Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #4731 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Sala ta' l-irġiel ward 10

Question

Jista' il-Ministru jgħid fl-2003 kemm kienet in-nefqa totali nkluż il-pagi kollha ta' l-impjegati, biex titmexxa s-sala ta' l-irġel ward 10 fl-isptar Monte Carmeli? Kemm hemm impjegati assenjati għal din is-sala? Il-ħaddiema li jaħdmu f'din is-sala jiddaħħlu biex jaħdmu fuq bażi ta' overtime?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-sala ta' l-irġiel numru 10 ġewwa l-Isptar Monte Karmeli ingħalqet fl-1998.
Leg 10 PQ #4732 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Pazjenti taħt level one content watch

Question

Jista' il-Ministru jagħti garanzija li kull pazjent fl-isptar Monte Carmeli li fl-aħħar tlett xhur intalab mill-konsulenti psikjatriċi li jitpoġġew taħt level one content watch, dawn il-pazjenti fil-fatt kellhom nurse jew nursing aid imqiegħed magħhom skond il-proċeduri ssettjati għal każi ta' level one content watch?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-proċedura ġewwa l-isptar Monte Karmeli dejjem kienet li d-domanda għal level 1 supervision tintlaqgħa biss skond kemm jippermettu r-riżorsi umani ta' l-isptar. Il-proċedura baqgħat l-istess u ma hemm l-ebda ħsieb li tinbidel.
Leg 10 PQ #4251 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Rabat — Ċentru tas-saħħa

Question

Matul l-2003, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni u/jew każijiet li wżaw iċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għaċ-ċentri tas-saħħa ta' Bormla, ta' Ħal Qormi u ta' Birkirkara? Jista' ukoll ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra breakdown tas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' pazjenti li attendew għal xi vista jew servizz fiċ-ċentri tas-saħħa tar-Rabat, Bormla, Ħal Qormi matul is-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 huwa kif ġej. Birkirkara ma toffrix is-servizzi kollha offruti miċ-ċentri l-oħra. Snin Rabat Bormla Ħ al Qormi Birkirkara 1999 73,593 47,885 177,086 27,995 2000 63,273 51,574 152,713 36,497 2001 56,687 45,291 138,632 51,551 2002 57,716 46,379 140,463 58,265 2003 62,200 51,670 151,894 66,467
Leg 10 PQ #4495 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentru tas-Saħħa — Gżira

Question

Tista' tgħid x'verita' hemm fir-rapporti li ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jista' jiċċaqlaq għal-lokalita' oħra u jekk dan huwa minnu., fejn sejjer jiġi located?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma naf b'ebda pjan sabiex iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Ġżira jiċċaqlaq għal lokalita' oħra.
Leg 10 PQ #4199 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-saħħa — Kiri ta' affarijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekastru tal-ministeru? Kemm hi r-rata tal-kirja kull ġurnata f'kull każ separatament? Fil-preżent, kemm hi ċ-ċifra taż flus tal-kontijiet pendenti li l-ministeru u l-entitajiet għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet? Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il-kirjiet matul is-sena li għaddiet? Jista' jinformani kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li jidher li l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onor. Membru fil-Mistoqsija tiegħu mhux se twassal għal xi titjib fl-amministrazzjoni pubblika ta' pajjiżna jew għal xi benefiċċju relevanti ieħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jinħtieġ f'kull Ministeru u Dipartiment sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba ikun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista' jintuża aħjar. L-Onor. Membru għandu jikkunsidra jagħmel Mistoqsija aktar iffokata u ristretta.
Leg 10 PQ #4441 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tas-Saħħa

Awtorita' regolatorja tal-mediċini — Direttur GPS

Question

Jista' il-Ministru jispjega l-fatt kif, wara li direttur GPS ġiet kuntrattwalment assenjata proġett li twaqqaf l-awtorita' regolatorja tal-mediċini, din ma ġietx milqugħa lura bħalha direttur GPS wara li lestiet il-proġett, skond l-istess ftehim? Dan ifisser li għall-post ta' direttur GPS illum għandha tnejn minn nies li għal posting wieħed qed jitħallsu żewġ pagi, eċċ.?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li għandu mhix għal kollox korretta. Id-Direttur tal-GPS ma lestietx il-proġett assenjat lilha iżda rriżenjat mill-kariga mogħtija lilha. Hija ġiet milqugħa lura fid-Diviżjoni tas-Saħħa bħala Direttur tal-GPS u ġiet assenjata t-tmexxija tat-taqsima tal-Policy and Audit - Dipartiment ġdid fl-uffiċju tad-Direttur Ġenerali. Id-direttur tal-GPS għadha qatt ma daħlet għax-xogħol mid-data tar-riżenja tagħha tal-proġett assenjat lilha għax qegħda fuq sick leave.
Leg 10 PQ #4491 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Casual Ward Clerks — Diviżjoni tas-Saħħa

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li joħorġu applikazzjonijiet biex il-Casual Ward Clerks li fadal impjegati mad-Diviżjoni tas-Saħħa jkunu jistgħu japplikaw biex isiru tal-post? Billi kull ma fadal hu xi 7 casual ward clerks u ilhom impjegati fuq bażi casual għall-snin twal, jista' il-Ministru jara li ladarba dawn qed jagħtu kontribut siewi għandhom jingħataw iċ-ċans li jsiru tal-post?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-postijiet ta' Ward Clerical Assistant jimtlew wara li toħroġ sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Lapplikanti jridu joqogħdu għall-eżami bil-miktub u min jgħaddi biss ikun jista' joqgħod għall-intervista mill-Bord tal-Għażla. L-applikanti magħżula mbagħad jiġu mpjegati skond l-ordni tal-mertu. Is-seba' Casual Ward clerical Assistants li għalihom qed jirreferi l-Onor. Interpellant huma dawk il-persuni li flimkien ma' oħrajn kienu ġew impjegati fis-17 ta' Diċembru 1991 u imbagħad applikaw għal post permanenti meta ħarġet is-sejħa għall-applikazzjonijiet fil-21 t'April 1995. Dawn is-sebgħa kienu weħlu mill-eżami bil-miktub u għalhekk ma setgħux isiru tal-post. Iżda dawn baqgħu miżmuma fl-impieġ tagħhom fuq bażi każwali u għadhom hekk sal-lum.
Leg 10 PQ #4408 Sitting 105 2004-02-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Gżira — Ċentru tas-saħħa - stallar ta' lift

Question

Hemm possibbilta' li jiġi ntrodott lift fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira minħabba l-bżonn urġenti li hemm għalih?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #4451 Sitting 105 2004-02-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Skejjel — Regolamenti dwar it-tipjip

Question

Jista’ il-Ministru jara li fir-regolamenti dwar it-tipjip li se jidħlu fis-seħħ fil-5 ta' April, fejn ġie skedat li ma jistax isir titjib fl-iskejjel, iżid ukoll li f'kull bini edukattiv ma jkunux jistgħu jiddaħħlu sigaretti kemm minn għalliema kif ukoll minn studenti u dan għax hemm tendenza li jsir tipjip, speċjalment minn studenti fis-sixth form?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant qed jiġi kkunsidrat.
Leg 10 PQ #4293 Sitting 104 2004-02-23 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien is-safar li sar fuq xogħol uffiċjali minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu matul is-sena 2003? Min siefer? Fejn kienet kull safra? Kemm kienet l-spiża ta' kull safra? Min awtorizza kull safra? Min minn dawk li siefru mar first class jew club class?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jista l-Onor Interpellant jindika għal liema perjodu qiegħed jirriferi.
Leg 10 PQ #4003 Sitting 103 2004-02-17 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Mater Dei

Question

Jista' il-Ministru jagħti stima ta' l-infiq fuq l-isptar Mater Dei u jaqsam din l-istima, settur b'settur, bħall-bini, servizzi ta' l-ilma, servizzi tad-dawl, għamara, apparat mediku, eċċ.?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #4003 Sitting 103 2004-02-17 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Mater Dei

Question

Jista' il-Ministru jagħti stima ta' l-infiq fuq l-isptar Mater Dei u jaqsam din l-istima, settur b'settur, bħall-bini, servizzi ta' l-ilma, servizzi tad-dawl, għamara, apparat mediku, eċċ.?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant
Leg 10 PQ #4162 Sitting 103 2004-02-17 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tas-Saħħa

Isla — Dockyard terrace

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħa l-ministeru tiegħu biex tiġi solvuta l-problema ta' ħruġ ta' drenaġġ quddiem residenza li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, f'Dockyard terrace l-Isla?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li wara li saru l-investigazjonijiet neċessarji minn dan id-Dipartiment, instab li l-ħruġ ta' drenaġġ quddiem is-sit indikat kien qed jiġi kkawżat minn sadd fid-drenaġġ ta' l-istess sit. Dan is-sadd issa tneħħa. Madankollu, peress li d-drenaġġ qiegħed jinstadd spiss, intbagħat avviż fid-29 ta' Jannar, 2004, lill-Kummissarju ta' l-Artijiet, bħala sid responsabbli w kopja lid-Direttur tal-Housing Construction and Maintenance, sabiex isiru t-testijiet u l-investigazzjonijiet neċessarji, sabiex tiġi solvuta din il-problema.
Leg 10 PQ #4400 Sitting 103 2004-02-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Korsijiet għall-health assistants

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-gvern jiftaħ courses għall-health assistants? Jekk iva, se ssir sejħa interna mis-servizz pubbliku jew se jiġu ngaġġati minn barra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li skond il-ftehim mal-Unions f'Mejju 1993, il-grad ta' Health Assistant ġie kklassifikat bħala dying grade, fis-sens li ma jsir l-ebda ngaġġ aktar f'dan il-grad ħlief għal dawk il-Hospital Auxiliaries li jkollhom ħmistax-il sena servizz mal-Gvern u li jkunu temmew b'suċċess kors ad hoc organiżżat mid-Diviżjoni tas-Saħħa.
Leg 10 PQ #4156 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-saħħa — Dħul ta' drenaġġ f'residenza privata

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn waslet u kif tista' tiġi solvuta l-problema tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, rigward id-drenaġġ li ilu dieħel fil-kamra tas-sodda għal dawn l-aħħar tliet snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ikun iktar opportun jekk l-Onor. Interpellant jirreferi tali Mistoqsija lil Ministru kkonċernat kif rakkomandat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari No.2762.
Leg 10 PQ #4227 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Laqgħat mal-MAM u mal-MUMN — Trasferimenti mill-isptar San Luqa għall-isptar il-ġdid

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru laqgħat minn wara l-elezzjoni mal-MAM u mal-MUMN dwar it-trasferiment mill-isptar San Luqa għall-isptar il-ġdid u meta saru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed isiru laqgħat biex jiġi finaliżżat il-ftehim settorali kollettiv. Ladarba jiġi finaliżżat dan il-ftehim jibdew it-taħdidiet dwar it-trasferiment lejn Mater Dei.
Leg 10 PQ #4131 Sitting 101 2004-02-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Apparat mediku

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 4004, jista' il-Ministru jqiegħed l-Appendiċi kollha li jagħmlu parti mill-kuntratt iffirmat bejn il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi u l-kumpannija INSO spa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-dokumenti li qiegħed jitlob l-Onor. Interpellant ma tpoġġewx mal-kuntratt għax huma ta' natura kummerċjali. Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq jara d-dokumenti jista' jmur l-F.M.S. jarahom basta jintrabat bil-kunfidenzjalita`.
Leg 10 PQ #4262 Sitting 101 2004-02-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Riforma fis-Servizz Pubbliku — Nurses - Arretrati tal-paga

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk n-nurses li ġew infurmati dan l-aħħar li telgħu skala jew aktar b'effett minn April tas-sena l-oħra u dan bħala parti mir-Riforma fis-Servizz Pubbliku hux se jingħataw l-arretrati jew inkella l-aġġustament tal-paga kienx immedjat hekk kif ġew aġġustati fl-iskala l-ġdida?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-arretrati u l-aġġustament tal-paga ser jingħataw lill-infermiera konċernati mas-salarju ta' Frar 2004.
Leg 10 PQ #4274 Sitting 101 2004-02-09 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-Dikasteru tiegħu? Minn min qed jintużaw u kemm tħallsu f'kontijiet ta' dawn il-mobile phones matul is-sena 2003?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Leg 10 PQ #3793 Sitting 100 2004-02-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-saħħa — Mediċini

Question

Jista' il-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa ta' flus li nefaq id-dipartiment tas-saħħa għall-mediċini separatament fl-isptarijiet tal-gvern, ċentri tas-saħħa u bereġ separatament matul is-sena 2003? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 2002, 2001, 2000 u 1999 separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qiegħda tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.