiba għall-ewwel mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant hija fl-affermattiv.
Jiena nfurmat li l-impjegati jirċievu allowance għall-kwalifiki li għandhom, skond ir-regolamenti, meta l-kwalifika li jippossjedu tkun relevanti għax-xogħol tagħhom fil-Ministeru, u tkun ukoll rikonoxxuta uffiċċjalment. Għalhekk, fost il-kwalifiki li għalihom titħallas din l-allowance, insibu min hu lawrejat bi
Diploma fl-Istudji Diplomatiċi
Master's degree fl-Istudji Diplomatiċi
Master's degree fir-Relazzjonijiet Internazzjonali
Dottorat fil-Ligi
Master's degree fid-Dritt Internazzjonali
Master's degree fil-Liġi tal-Komunita' Ewropea
Master's degree fl-Istudji Kontemporanei Ewropej
Master's degree fil-Liġi Komparattiva Ewropea
Master's degree fl-Istudji Politiċi u Amministrattivi Ewropej
Master's degree fil-Public Management
Master's degree jew Baċellerat fl-Amministrazzjoni Pubblika
Ix-xogħol li jwettqu dawk li huma kwalifikati huwa dak li wieħed normalment jassoċja ma' Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, jiġifieri, xogħol fid-Direttorat għal Relazzjonijiet Bilaterali, fid-Direttorat għal Relazzjonijiet Multilaterali, fid-Direttorat għal Relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea, xogħol fil-qasam Konsolari kif ukoll ħidma fl-Ambaxxati Maltin barra minn Malta.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998? Jekk ingħataw, jista' jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi? Jista' jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarux riċevimenti jew ikliet mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mis-Segretarju Parlamentari li jaqa' taħtu fl-okkażjoni tal-Milied 1998 u l-Ewwel tas-Sena?
Jekk saru, meta saru?
Fejn saru?
Min ipprovda l-ikel u x-xorb?
Kemm ġiet tiswa l-ispiża totali?
Inġabru kwotazzjonijiet għall-imsemmja riċevimenti jew ikla?
Jekk inġabru kwotazzjonijiet, mingħand min inġabru?
Min kien mistieden għal dawn l-attivitajiet?
Peress li l-Unjoni Ewropea se tnaqqas is-sussidju għas-settur tal-biedja, jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kif dan se jaffettwa lill-bdiewa tal-pajjiżi membri u cioe' fejn huma l-vantaġġi/benefiċċji, eċċ. għall-bdiewa b'dawn il-miżuri għall-bdiewa Maltin u Għawdxin?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Ir-riformi fis-settur tal-biedja fl-Unjoni Ewropea għadhom fi stadju tad-diskussjoni. Għal daqstant hu prematur li wieħed jitkellem fuq benefiċċji jew vantaġġi.