Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #4545 Sitting 109 2004-03-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti minn skejjel privati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti mill-iskejjel privati li fl-ewwel term ta' din is-sena skolastika ma attendewx l-iskola u ma ppreżentawx ċertifikat mediku jew almenu raġuni valida ta’ l-assenza tagħhom? Mil-liema raħal/belt kienu? Ittieħdu xi passi kontra l-ġenituri?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għal-Mistoqsija numru 4544.
Leg 10 PQ #4742 Sitting 109 2004-03-10 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenta li tenħtieġ facilitator

Question

Jista' il-Ministru jara li studenta li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata l-faċilita' ta' facilitator?

Response (GALEA, LOUIS)

Biex wieħed jingħata facilitator irid isegwi proċess. Dan jibda billi l-kap ta' l-iskola jibgħat 'referral' lill-iStatementing Moderating Panel.
Leg 10 PQ #4467 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Floriana — Robert Sammut Hall

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk kienx hemm żbalji fid-drawings ta’ l-air conditioning li sar f’Robert Sammut Hall u li minħabba f’hekk kellu jinqala’ xi xogħol u jsir mill-ġdid? Kemm sewa dan l-iżball?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma kien hemm ebda żball fil-pjanti ta' l-arja kundizzjonata ta' Robert Sammut Hall u fl-ebda stadju ta' l-installazzjoni ma kellu jinqala' xi xogħol u jsir mill-ġdid.
Leg 10 PQ #4468 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Floriana — Robert Sammut Hall

Question

Jista’ il-Ministru jgħid min hu l-project manager għax-xogħol li qed isir f’Robert Sammut Hall, Floriana? Xi kwalifiki għandu f’dan il-qasam? X’responsabbilta` għandu fuq il-kwalita` tax-xogħol li qed isir? Min qed jimpjega dan il-project manager? Fuq liema kriterji twarrbu l-periti ta’ qablu minn fuq dan il-proġett? U xi kriterji ntużaw biex intgħażel il-project manager preżenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li il-project manager tal-proġett tas-Sala Robert Sammut huwa Dott. Claude Busuttil (konsulent fir-restawr), li huwa speċjalizzat fir-restawr. Dan l-inkarigu ngħata skond ftehim li jeżisti bejn il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) u CMC (Freeport). Dan il-project manager huwa addattat għal dan it-tip ta' xogħol u kkwalifikat b'esperjenza fuq xogħolijiet simili oħra.
Leg 10 PQ #4469 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsilli skolastiċi — Attivitajiet

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk il-kunsilli skolastiċi jistgħux jorganizzaw book fairs u plants week, anke bi skop ta’ fund raising?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kunsilli Skolastiċi jistgħu jorganizzaw book fairs u plants week bi skop ta' fund raising.
Leg 10 PQ #4506 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

FTS — Ħlasijiet pendenti

Question

Nagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3668, jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi? Jista' jgħid ukoll kemm għad fadal kontijiet pendenti u min huma dawk li għadhom ma tħallsux?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-materja qed tiġi konsidrata fil-livell tal-Ministeru.
Leg 10 PQ #4507 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema korsijiet ta' l-Universita' ta' Malta l-Malti mhux mitlub bħala wieħed mis-suġġetti? Jsita' jgħid ukoll minn meta ġara dan għal kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ir-rekwiżiti tad-dħul fi kwalunkwe kors fl-Universita' jinkludu il-Malti fil-livell SEC. Il-Malti hu wkoll rikjest għad-dħul fil-Junior College.
Leg 10 PQ #4577 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ETC — Laqgħat ma' kumpannija b arranija dwar impjieg fis-settur turistiku

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif intagħżlet il-kumpannija barranija li flimkien mal-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ qed torganizza laqgħat għall-possibbilta' ta' impjieg fis-settur turistiku barra pajjiżna? Min huma? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ qiegħdha tagħmel parti minn kumitat fi ħdan l-Unjoni Ewropeja li jissejjaħ EURES .Dan il-EURES qiegħed sabiex jippromovi mobilita' fis-suq tax-xogħol bejn il-pajjiżi membri. Għaldaqstant il-Korporazzjoni bħala l-Public Employment Service ta’ Malta ħatret Eures Manager u żewġ Eures Advisors sabiex dawn jkunu jistgħu jagħtu informazzjoni lil min jixtieq jaħdem barra minn pajjiżna. Fil-fatt il-Korporazzjoni diġa' rċeviet diversi talbiet minn organizzazjonijiet barranin li jixtiequ jimpjegaw Maltin. Fost dawn kellna l-Kumpanija minn Wales li talbet numru ta’ Maltin sabiex jaħdmu bħala drivers u dan l-aħħar kellna agenzija f’Londra li qed titlob Maltin sabiex jaħdmu fis-settur turistiku. Kif diġa' għidt dawn it-talbiet ser ikomplu jiżdiedu meta aħna nkunu fl-Unjoni Ewropeja. Għaldaqstant ma jkun hemm bżonn ta’ l-ebda ftehim bejn il-Korporazzjoni u dawn l-entitajiet. B’sodisfazzjon ngħid li wara li għamlu l-intervisti dawn iz-żewġ entitajiet kellhom kliem ta’ tifħir għall-kapaċitajiet li għandhom il-Maltin fosthom fejn jidħlu lingwi.
Leg 10 PQ #4582 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Lecturers ta' l-Universita' — Pariri lill-istudenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk qattx ġew investigati rapporti li xi lecturers fl-Universita' iħeġġu lill-istudenti sabiex ma jmorrux jgħallmu fl-iskejjel tal-Kottonera meta jiggradwaw bħala għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'dawn l-aħħar snin l-Universita' ma rċevietx rapport formali - bl-isem tal-lecturer u bit-dettalji ta' x'intqal - li jindika li ngħata l-parir imsemmi fil-mistoqsija ta' l-Onor. Membru. Mingħajr dawn id-dettalji imsemmija, l-Universita' ma tistax tinvestiga l-allegat tħeġġiġ minn xi lecturers sabiex l-istudenti ma jmorrux fl-iskejjel tal-Kottonera meta jiggradwaw bħala għalliema.
Leg 10 PQ #4725 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Masters fil-Psikoloġija

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir Masters fil-Psikoloġija minħabba li dan sar darba biss u hemm domanda kbira għalih? Minħabba li hemm għadd ta' gradwati li jkunu ġabu l-B PSY Hons mill-Universita' ta' Malta li qed ikollhom isiefru biex jagħmlu l-Masters, jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni uffiċjali tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni fuq dan il-kors? Jekk hemm il-ħsieb li jsir dan il-kors, meta bejn wieħed u ieħor hu ppjanat li jibda?

Response (GALEA, LOUIS)

Flimkien mal-Ministeru tal-Politika Soċjali u dak tas-Saħħa, qed infittxu l-aħjar triq biex il-kors ta' Masters fil-Psikoloġija jiġi offrut mill-Universita' fis-sena akkademika li jmiss.
Leg 10 PQ #4461 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Floriana — Robert Sammut Hall

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk is-saħħa ta’ l-elettriku hux biżżejjed biex iħaddem l-apparat kollu f’Robert Sammut Hall, Floriana? Jekk le, huwa previst li tiġi rranġata l-qawwa ta’ l-elettriku? Jekk iva, meta se jibda x-xogħol u kemm se jqum? Meta hu maħsub li jitlesta dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-preżent Robert Sammut Hall hija moqdija tajjeb bl-installazzjoni ta' l-elettriku. Minħabba żieda ta' apparat fil-futur qarib, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għamlet rikjesta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiżdied il-qawwa ta' l-elettriku għal din is-ala. Il-Fondazzjoni qiegħdha tistenna l-istima ta' dan ix-xogħol mill-Korporazzjoni Enemalta.
Leg 10 PQ #4462 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Floriana — Robert Sammut Hall

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk sarx xi studju fuq kemm jiflaħ is-saqaf ta’ Robert Sammut Hall, Floriana, qabel ma tressaq l-orgni, kif ukoll qabel ma sar l-air conditioning ma’ l-art u l-flooring fuqu? Jekk iva, min kien li għamel dan l-istudju?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-saqaf ta' Robert Sammut Hall, li kienet knisja, hu maħsub li jiflaħ għall-piż ta' kongregazzjoni sħiħa. Informat li minn studju li sar fuq kemm jiflaħ dan is-saqaf, ġie konfermat illi dan, bi struttura li ġiet iddisinjata apposta, jiflaħ għall-piż ta' l-orgni. Informat li ġie stabbilit ukoll li dan is-saqaf jiflaħ ukoll l-air-conditioning u r-raised flooring.
Leg 10 PQ #4463 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Floriana — Robert Sammut Hall

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk l-orgni ta’ Robert Sammut Hall, Floriana, li kien jaħdem perfettament għadux jaħdem issa li tressaq fil-post il-ġdid? U jekk iva, kemm sewa biex jerġa’ jiġi jaħdem? U jekk le, kemm se tiġi l-ispiża biex dan jiġi kif kien?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhu xejn korrett l-Interpellant li l-orgni li ġie spustat u kien jaħdem perfettament. Stima għar-restawr ta' l-orgni tammonta għal Lm 17,000. Ġie deċiż li l-orgni jiġi mmexxi għal fejn huwa llum u mnaddaf. Huwa fil-ħsieb li dan l-orgni jiġi eventwalment restawrat.
Leg 10 PQ #4464 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Floriana — Robert Sammut Hall

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm se jiswa l-proġett tas-Sala Robert Sammut, Floriana meta l-proġett ikun tlesta? Jista’ jgħid ukoll għal xiex se tintuża?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li in-nefqa totali tal-proġett taċ-Ċentru Robert Sammut hija stmata għal Lm 400,000. Iċ-Ċentru ser jintuża għal ħidma fil-qasam tal-litteriżmu u bħala Multipurpose Hall għal konferenzi.
Leg 10 PQ #4465 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Floriana — Robert Sammut Hall

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’aċċess hemm ġewwa Robert Sammut Hall, Floriana għal persuni b’diżabilita`? U jekk hemm, kemm ġie jiswa? Fir-rigward ta’ aċċess għal persuni b’diżabilita`, jista’ jgħid jekk il-kummissjoni persuni b’diżabilita` ġietx konsultata dwar dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-aċċess taċ-Ċentru Robert Sammut ġie rivedut sentejn u nofs ilu minħabba li kien instab li dan ma kienx skond il-liġi ta' l-aċċessibilita'. Ġie installat lift apposta u tmexxa wkoll l-orgni. Il-lift ġie jiswa madwar Lm 15,440. Il-Kummissjoni Persuni b'Diżabilita' ġew ikkonsultati għall-pariri rigward l-installazzjoni ta' dan il-lift.
Leg 10 PQ #4466 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Floriana — Robert Sammut Hall

Question

Jista’ il-Ministru jgħid f’każ ta’ inċident f’Robert Sammut Hall, Floriana, x’inhu l-aċċess ta’ evakwazzjoni? Jista’ jgħid jekk il-post ġiex ċertifikat jew assigurat li huwa skond ir-regoli tas-sigurta` maħruġa mill-awtorita` konċernata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'każ ta' emerġenza hemm żewġ aċċessi għas-sigurta' (security exits) fis-Sala Robert Sammut. Ittieħdu wkoll prekawzjonijiet fil-proġett tar-raised flooring kontra in-nirien. L-orgni ġie immexxi minħabba li wieħed minn dawn l-aċċessi kien ingumbrat mill-orgni u seta' jkun ta' periklu f'każ ta' emerġenza.
Leg 10 PQ #4531 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Maria Regina

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskola Maria Regina maqsuma sena sena? Jista' jgħid minn liema lokalita' ġejjin l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #4532 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Primarji ta' Bormla — Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema fl-iskejjel primarji ta' Bormla, Birgu u l-Isla separatament? Minn liema lokal ġejjin? Jista' jgħid kemm ilhom jgħallmu fl-iskola partikulari kull għalliem?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #4537 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pjanijiet biex jinbnew skejjel ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li jinbnew skejjel ġodda? Jekk fl-affermattiv f'liema lokalita' ser jinbnew u meta ser jinbeda x-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Inkun nista' nagħti l-informazzjoni mitluba meta l-Pjan Strateġiku tal-FTS ikun approvat.
Leg 10 PQ #4354 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — ħaddiema - Principals fi skala 9

Question

B'referenza għat-tweġiba li ngħatajt għall-mistoqsija 3881 jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi eċċezzjonijiet u f'liema skola jew skejjel hemm principals fi skala 9 li qed jagħmlu xogħol klerikali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li iva, hemm wieħed, fl-Iskola ta' l-Arti.