Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31615 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jindika kif inhuma mqassmin ix-shifts tal-membri tal-Korp tal-Pulizija fil-Port ta’ Imgarr, Ghawdex? Jista’ l-Ministru jindika l-ismijiet jew in-numru ta’ l-uffiċċjali konċernati f’kull shift matul is-sena 2001 gurnata b’gurnata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija assenjati l-Għassa ta` l-Imġarr, Għawdex, jaħdmu shifts ta` 8 sigħat. Ma nħossx li tagħrif personali tal-membri tal-Korp għandhom ikunu ippublikati.
Leg 9 PQ #31616 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Work Permits

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw work permits lil ċittadini mill-pajjiżi imsieħba fl-Unjoni Ewropea matul is-sena 2001? Jista' jispeċifika l-job description tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru hija kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar il-job description ta` dawn il-persuni ta` min isemmi li Lista ta` Persuni Barranin li għandhom Liċenzja ta` Impjieg tiġi ppubblikata kull l-ewwel Tnejn ta` kull xahar (minn din is-sena din il-lista qed tidher fuq l-Internet) u din tispeċifika x-xogħol li qed tagħmel kull persuna li jinħarġilha work permit.
Leg 9 PQ #31617 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħadmu sigħat on the beat minn uffiċċjali tal-Korp tal-Pulizija fl-1999, 2000 u 2001?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata.
Leg 9 PQ #31618 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Akkademja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru korsijiet ġewwa l-Akkademja tal-Pulizija? Xi kwalita’ ta’ korsijiet saru? Kemm membri hadu sehem f’dawn il-korsijiet? Kemm membri ma ghaddewx? Xi jsir minn dawk li ma jgħaddux? Hemm xi Pulizija li ma jafux jiktbu? X’xogħol qegħdin jagħmlu f’dan il-Korp? Kemm daħlu Pulizija ġodda s-sena l-ohra? Hemm xi ħsieb li diversi f’diversi sezzjonijiet jerggħu jimtlew postijiet bħala xogħol ta’ skrivani kif ukoll ta’ snajja mill-istess membri tal-Korp tal-Pulizija? Jekk veru mela inbidel il-principju li l-Pulizija jagħmlu xogħolhom barra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar it-tip ta` korsijiet li saru fl-Akkademja tal-Pulizija, kemm ħadu sehem u kemm ma għaddewx, għas-sena 2001, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar xi jsir minn dawk li ma jgħaddux, ninsab infurmat illi fil-każ ta` inservice courses, dawn jingħataw ċans li jagħmlu resit u f`każ li jerġgħu jeħlu dan jiġi innotat fid-dossier tal-Membru ikkonċernat. L-istess isir fil-korsijiet għall-reklutaġġ, iżda f`dan il-każ dawk li jagħmlu r-resit u jerġgħu jeħlu, l-impjieg tagħhom jiġi terminat. Mir-records disponibbli ma jirriżultax li hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li ma jafux jiktbu. Ninsab infurmat ukoll illi matul is-sena l-oħra kien hemm ingaġġ ta` 88 kuntistabbli u 10 spetturi, filwaqt li 17-il kuntistabbli kienu ġew reinstated. Fil-prinċipju għadha l-policy tal-Korp tal-Pulizija li l-membri tal-Korp ikunu assenjati xogħol relatat direttament mad-doveri tal-Pulizija. Fil-fatt, dalwaqt ħerġin applikazzjonijiet biex jiġu ngaġġati Administrative Support Officers minn mas-servizz pubbliku, sabiex jieħdu post il-membri tal-Korp li qed jagħmlu xogħol amministrattiv.
Leg 9 PQ #31619 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imkeċċija Pulizija sena b’sena fl-1999, 2000 u 2001 b’indikazzjoni tar-rank u tal-akkuza?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 1999 Kuntisabbli Pussess ta` droga Kuntisabbli Pussess ta` droga 2000 Kuntistabbli Pussess ta` munizzjon Kuntistabbli Tneħħa skond Sect. 11 (iii) u 28 tal-Ordinanza tal-Pulizija 1961 Kuntistabbli Tixhim (bribery) 2001 Spettur Tneħħa skond Sect. 11 (iii) u 28 tal-Ordinanza tal-Pulizija 1961 Spettur Tneħħa skond Sect. 11 (iii) u 28 tal-Ordinanza tal-Pulizija 1961 Spettur Tneħħa skond Sect. 11 (iii) u 28 tal-Ordinanza tal-Pulizija 1961 Kuntistabbli Serq
Leg 9 PQ #31620 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew solvuti reati matul is-sena 2001?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi b'żieda mat-tagħrif li jien kont tajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 28600, bejn l-1 ta' Ottubru u l-31 ta' Diċembru 2001, kien hemm 1,584 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.
Leg 9 PQ #31674 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħarbiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 280, jista' l-Ministru jgħid kemm il-passigier ħarab mid-departures ta' l-ajruport ta' Malta bejn l-Lulju u Awissu 2001 u li kellhom jitilqu mat-titjira ta' Damascus fis-Sirja? X'passi ttieħdu? X'irriżulta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma kienx hemm każijiet fejn ġew irrapurtati li ħarbu xi passiġġieri mid-departures lounge ta` l-ajruport internazzjonali ta` Malta. Pero` ninsab infurmat illi fil-perijodu msemmi mill-Onorevoli Interpellanti, kien hemm żewġ każi fejn passiġġier kien instab nieqes minn fuq l-ajruplan wara li kien ħareġ mid-departures lounge. F`kull wieħed minn dawn il-każijiet, saret il-proċedura ta` sigurta` pre-stabbilita qabel ma` l-ajruplan tħalla jitlaq, pero` ma kien irriżulta xejn.
Leg 9 PQ #31677 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Qormi — Triq Pawlu Farrugia

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'permessi ta' ħwienet tax-xogħol u ta' negozju ieħor hemm fi Triq Pawlu Farruġia Ħal Qormi jew kif kienet magħrufa qabel bħala Trejqet il-Wied?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellanti hemm erba' (4) postijiet li fuqhom hemm liċenzja tan-negozju maħruġa mill-pulizija. Dawn ikopru manifattura ta' twiebet, spray u polixjar ta' għamara, manifattura u bejgħ ta' aluminium u ieħor laundry.
Leg 9 PQ #31688 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistru Pubbliku — Żwiġijiet tal-Konvenjenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar snin - 1995 sa 2001 - ir-reġistru pubbliku skopra li kien hemm xi żwiġijiet tal-konvenjenza? Jekk iva, kemm kien kull sena? X'passi ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku mhux f`pożizzjoni li jkun jaf jekk iż-żwieġ huwiex wieħed ta` konvenjenza jew le iżda meta jkun hemm provi dwar dan, (eż. annulament taż-żwieġ mill-Qorti) id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza jagħti parir lill-Ministru sabiex jirrevoka ċ-ċittadinanza Maltija.
Leg 9 PQ #31696 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Eureka Services Ltd

Question

B'referenza għall-kuntratt li l-Gvern iffirma ma' Eureka Services Ltd jista' l-Ministru tal-Intern jinforma x'passi qegħdin jittieħdu biex il-kumpanija tħarreġ impjegati tal-gvern biex dawn eventwalment iħaddmu din is-sistema meta jiskadi jew jiġi tterminat dan il-ftehim?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-kuntratt kien jaħseb għat-twaqqif ta` "Joint Unit". Kien hemm resistenza għal dan il-Unit. Maż-żmien pero`, twaqqfet is-Search Unit magħmulha minn impjegati tar-Reġistru Pubbliku. Dawn diġa` jħaddmu l-"front end" tas-sistema kompjuterizzata li wara kollox, kull ma tinvolvi hu li l-proċessi normali li kienu mdorrijin bihom l-impjegati ġew komputerizzati. Għalhekk m`hemmx xi "learning curve" twila jekk tinqala` xi waħda mill-eventwalitajiet imsemmija.
Leg 9 PQ #31697 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Eureka Services Ltd

Question

B'referenza għall-kuntratt li l-Gvern iffirma ma' Eureka Services Ltd jista' l-Ministru tal-Intern jinforma min hija l-persuna li skond il-ftehim qed tingħata kopja ta' l-Eureka Images Database kif supplimentata u awmentata min jum għal jum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li madwar 150 CD jinsabu fir-Reġistru ta` l-Artijiet taħt il-kustodja ta` l-istess uffiċjal pubbliku li ffirma il-kuntratt għan-nom tal-Gvern.
Leg 9 PQ #31698 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħabs

Question

Nirreferi l-Ministru għat-tweġiba li tagħni għall-mistoqsija 30737. Jista' l-Ministru jgħid kif id-dipartiment tal-intern isegwi li priġunieri li jintbagħtu mill-ħabs f'Malta biex ikomplu jiskuntaw l-priena tagħhom f' pajjiżhom fil-fatt jagħmlu dan?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 30737. It-trasferiment ta' dawn it-tlett priġunieri Libjani fl-2001 sar skond il-ftehim bejn Malta u l-Libja li jirregola t-trasferiment ta' persuni issentenzjati. Dan l-istess ftehim fih klawsola li tippermetti lil dak il-pajjiżi minn fejn jintbagħtu dawn il-priġunieri li ikollu l-fakulta` jassigura li l-piena tagħhom f'pajjiżhom fil-fatt tiġi skuntata kollha.
Leg 9 PQ #31707 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Gudja — Airport Terminal

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħolijiet ta' estenzjoni tat-terminal ta' l-ajruport fil-Gudja humiex koperti bil-permessi ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar meħtieġa?

Response (BORG, TONIO)

Ħareġ permess PA 3655/00 għal estensjoni u tibdil fil-bini ta` l-ajruport u biex jiġu provduti uffiċini, mħażen kif ukoll bini għat-terminal tal-helicopter. Dan il-permess inħareġ fil-11 t`Awissu 2000.
Leg 9 PQ #31723 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress illi diversi mill-membri tal-korp tal-pulizija li qed iġibu l-lawrja fil-ġurisprudenza qed jiġu assenjati lill-Prosecution Unit, jista' l-Ministru jikkonsidra li dawn l-imsemmija membri ma jitilfux l-allowances li kienu diġa jgawdu, cioe l-allowances ta' Lm 45 u Lm 60, li jibbenefikaw minnhom membri oħra tal-Korp mill-grad ta' Spettur il-fuq mill-grad ta' Spettur l-isfel? Jista' l-Ministru jgħid japprezzax illi jekk ma jsirx hekk, wara li l-amministrazzjoni nvestiet tant flus sabiex ikollha rizorsi umani kwalifikati fil-ġurisprudenza u wara li dawn il-membri jkunu ħadu l-inizjattiva u għamlu s-sagrifiċċji neċessarji sabiex jieħdu l-lawreja u dan għall-ġid ta' l-istess Korp, se jkun hemm il-periklu li dawn l-istess membri jitilqu mill-Korp malli jiggradwaw?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Prosecutions Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija mhix meqjusa bħala Taqsima speċjalizzata skond il-ftehim tal-kundizzjonijiet li kienu ngħataw lill-Pulizija fl-1993. Pero' ninsab infurmat ukoll, illi skond dan l-istess ftehim, dawk il-membri tal-Korp tal-Pulizija taħt il-grad ta' Supretendent li jottjenu Dottorat, Degree jew Diploma huma intitolati ghall-allowance fis-sena. Dan japplika wkoll ghal dawk il-membri tal-Korp preżentament stazzjonati fil-Prosecutions Unit.
Leg 9 PQ #31725 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Żwiġijiet Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-2001 kemm saru żwiġijiet ċivili biss u mhux bil-knisja wkoll? Kemm kienu bejn 1) Maltin 2) Malti u Barranija 3) Maltija u Barrani 4) Barranin? - Fil-każ ta' (4), ta' liema nazzjonalita' kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għal dak li jirrigwardja ir-Reġistru Pubbliku f`Malta, hu kif jidher hawn taħt: Żwiġijiet Ċivili fl-2001 1) Bejn Maltin 52 2) Bejn Malti u Barranija 94 3) Bejn Maltija u Barrani 130 4) Bejn Barranin 179 In-nazzjonalita` ta` dawk f`kategorija (4) hija kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll illi t-tagħrif mitlub li jikkonċerna ir-Reġistru Pubbliku f`Għawdex għadu qed jinġabar.
Leg 9 PQ #31735 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistru Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku xahar b'xahar fl-2001 (1) ipoteki legali (2) note ta' riferenzi (3) noti ta' ipoteka (4) note ta' insinwa (5) noti ta' causa mortis (6) ipoteka rinovata (7) subbasti (8) separazzjoni personali (9) company notices (10) ammonti totali ta' debiti reġistrati (11) ammont totali ta' bejgħ (12) ammont totali ta' tpartit (13) ammont totali ta' enfitewsi perpetwa (14) ammont totali ta' enfitewsi temporanja u (15) ammont totali ta' trasferimenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għas-sena 2001, għal dak li jikkonċerna ir-Reġistru Pubbliku f`Malta hija kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll illi t-tagħrif mitlub li jikkonċerna ir-Reġistru Pubbliku f`Għawdex għadu qed jinġabar.
Leg 9 PQ #31737 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Shooting Ranges

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni kemm ġew approvati shooting ranges f'dawn l-aħħar ħames snin? Fejn jinstabu dawn is-shooting ranges ? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti ta' quddiem il-PA? Jidhirlux li għandu jsir inkoraggiment għal dan l-isports sabiex dawk interessati jkunu jistgħu jagħmlu użu minnu?

Response (BORG, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #31742 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Paceville

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ikun hemm pulizija on patrol fiż-żona ta' Paceville fil-weekend?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għall-aħħar parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29831.
Leg 9 PQ #31744 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Wied il-Għajn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ikun hemm pulizija on patrol fil-weekend f'Wied il-Għajn fiż-żona fejn hemm il-bars nightclubs u discotheques?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-weekends ġewwa Wied il-Ghajn ġeneralment ikun hemm żewġ Pulizija. Ma' dawn ikun hemm ukoll patrol mit-Taqsima tal-Mobile u mid-Distrett ta' Ħaż Żabbar.
Leg 9 PQ #31745 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Wied il-Għajn

Question

Jista' l-Ministru jara li jkun hemm pulizija on patrol fil-weekend f'Wied il-Għajn fiz-zona fejn hemm postijiet ta' divertiment ta' bil-lejl u fit-triq li minn Wied il-Għajn tagħti għaż-Żejtun speċjalment għaliex kull ġimgħa isiru atti vandali f'din it-triq fejn jinqalgħu siġar u tabelli tat-toroq li kull darba il-kunsill ikollu joqgħod jerġa jwaħħal? Dan il-vandaliżmu jsir fis-sigħat bikrin ta' bejn il-ġimgħa u s-sibt u bejn is-sibt u l-ħadd.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett, kif ukoll dawk tal-Mobile Squad, jagħmlu ronda regolarment kemm fil-lokalita` msemmija mill-Onorevoli Interpellanti kif ukoll fit-toroq l-oħra.