Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei — Ikel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt għall-fornitura ta' ikel lill-pazjenti ta' l-Isptar Mater Dei ingħatax lill-privat? Jekk fl-affermattiv, lil min ingħata u x'inhu stmat li hu l-valur ta' dan il-kuntratt kull sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lil-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Sptar Mater Dei — Ikell lill-istaff

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizz ta' fornitura ta' ikel lill-istaff ta' Mater Dei ingħatax lill-privat? Jekk fl-affermattiv, lil min ingħata u kemm hu stmat li jiswa dan il-kuntratt kull sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lil-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Sptar San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti ġewwa l-isptar San Luqa illum u ġewwa l-isptar Karen Grech illum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' pazjenti ġewwa l-isptar San Luqa huwa ta' 62. Fl-isptar Karen Grech in-numru ta' pazjenti huwa ta' 93.

Swali kirurġiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti ta' natura mhux kirurġika ġo swali kirurġiċi illum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-ADT Module tal-Patient Administration System, illum (17 ta' Diċembru 2007 fil-ħdax ta' filgħodu) hemm 36 pazjent ġo swali kirurġiċi li qegħdin taħt il-kura ta' Konsulenti fil-Mediċina. Din il-figura tista' tinbidel minn ħin għal ħin skond id-discharges u l-admissions li jkun hemm matul il-jum.

Nefqa fuq petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, tal-uffiċjali biss (eskluż l-użu ġenerali) separatament minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid liema uffiċjali huma intitolati għal petrol imħallas mill-Gvern fl-istess perjodu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-nefqa fuq petrol minn Jannar sa Novembru tal-uffiċjali biss kienet: Ministeru Dekasteru Entitajiet Nefqa Jannar - Novembru Lm1234 Lm4034 Lm1437 Ufiċċjali intitolati għall-petrol Head of Secretariat Perm Sec General Manager Zammit Clapp Hospital Private Secretary DG Public Health Regulations Executive Officer Mount Carmel Hospital Assistant Private Secretary DG Health Care Services CEO Medicines Authority DG Strategy & Sustainability Dir Elderly Care Dir Corporate Services Dir Finance & Administration Dir Gov Pharmaceutical Services Dir Special Initiatives Dir Nursing Services Dir Health Promotion & Disease Prevention Dir Environmental Health Dir Health Information & Research Dir Primary Health Care Dir Health Care Services Standards Dir Information Management and Technology Superintendent SLH Adviser

Nefqa fuq servizzi ta' konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Nefqa fuq is-servizz ta' l-internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei — Haddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema fl-isptar San Luqa qabel ma sar it-trasferiment għall-isptar Mater Dei fis-sezzjoni tal-kċina fis-sezzjoni tas-security fis-sezzjoni tal-maintenance nkluż inġinera?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema fl-Isptar San Luqa qabel ma sar it-trasferiment għall-Isptar Mater Dei fis-sezzjonijiet tal-kċina, security u maintenance inkluż enġiniera kien kif jidher hawn taħt: Kċina 40 Security 60 Technical staff inkluż Enġiniera 174

Nurses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nurses illum? X'tip ta' grad għandhom? Kemm hu n-numru illum u kemm hu maħsub li għandu ikun il-full complement li l-gvern għandu bżonn illum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra meta tinġabar.

Nurses Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nurses barranin jaħdmu Malta illum? Minn fejn huma? Kemm hu n-numru li applikaw biex jiġu jaħdmu Malta wara s-sejħa li saret dan l-aħħar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' Nurses ta' nazzjonalita' barranija li jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita' huwa ta' 29. In-nazzjonalita' ta' dawn in-Nurses huma elenkati hawn taħt: Serbia & Montenegro 3 Philippines 3 Poland 3 Albania 2 Bosnia 2 Nigeria 4 Germany 2 United Kingdom 2 India 1 Pakistan 2 Bulgaria 1 Russia 1 Slovak Republic 1 Finland 1 Greece 1

Angiograms

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-ewwel angiograms ġo l-iSptar Mater Dei? Kemm saru dakinhar? L-ITU tal-iSptar Mater Dei kien jiffunzjona dakinhar u jekk le, meta beda jiffunzjona?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ewwel Angiograms ġo l-isptar Mater Dei saru fil-5 ta' Novembru 2007. It-total kien ta' 4. Ma hemm l-ebda bżonn ta' ITU Coverage għal Angiograms. L-ITU beda jiffunzjona fl-14 ta' Novembru 2007.

Konsulenti u speċjalisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti u speċjalisti li aċċettaw jaħdmu fulltimemal-gvern illum? Kemm hemm part time? Kemm minn dawn aċċettaw jaħdmu wara nofs inhar? F'liema qasam mediku huma speċjalisti dawk li aċċettaw jaħdmu fulltime?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-ftehim bejn il-Gvern u l-MAM jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008. Fl-istess ftehim hemm stipulati li t-tobba għandhom żmien sat-30 ta' Ġunju 2008 sabiex jikkomunikaw id-deċiżjoni tagħhom.

Nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu (inkluż safar ministerjali) minn Jannar 2007 sal-lum separatament, xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid minn ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.

Uffiċjali li rrizenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk minn Jannar 2007 sal-lum fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 4 jew chairpersons li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reggħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet r-raġuni li rreżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li min Jannar 2007 sallum kienu ħames (5) persuni fi skala 1 sa 4 li telqu mis-servizz. Tlieta (3) kienu d-diretturi li ma ġġeddilhomx il-kuntratt, wieħed qiegħed assenjat ma' aġenzija barra min Malta, filwaqt li wieħed irriżenja minħabba raġuni ta' saħħa.

Impjegati 'l fuq minn 61 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum li għandhom 'l fuq minn 61 sena? Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.

Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct orders minn Jannar 2007 sal-lum mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Sptar Mater Dei

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk x-xogħol ta' maintenance fuq il-bini u l-equipment ta' l-isptar Mater Dei ingħatax lill-kuntratturi privati? Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-valur ta' dan il-kuntratt fis-sena u lil min ngħata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi li taħtu taqa' il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS).

Sptar Mater Dei — Parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-parkeġġ fl-isptar Mater Dei ngħatax lill-privat? Jekk fl-affermattiv lil min ingħata u kemm inkera għal kull sena? Kemm hemm parking slots f'dan il-parkeġġ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi li taħtu taqa' il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS).