B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5564 u 5836 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment rigward timber carriers tar-Russja fil-Malta Shipbuilding, jista' il-Ministru jgħid xi sforzi qiegħed jagħmel il-gvern biex dawn il-flejjes jinġabru?
Response (DALLI, JOHN)
Id-djun pendenti li Malta għandha tieħu mingħand il-Gvern tal-Federazzjoni Russa bħala "State continuer" ta' l-Unjoni Sovjetika, huma riżultat ta' skambi kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi taħt il-provvedimenti ta' numru ta' Protokoll kummerċjali. Għal diversi snin, il-Gvern Malti għamel ħafna sforzi biex jirkupra il-pagament ta' dawn id-djun skond il-ftehim gia' eżistenti u nista' ngħid illi fil-qafas bilaterali ta' negozjati strutturati, il-kuntatti ministerjali għadhom għaddejjin sabiex tinstab soluzzjoni aħħarija.
Il-Gvern Malti qed jagħmel ħiltu kollha biex din is-soluzzjoni tinstab malajr ħalli l-intraprendituri Maltin jerġgħu jiggwadanjaw il-kunfidenza kummerċjali fis-suq Russu u jkunu jistgħu jipparteċipaw direttament fl-iżvilupp ekonomiku ta' dan il-pajjiż.
Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp — Talba għall-bini ta' fabbrika
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5841 u cioe' jista' jgħid meta se tiġi kkonsidrata t-talba urġenti li għamlet għall-fabbrika l-kumpannija ta' l-għamara li isimha qed jintbagħat separatament, għall-bini addattat ta' fabbrika, li ilha li kitbet liċ-chairman tal-korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp mis-27 ta' Novembru 2003?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 4388 li kienet ingħatat fit-3 ta' Marzu 2004.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5843 u cioe' jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jibdew jaħdmu normali dawk li fadal mill-persuni li qabel kienu jaħdmu mal-MDC, IPSE jew METCO u ma ntgħażlux għall-Malta Enterprise? X'sar minn Jannar 2004 sal-lum biex jinstab impjieg alternattiv għal dawn il-ħaddiema?
Response (DALLI, JOHN)
Sa mill-bidu ta' din is-sena, il-Ministeru, f'kollaborazzjoni mal-Malta Enterprise u l-MIMCOL, qegħdin jieħdu diversi inizjattivi biex l-impjegati ta' l-MDC, METCO u IPSE jinstabilhom xogħol mad-Dipartimenti u entitajiet tal-Gvern. Bħalissa hemm inizjattiva oħra bejn il-FOI u l-IPSL biex dawn l-impjegati jiġu ingaġġati mall-privat.
Los Angeles Times — Rapport dwar parts użati fil-kostruzzjoni ta' armamenti nukleari
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tal-gvern għal rapport li deher fil-Los Angeles Times li jallega li Malta tinsab fuq ir-rotta tat-traffikar ta' l-esportazzjoni llegali ta' parts użati fil-kostruzzjoni ta' armamenti nukleari li jiġu ri-esportati għall-pajjiżi terzi? Saru xi ilmenti dwar dan minn gvernijiet barranin u jekk iva, meta u minn min?
Response (DALLI, JOHN)
Jekk l-Onorevoli Membru qed jirreferi għar-rapport li deher fil-Los Angeles Times ta' l-24 ta' Mejju 2004, bit-titlu "Case Reveals Nuts and Bolts of Nuclear Network, Officials Say", miktub minn Josh Meyer, nixtieq ninfurmah li dan ir-rapport huwa nkorrett.
L-awtoritajiet kompetenti kkonfermaw li ma kien hemm l-ebda każ ta' importazzjoni u/jew ri-esportazzjoni illegali ta' parts użati fil-kostruzzjoni ta' armamenti nukleari.
Nixtieq nikkonferma li ma sar l-ebda lment (demarche) dwar dan minn ebda Gvern barrani.
Ministru ta' l-Affarijiet Barranin — Laqgħat f'Washington
Question
Jista' il-Ministru jagħti lista sħiħa tal-laqgħat li kellu riċentement f'Washington b'indikazzjoni tas-suġġetti diskussi f'kull waħda minn dawn il-laqgħat?
Fuq livell prattiku, x'miżuri ġew maqbula mas-segretarju ta' l-Istat Amerikan Colin Powell sabiex tissaħħaħ il-koperazzjoni Maltija u Amerikana fil-ġejjieni?
Response (DALLI, JOHN)
Matul iż-żjara uffiċċjali f'Washington, id-delegazjoni Maltija ltaqgħet mas-Senatur John Sununu, mill-Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin tas-Senat, mas-Senatur Chuck Grassley, mas-Sur Timothy Punke, membru tal-Kumitat tal-Finanzi, mas-Sur Steve Hadley, Assistent tal-President u Viċi Konsulent dwar Sigurezza Nazzjonali, u naturalment, kif diġa' tħabbar fil-media lokali, laqgħa ma' l-Onorevoli Colin Powell, Segretarju ta' l-Istat Amerikan.
Jista' il-Ministru jagħti lista tal-proġetti approvati mill-Malta Enterprise matul is-sena 2004? Kemm se jħaddmu nies? Meta se jibdew joperaw?
Response (DALLI, JOHN)
Minħabba l-Business Promotion Act mhux possibbli li nagħtu l-ismijiet tal-promoturi li applikaw għall-assistenza. Kull informazzjoni li tidher fil-busines plan hija wkoll koperta b'kunfidenzjalita' taħt il-Business Promotion Act.
Fil-perjodu msemmi l-Malta Enterprise approvat 23 proġett li skond il-pjani tagħhom għandhom jimpjegaw 330 ruħ wara tlett snin.
Il-Malta Enterprise m'għandhiex id-data eżatta ta' meta ser jibdew dawn il-proġetti sia dawk ġodda, jew espansjonijiet. Din id-data tiddependi minn ħafna fatturi li l-Malta Enterprise m'għandhiex kontroll fuqhom. Il-Malta Enterprise toffri lill-promoturi l-assistenza li hi neċessarja biex is-setting up of operations f'Malta jibda malajr kemm jista jkun.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-inċentivi għall-industrija medja (SME's) li riċentement ġew imħabbra mill-Malta Enterprise? Ma min saret konsultazzjoni dwar dawn l-inċentivi?
Response (DALLI, JOHN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-inċentivi għall-industrija medja (SMEs) li riċentement ġew imħabbra mill-Malta Enterprise.
L-inċentivi ġew imfassla fuq esperjenza ta' aktar minn erba' snin li l-impjegati tal-Malta Enterprise għandhom fuq SMEs; kif ukoll minn informazzjoni maħruġa minn rapporti ta' setturi li kienu ġew studjati; u fuq konsultazzjonijiet li saru mas-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-SMEs u ma' numru kbir ta' intrapriżi f'laqgħat individwali.
Peress li riċentement tħabbar illi l-Malta Enterprise approvat numru ta' proġetti, jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' proġetti ġew approvati? Dawn ingħataw premises minn fejn joperaw?
L-imprendituri responsabbli mill-proġetti se jġibu finanzjament huma jew se jirċievu finanzjament lokalment? Kemm huwa l-investiment totali ta' dawn il-proġetti? Meta se jkunu joperaw dawn il-proġetti? Dawn il-proġetti huma export orientated? X'inhuma l-inċentivi li se jirċievu dawn il-proġetti?
Response (DALLI, JOHN)
L-approvazzjoni ta' proġett ifisser li l-applikazzjoni tkun għaddiet mill-ewwel proċess u li jkun għad fadal xi jsir biex tibda topera. Naturalment kull proġett għandu l-partikularitajiet tiegħu u mhux xieraq li noqogħdu nagħtu d-dettalji mitluba.
Jista' il-Ministru jinformani kemm ambaxxaturi tħallsu bejn l-1 ta' Settembru 2003 u t-30 ta' April 2004 mill-Malta Enterprise għall-vjaġġi barra mill-posting tagħhom? Jista' f'kull każ jgħid għal liema destinazzjoni, għal liema raġuni u kemm kienet l-ispiża għal Malta Enterprise?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Numru 5810.
Jikkonferma l-Minstru dak li wieħed mill-Ambaxxaturi Maltin qed jgħid ma kulħadd u cioe' li se jsir roving ambassador for foreign investment? Jista' jgħid meta se jieħu din il-ħatra?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 5811.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-ħaddiema ex-MDC li issa ġew seconded mal-M.I.P.?
Response (DALLI, JOHN)
Għal dak li jirrigwarda x-xogħol li jagħmlu dawn l-impjegati, dawn jaqgħu taħt id-direzzjoni tal-Management ta' l-M.I.P.
Is-salarju, bonuses, eċċ - dan kollu għadu responsabbilta' tal-Korporazzjoni Maltija għall-Intrapriża, li minn naħa tagħha titlob lill-M.I.P. għal reimbursement.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm każi fejn kien hemm split vote fost il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea fil-GM f'Ġinevra u kif ivvutat Malta f'kull wieħed minn dawn il-każi?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onorevoli Membru jkun aktar speċifiku u jindika għal liema fora u għal liema perjodu qed jirreferi.
Ambaxxatur Malti għal Ġinevra — Laqgħa dwar sehem Taiwan f'attivitajiet tal-WHO
Question
Jista' il-Ministru jikkonferma illi l-ambaxxatur tagħna f'Ġinevra kellu laqgħa mad-direttur ġenerali tal-cultural and economic delegation ta' Taipei dwar sehem Taiwan fl-attivitajiet tal-WHO?
Laqgħa tal-UNRWA dwar ir-rifuġjati Palestinjani f'Ġinevra — Rappreżentazzjoni ta' Malta
Question
Jista' il-Ministru jgħid fuq liema livell se tkun rappreżentata Malta fil-laqgħa ta' livell għoli tal-UNRWA li se ssir f'Ġinevra fil-bidu ta' Ġunju dwar ir-rifuġjati Palestinjani?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li r-rappreżentanza Maltija għal-laqgħa ta' livell għoli ta' l-UNRWA dwar ir-refuġjati Palestinjani, li se ssir f'Ġinevra fil-bidu ta' Ġunju 2004, għadha qed tkun ikkunsidrata.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' Malta dwar il-lifting ta' l-Arms Embargo ta' l-Unjoni Ewropea lejn iċ-Ċina?
Response (DALLI, JOHN)
Malta temmen li wasal iż-żmien biex tiġi riveduta l-kwistjoni dwar l-embargu fuq l-esportazzjoni ta' armi lejn iċ-Ċina.
Bħalissa l-Unjoni Ewropea qiegħda tistudja din il-materja u Malta, bħala membru hi parti minn dawn id-deliberazzjonijiet.
Jikkonferma l-Ministru dak li wieħed mill-ambaxxaturi tal-poplu Malti qed jgħid ma kulħadd u ċioe' li ser isir roving ambassador for foreign investment? Jista' il-Ministru jgħid meta ser jieħu din il-ħatra?
Response (DALLI, JOHN)
M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li kien ta lil din il-Kamra l-predeċessur tiegħi għal Mistoqsija Numru 4819. Madankollu, jekk l-Onorevoli Interpellant jogħġbu jiżvela miegħi l-isem ta' dan l-individwu li allegatament qed jgħid dan id-diskors, inkun nista' ninvestiga aħjar.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-kuntratt bejn il-ministeru tiegħu u l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, bħala rappreżentant permanenti għall-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Numru 5805.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li bħalissa qed tokkupa l-kariga ta' rappreżentant permanenti għall-Unjoni Ewropea vjaġġat bejn Malta u Brussell bejn l-1 ta' Marzu u l-15 ta' Mejju 2004, f'liema dati u kemm ġie jiswa lill-gvern Malti kull vjaġġ?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Numru 5806.
Jista' il-Ministru jinformani skond liema regola jew bil-permess ta' min il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li bħalissa qed tokkupa l-kariga ta' rappreżentant permanenti għall-Unjoni Ewropea qed tuża VIP lounge ministerjali?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Numru 5807.