Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38469 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Planning Directorate/Impjegati/Bullying

Question

Kemm hemm rapportati każi ta' bullying jew disprezz minn naħa ta' impjegati tal-Planning Directorate versu impjegati tal-Environment directorate fi ħdan il-MEPA? X'passi dixxpiplinarji ittieħdu mid-direttur ġenerali fid-dawl ta' dawn il-każijiet jekk dawn tassew seħħew? Għaliex dawn il-każi ma ġewx irrapportati mill-ewwel lill-bord tal-MEPA?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma kien hemm l-ebda rapport ta` bullying jew disprezz minn naħa ta` impjegati tal-Planning Directorate fil-konfront ta` impjegati ta` l-Environment Protection Directorate.
Leg 9 PQ #38471 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Lead Replacement Petrol

Question

Jista' il-Ministru jiżvela fejn matul is-sena 2002 il-MEPA sabet li l-livelli ta' benzene fl-arja kienu jeċċedu l-livelli dikjarati taħt regolamenti maħruġa minn din l-istess amministrazzjoni? X'passi ttieħdu mill-MEPA biex dawn il-livelli jonqsu? Vera li bil-Lead Replacement Petrol hu maħsub li l-emissjonijiet ta' benzene fl-arja jistgħu jiżdiedu?

Response (BORG, TONIO)

Id-data li nġabret bħalissa qed tiġi inserita u r-riżultat ser jiġi finalizzat dalwaqt. Skond indikazzjonijiet li għandna mhux ser ikun hemm emissjonijiet ogħla ta` benzene fl-arja bl-użu tal-Lead Replacing Petrol.
Leg 9 PQ #38474 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Cartagena Protocol

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk Malta rratifikatx il-Cartagena Protocol? X'għamlet il-MEPA f'dawn l-aħħar 11-il xahar f'dan ir-rigward?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 37705.
Leg 9 PQ #38576 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Korp tal-Pulizija — Xiri ta' armi/apparat ieħor

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fis-sena 2002 u f'Jannar u Frar 2003 (s'issa) il-gvern xtarax armi u apparat ieħor għall-Korp tal-Pulizija? Jista' jgħid mnejn impurtahom? Jista' jgħid jekk f'kull każ il-materjal impurtat wasalx għand il-Korp tal-Pulizija? Jirriżulta li kien hemm każi fejn il-materjal ma wasalx? X'sar minnu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra u din is-sena, il-Korp tal-Pulizija ma xtarax armi. Jekk l-Onorevoli Interpellant jagħtina aktar tagħrif dwar "apparat ieħor" imsemmi fil-Mistoqsija, inkun nista` nivverifika ulterjorment.
Leg 9 PQ #38579 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Każ ta' mewt ta' xi ħadd li jkollu joint account

Question

Minħabba l-inkonvenjenza fil-każ ta' mewt ta' xi ħadd li jkollu joint account, tista' sseħħ emenda fil-kodiċi ċivili sabiex fil-każ imsemmi fuq, il-joint account ma jinżammx?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #38583 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Uniformijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq uniformijiet, raincoats u aċċessorji oħra ta' l-uniformi tal-pulizija fl-2002? Jikkonferma li għad hemm pulizija li għad ma ngħatawx raincoats u lembubi fost affarijiet oħra? Meta hu maħsub li dawn jingħatawlhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra il-Korp tal-Pulizija nefaq is-somma ta` Lm128,934 fuq uniformijiet, ilbies protettiv u aċċessorji oħra ta` l-uniformi. Dwar ir-raincoats, ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 38355, filwaqt illi dwar il-lembubi ninsab infurmat illi dawn qed ikunu mqassma, issa li waslet il-konsenja tagħhom.
Leg 9 PQ #38584 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Kors ta' spetturi

Question

Issa li se jibda l-kors fl-Universita' ta' l-ispetturi ġodda tal-pulizija, jista' l-Ministru jgħid għaliex mhux dawk kollha li għaddew intgħażlu għall-kors? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista fl-ordni tal-mertu ta' dawk kollha li għaddew mill-eżami, interviews, eċċ? Jista' jgħid ukoll liema huma l-membri fil-korp bir-rank tagħhom? X'inhi l-eta' ta' kull wieħed u kemm minnhom huma nisa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mhux l-applikanti kollha li għaddew mill-intervista għall-post ta` Spettur fil-Korp tal-Pulizija ġew mitluba jibdew il-kors fl-Universita`, għax ma kienx hemm vakanzi biżżejjed. Dan kien stipulat fis-sejħa għall-applikazzjonijiet tal-25 ta` Ġunju 2002. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bit-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant fl-aħħar tlett partijiet tal-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #38595 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Barranin — Permessi ta' xogħol

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin li għandhom permes, ta' residenza permanenti f'Malta u li jaħdmu f'Malta? Minn liema pajjiżi huma dawn il-barranin? X'inhu n-numru minn kull pajjiż differenti separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` persuni barranin li għandhom permess biex joqogħdu Malta u l-pajjiżi li minnhom oriġinaw hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninfurmah ukoll li residenti permanenti barranin ma jistgħux jaħdmu hawn Malta mingħajr permess skond l-Art. 11(1) tal-Kap. 217.
Leg 9 PQ #38601 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Persuni barranin — Xogħol bla permess

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti akkużati li ħaddmu persuni barranin b'mod illegali matul dawn l-aħħar tnax-il xahar? F'liema data u fejn inqabdu jaħdmu dawn il-persuni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Frar 2002 u 31 ta` Jannar 2003, il-Pulizija resqet 15-il persuna quddiem il-Qorti fuq akkużi li ħaddmu persuni barranin illegalment. Dawn il-każi seħħew fid-dati u fil-lokalitajiet kif ġej: Qormi 07.02.02 Mellieħa 02.05.02 26.06.02 Sliema 10.05.02 Luqa 21.09.02 Ta` Xbiex 10.05.02 Valletta 21.03.02 27.09.02 23.01.03 Balzan 13.11.02 Kirkop 16.01.03
Leg 9 PQ #38606 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pakkett tas-Sħubija — Kwalita' ta' l-arja

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma dawk l-obbligi li ser jaddotta l-Gvern biex jiffranka Lm3 miljuni u Lm 16.6 miljuni fis-sena dwar il-kwalita' ta' l-arja kif hemm fil-ktejjeb tal-MIC msejjaħ 'Il-Pakkett tas-Sħubija' pg 37 no 68?

Response (BORG, TONIO)

F`paġna 37, nota 68 tal-publikazzjoni imsemmija hemm miktub li "Malta tista` tiffranka bejn Lm3 miljuni u Lm16.6 miljuni fis-sena jekk tapplika l-istandards ta` l-UE dwar il-kwalita` ta` l-arja". Dan joħroġ minn studju li għamlet il-Kummissjoni Ewropeja dwar il-benefiċċji finanzjarji li l-pajjiżi kandidati jkollhom jekk japplikaw l-istandards ta` l-UE. Dan l-istudju jinsab fil-website - http://europa.eu.int/com/environment/enlarg/benefit.htm.
Leg 9 PQ #38609 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Xiri ta' prodotti

Question

X'inhi r-raġuni li l-MEPA baqgħet ma ħallsitx żewġt kontijiet ta' prodotti li nxtraw xhur ilu, li d-dettalji dwarhom qed nehmeż under seperate cover? Possibli jittieħdu passi biex dawn il-kontijiet jitħallsu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li wara xi diffikulta` amministrattiva se jsir il-ħlas fuq dawn iż-żewġ kontijiet żgħar.
Leg 9 PQ #38458 Sitting 870 2003-02-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Protokolli — Konvenzjoni tal-1979

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ser jirratifika l-protokolli li joħorġu taħt il-Konvenzjoni tal-1979, ta' Ginevra dwar it-tniġġis tal-Arja fosthom il-protokolli li jirrigwardjaw il-kubrit fl-emmisjonijiet, in-nitrogen oxides, il-heavy metals u l-volatile organic compounds? Fejn jista' wieħed isib dawn il-pjanijiet li għandu l-Gvern sabiex jiġi konformi magħhom? Jista' il-Ministru jgħid sa issa kemm il-komunikazzjoni ġiet trasmessa lis-Segretarjat ta' din il-Konvenzjoni dawn l-aħħar 4 snin? Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar 4 snin saru emmissions inventories skond il-metodoloġija (EMEP Corinair) rikjesta? Kemm kien hemm uffiċċjali ambjentali impjegati dawn l-aħħar sentejn fit-taqsima tal-Air Pollution?

Response (BORG, TONIO)

Hemm il-ħsieb li dawn il-protokolli jiġu ratifikati meta jkun il-waqt. Għalhekk il-pjani rilevanti se jitħejjew din is-sena. Il-Konvenzjoni dwar Long Range Transboundary Air Polluntion ġiet adottata fl-14 ta' Marzu, 1997, kif ukoll l-EMEP Protocol . Ma saru l-ebda komunikazzjonijiet lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni. Ma saru l-ebda emission inventories imma għal din is-sena hemm diġa` fondi ivvutati biex isiru dawn l-inventarji. Fit-taqsima ta` l-Air Pollution hemm principal environmental officer, senior enviornmental inspector u ħames inspectors.
Leg 9 PQ #38459 Sitting 870 2003-02-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Lubricating oils

Question

Jista' il-Ministru jissottometti figuri ta' kemm is-sena l-oħra ġie rrapportat mill-MEPA li ddaħħlu lubricating oils u kemm minnhom ġew miġbura? Meta kulħadd jaf li l fuq minn 4 miljun litru lubricating oils jiġu impurtati kull sena f'Malta kif beħsiebu l-Gvern sal-aħħar tal-2003 imexxi l-iskema ta' ġbir u reċiklaġġ ta' żjut skartati?

Response (BORG, TONIO)

Hu stmat li matul is-sena 2002 ġew impurtati f`Malta 4.5 miljun litru ta` lubricating oils u li dan iġġenera madwar 2.25 miljun litru ta` waste oils li minnhom hu stmat li jinġabru madwar 1.4 miljun litru. L-entrapriża privata li tiġbor u tirriċikla l-waste oils għandha kapaċita` biżżejjed biex tirriċikla l-waste oil kollu li jiġi iġġenerat. L-Avviż Legali Nru. 161 ta` l-2002 dwar il-waste oils jobbliga li kull min jiġġenera l-waste oils biex jiddisponi minnhom b`mod li ma ssirx ħsara lill-ambjent u jagħti linji gwida kif dan għandu jsir. Il-MEPA se tikkunsidra numru ta` options kif il-prinċipju tal-producer responsibility jista` jiġi applikat fil-każ ta` lubricating oils.
Leg 9 PQ #38460 Sitting 870 2003-02-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Regolamenti

Question

Jista' il-Ministru jissottometti l-pjan ta' kemm ser jittieħdu kampjuni u minn fejn ser jittieħdu sabiex il-MEPA tiġi konformi ma dak li wegħdet li sa l-aħħar tas-sena 2002 ikollha f'postu il-pjan sabiex iġġib fis-seħħ dawn ir-regolamenti? Min ser ikun ir-regolatur fil-każ ta' dawn ir-regolamenti?

Response (BORG, TONIO)

Kull regolament jispecifika awtorita` kompetenti. Nitlob l-Onor. Interpellant biex jispecifika ghal-liema regolamenti qieghed jirreferi ghalihom.
Leg 9 PQ #38461 Sitting 870 2003-02-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Minuti/Laqgħat tal-Commission for Sustainable Development

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-minuti u r-rakmandazzjonijiet tal-laqgħat tal-Commission for Sustainable Development u sa issa x'kienu l-kummenti tagħha fir-rigward tal-progress li qed jagħmel id-direttorat għal-Ħarsien ta' l-Ambjent fi ħdan il-MEPA? X'inhuma il-kummenti ġenerali ta' dan il-kumitat issa li MEPA ser tagħlaq sena mill-inkarigu tagħha?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti li jinkludu r-rakkomandazzjonijiet tal-laqgħat ta` l-istess Kummissjoni, liema laqgħat huma pubbliċi. L-Onor. Membru mitlub jinnota li hu, bħala membru, sal-lum attenda laqgħa waħda biss minn tmien laqgħat. Dwar il-parti tal-mistoqsija li tikkonċerna l-MEPA, ninforma lill-Onor. Membru li l-Kummissjoni m`għandha l-ebda awtorita` li tissorvelja l-operat tal-MEPA.
Leg 9 PQ #38466 Sitting 870 2003-02-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Chemicals monitoring

Question

Jista' il-Ministru responsabbli għall-Ambjent jħid kemm sewa l-komponent tal-chemicals monitoring is-sena l-oħra sabiex il-MEPA tkun tista' timxi mal-provedimenti tal-Bathing Water Quality Directive? Din id-drettiva ġiet trasposta fil-liġi Maltija? Liema regolamenti jaraw li l-obbligi tal-Bathing Water Quality Directive jiġu fis-seħħ f'Malta? Meta ħarġu u meta bi ħsiebu l-Gvern iġibhom fis-seħħ?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi l-komponent tal-chemicals monitoring relatati mal-Bathing Water Quality Directive sewa Lm15,600. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #38467 Sitting 870 2003-02-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Water Framework Directive

Question

Jista' il-Ministru jissottometti l-inventarji tal-iskariġi ta' effluents għal-ġol-baħar għat 33 priority substances kif mitlub taħt il-Water Framework Directive li għadha kif ġiet approvata bħala regolament mill-Bord tal-MEPA u liema regolament daħal fis-seħħ dan l-aħħar? Kemm minn dawn is-sustanzi qed jiġu mwaddbin fis-sistema tad-drenaġġ?

Response (BORG, TONIO)

Ir-regolamenti li jimplimentaw il-Water Framework Directive, għalkemm ġew approvati mill-Bord tal-MEPA, għadhom m`għaddewx mill-fażi ta` konsultazzjoni hekk kif meħtieġ bl-Att biex iħares l-Ambjent, u lanqas ma ġe ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern. Imma nista` ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tal-Priority Substances għadha qed tiġi kkumpilata.
Leg 9 PQ #38559 Sitting 870 2003-02-12 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Take-Away

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-Pulizija fil-konfront tan-negozju take-away li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament billi qiegħed jibqa' miftuħ issajjar u jservi klijenti sas-1.30am speċjalment fil-weekends? Jista' l-Ministru jassigura li dan l-abbuż ma jissuktax? Jista' l-Ministru jara li jintervjeni d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili billi ċ-ċilindri tal-gass fl-imsemmi stabbiliment ġew impoġġija proprju taħt il-grill tal-cooker u huma ta' periklu għall-ġirien fl-inħawi.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed taghmel spezzjonijiet regolarment fil-hanut imsemmi sabiex ma jkunx hemm inkonvenjent. S'issa qatt ma rrizulta illi dan il-hanut kien miftuh fil-hin imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Ninsab infurmat ukoll illi saret spezzjoni fuq il-post nhar is-Sibt, 8 ta' Frar, 2003 fis-6.45p.m. minn membri tal-Protezzjoni Civili. Fuq il-post instab cilindru tal-gass ta' 12-15kg vicin l-entratura ghall-parti tal-kcina, mhux taht il-grill tal-cooker. Dan ic-cilindru jintuza sabiex ihaddem grill wahda ghax il-kumplament tal-makkinarju li jintuza ghat-tisjir jahdem bl-elettriku.
Leg 9 PQ #38452 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Meusac — Tqassim ta' dokument

Question

Jista' il-Ministru jispjega aktar fiċ-ċar jew jiżvela dak li jinstab fid-dokument li tqassam lill-membri tal-Meusac, sabiex ġew stabiliti l-kwoti ta' emissjonijiet taħt dawl li fir-regolamenti huma msejħa bħala national emission ceilings? Peress li fl-istess dokument, il-Gvern iddikjara li s-sena l-oħra kien qabbad konsulenti sabiex ilestu l-pjanijiet li juru kif Malta ser tasal għal dawn it-traġitti fl-2010, jista' il-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li qegħdin jagħmlu dan l-istudju? Kemm ser jitħallsu? Kif ġew inkarigati? Direttament jew b'xi call for tenders? Tlesta dan l-istudju? Jsita' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Meta bi ħsieba Malta tirratifika il-Gotenburg Protocol?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Membru jispeċifika aktar għal liema dokument qiegħed jirreferi. Ninsab infurmat illi x-xogħol fuq xi evaluwazzjoni ta` national emission ceilings sas-sena 2010 ser jibda din is-sena wara li l-konsulenti jiġu magħżula skond proċeduri eżistenti. Il-Gothenburg protocol hija waħda mill-Protocols li taqa` taħt il-UN/ECE Long Range Transboundary Air Pollution Convention. Il-protocols ta` din il-Konvenzjoni qed jiġu ratifikati wieħed wara l-ieħor. Din il-protocol partikolari ser tiġi ratifikata b`dan il-proċess ukoll.
Leg 9 PQ #38454 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Laqgħat tal-Kumitati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba iltaqgħu sa ssa l-IPPC Committee, il-Biosaftey Committee u l-Chemicals Coordinating Committee? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-minuti ta' dawn il-laqgħat inkluż ir-rekmandazzjonijiet kollha?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-IPPC Committee ltaqa` darbtejn. Dan il-Kumitat huwa wieħed konsultattiv u ma jidhirlix li għandi npoġġi kopja tal-minuti tal-laqgħat. Il-Biosafety Coordinating Committee u l-Chemicals Coordinating Committee huma fil-fazi li jigu ffurmati.