Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37969 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati — Kawżi ta' separazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kawżi ġodda ta' separazzjoni kull sena bejn l-1995 u l-2002? Kemm minn dawn il-kawżi ta' separazzjoni kienu mibdija minn nisa u kemm minn irġiel? Tinżamm statistika ta' x'kienet il-kawża miġjuba għas-separazzjoni, per eżempju, inkompatibbilta', u wara kemm snin ta' żwieġ intalbet is-separazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Drivers Personali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu drivers personali miegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi ghal Memorandum '' Guide Lines on the Engagement of Staff for Private Secretariats'' li tpogga fuq il-Mejda tal-Kamra fis-16 ta' Gunju 1999 u nassigurah li qed nosservah rigorosament.

Raħal Ġdid — Triq Għajn Dwieli

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37542 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u li issa qed tiġi riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tara li Triq Għajn Dwieli, f'Raħal Ġdid titnaddaf regolarment peress li dan l-aħħar daħlu ħafna ilmenti li qiegħda tiġi traskurata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jistgħu jagħmlu persuni li għandhom esebiti fl-atti ta' inkjesti li kien qed imexxi l-Maġistrat Cuschieri li illum ġie elevat għal Imħallef peress li l-ebda maġistrat m'hu qed isegwi x-xogħol tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond l-istanding orders 27 (5), Mistoqsija Parlamentari ma tistax tkun maghmula b'tali mod li l-interpellant jitlob parir legali.

Qrati — Flus depożitati

Question

Kemm huwa l-ammont globali ta' flus li qegħdin depożitati fil qrati Maltin minħabba diversi raġunijiet? Għal liema skop qegħdin jinżammu u kif inhuma klassifikati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma tinżammx statistika ta` l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Kunsilli lokali — Gwardjani lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm gwardjani lokali jaħdmu mal-kunsilli lokali u f'liema kunsilli qegħdin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-gwardjani lokali huma mjpegati ta` żewg ditti privati u mhux tal-Kunsilli Lokali.

Laptop computers — Ministeri

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm laptop computers għall-użu tal-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw? X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?

Response (GATT, AUSTIN)

Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti `l għala qed tintalab din l-informazzjoni dettaljata ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar.
Leg 9 PQ #37550 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jistgħu jagħmlu persuni li għandhom esebiti fl-atti ta' inkjesti li kien qed imexxi l-Maġistrat Cuschieri li illum ġie elevat għal Imħallef peress li l-ebda maġistrat m'hu qed isegwi x-xogħol tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.

Avukat Ġenerali — Uffiċċju

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal il-post il-ġdid fejn l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali għandu jiċċaqlaq?

Response (GATT, AUSTIN)

Diġa kien beda xi xogħol wara li nħarġu l-permessi mill-MEPA imma kellu jieqaf minħabba problemi ta` post alternattiv għall-inkwilina li toqgħod fil-lok.

Qrati — Kawżi

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-figuri ta' kemm hemm kawżi li ilhom għaddejjin għal għaxar snin jew aktar fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili? Quddiem liema mħallfin? Jista' jgħid kemm ilha l-aktar waħda? Għaliex każi quddiem din il-Qorti ma jibdewx u jintemmu fi żmien raġjonevoli u mhux wara seduti qosra jiġu differiti għal tlieta jew erba' xhur wara? X'qed isir biex ħafna minn dawn il-kawżi jitħaffu, speċjalment meta s-seduta ta' kull tlett xhur qed issir regolarment?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #37336 Sitting 825 2002-12-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Sptar San Luqa — Parking area

Question

Jista' il-Ministru jgħid lill-Kamra x'arranġamenti saru dwar il-parking area li nbniet ħdejn l-isptar San Luqa, kemm għall-viżitaturi fl-isptar kif ukoll għall-istaff ta' l-isptar? Veru li din qed tiġi operata minn ditta privata? X'inhu l-ħlas li qed tirċievi din id-ditta għal dan ix-xogħol? X'inhuma t-tariffi li qed iħallsu dawk li jipparkjaw f'din il-parking lot?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Parking area li nbniet ħdejn l-isptar San Luqa għaddiet għand il-Kunsill Lokali Pieta' b'kera mid-Dipartiment ta' l-Artijiet u l-operat tagħha qiegħed isir mill-Kunsill. Peress illi l-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-meżżi tagħhom. Għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha fil-fatt hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-Kunsilli.
Leg 9 PQ #37204 Sitting 824 2002-12-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Tariffi Amministrattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu tariffi u fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002? Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda zieda ta' tariffi u fees amministrattivi jew xi gholi fil-prezzijiet ta' xi servizzi f'dipartimenti, awtoritajiet, organizzazzjonijiet u entitajiet li jaqghu taht id-dekasteru tieghi, anzi b'effett mill-1 ta' Novembru 2001 l-fees ghar-registrazzjoni ta' arbitragg, fuq ammonti li jaqbzu Lm5,000, tnaqqsu ghal 25 fil-mija tad-dritt tar-registru li jithallas fuq ammonti simili fil-Qorti.

Tribunal ta' l-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji — Ħaddiema ta' Dar il-Mediterran

Question

Jista' l-Onorevoli Ministru jispjega u jagħti dettalji ta' kif u meta ser jattwa sentenza tat-Tribunal ta' l-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji fis-7 ta' Frar 2002 konċernanti l-ħaddiema ta' Dar il-Mediterran. Japprezza il-Ministru li issa għadda żmien konsiderevoli minn meta t-Tribunal afferma li huma kienu sofrew inġustizzja u ta' r-rakkomandazzjonijiet appożiti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministru koncernat.
Leg 9 PQ #37297 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Fgura — Titnaddaf/Culvert

Question

Jista' il-Ministru jara li titnaddaf culvert li tinsab fi Triq il-Karmelitani Fgura ħdejn il-pjazza ta' ħdejn il-knisja?

Response (GATT, AUSTIN)

Bhal ma taf l-Onorevoli Interpellanta, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom. Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li tirreferi l-mistoqsija taghha lill-Kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed tirreferi ghaliha fil-fatt hija wahda mir-responsabbiltajiet tal-Kunsilli.

Kunsilli Lokali

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 36113, jista' il-Ministru jgħid kemm kien jammonta l-ħruġ, sena b'sena, ta' kull kunsill lokali għas-sistema ta' l-infurzar lokali mit-twaqqif tagħha sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 36452, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Internet/E-Mail

Question

Jista' il-Ministru jindika l-ammont ta' dawk il-persuni ta' iktar minn 40 sena li applikaw sabiex jitgħallmu l-internet u l-e-mail fl-isfond ta' l-iskema li għadu kemm ħabbar u nieda l-ministeru?

Response (GATT, AUSTIN)

In-numru ta` persuni ta` aktar minn 40 sena li applikaw sabiex jilgħallmu l-internet u l-email bħala parti minn skema li għadu kif nieda l-Ministeru tiegħi kien ta` 5112. Dan huwa 55.25% ta` dawk kollha li applikaw.

Servizz ta' l-e-gov

Question

Jista' il-Ministru, b'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 33859 et seq, jinforma lill-Kamra xi żviluppi kien hemm mal-Kunsilli Lokali ta' Ħaż Żabbar, Senglea, Birgu, Xgħajra, Kalkara u Fgura fl-istallazzjoni u aċċess tas-servizz ta' l-e-gov, jekk hemm bżonn post b'post?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Kunsilli Lokali kollha, inklużi dawk imsemmija mill-Onor. Interpellant, iffirmaw u aċċettaw ir-responsabilitajiet tal-Local Government Electronic Policy u l-Gvern issa qed jgħaddi gradwalment lill-Kunsilli Lokali s-servizzi ta` l-e-government.

Kummissjoni eMalta

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qed tiġi tiswa l-kampanja imnedija mill-kummissjoni eMalta dwar l-użu ta' l-e-mail? Jista' jagħti rendikont ta' kif intefqu l-flus u kif se jintefqu l-flus f'kull mezz (radju, TV, print, internet)?

Response (GATT, AUSTIN)

L-ispiża tal-kampanja imnedja mill-eMalta Commission dwar l-użu ta` l-emalta tlaħħaq is-somma ta` Lm27,681.34 imqassma hekk: LM TV 7,150 Radju 1,829.5 Bill Boards 2,415 Brochures 2,275 Tqassim ta` Brochures 2,283.84 Flyers 236 Artwork, disinn, pr, konsulenza u oħrajn 2,303 Gazzetti 9,189

Kummissjoni eMalta

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-website tal-Kummissjoni eMalta mhux tiffunzjona saż-żmien li qed issir din il-mistoqsija? Min hu responsabbli li din tkun disinjata u titla' on-line? Għaliex mhix aċċessibbli minkejja li bħalissa hija reklamata fil-kampanja dwar l-użu ta' l-e-mail?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li l-website tal-kummissjoni eMalta qegħdha tiffunzjona. Din ġiet diżinjata min Datatrack Multimedia u qegħdin hosted għand il-Maltanet. L-indirizz tas-site huwa http:emalta.gov.mt.