Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #28968 Sitting 594 2007-11-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Malta u l-Istati Uniti

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28775 u jgħid jekk ġewx iffirmati Extradition and Mutual Legal Assistance Treaties ma' l-Istati Uniti? Jekk ġiex konkluż Tax Information Exchange Agreement ma' l-istess pajjiż? Jekk ġiex konkluż ftehim bejn in-National Oceanic and Atmospheric Administration ta' l-Istati Uniti u Malta fil-kontest tal-Globe Programme? X'inhi l-pożizzjoni ta' Malta dwar Air Services Agreement ma' l-Istati Uniti? Fhiex waslet it-talba ta' Malta għal Home Port Status għal Malta Shipyards ma' l-Istati Uniti li fiha kellha sehem l-ambaxxata Maltija ta' Washington DC? U jekk min-naħa Amerikana kienx hemm xi kondizzjonijiet biex l-affarijiet jimxu 'l quddiem?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Fil-qasam tat-taxxa, mhux qed jiġi nnegozjat Tax Information Exchange Agreement ma' l-Istati Uniti imma Double Taxation Agreement. It-taħdidiet dwar ftehim man-National Oceanic and Atmospheric Administration għadhom għaddejin bil-ħsieb li l-ftehim jiġi ffirmat f-iqsar żmien possibbli.. Ma saret l-ebda talba formali għall-Home Port Status għal Malta Shipyards. Meta ssemmiet din il-materja informalment ġie indikat li Home Port Status jingħata biss meta jkun hemm Status Of Forces Agreement.Mhuwiex previst li ftehim bħal dan jiġi diskuss .
Leg 10 PQ #28981 Sitting 594 2007-11-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Schengen Unit — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu u meta għalqu l-applikazzjonijiet għal Kap tad-Dipartiment fil-Ministeru risponsabbli mix-Schengen, magħruf bħala x-Schengen Unit? Kemm kien hemm applikanti? Kemm minnhom kienu nvalidi? Fhiex wasal il-proċess ta' l-għażla? Huwa minnu li ma ntgħażel ħadd? Jekk kemm-il darba baqa' ma ntgħażel ħadd x’se jkun il-pass li jmiss?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-applikazzjonijiet għal Kap tax-Schengen Unit ħargu nhar il-11 ta' Ġunju 2007 u għalqu fit-28 ta' Ġunju 2007. Kien hemm tlett applikazzjonijiet imma waħda ma ssodisfatx il-kriterji mitluba fit-Talba għall-Applikazzjonijiet. Dan l-istadju tal-proċess issa huwa magħluq. Ma ġie magħżul ħadd għal din il-kariga. F'konsultazzjoni mal-Management and Personnel Office ta' l-OPM qed nikkonsidraw kif l-aħjar nipproċedu f'dawn iċ-ċirkostanzi.
Leg 10 PQ #28817 Sitting 590 2007-11-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Postijiet Vakanti

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu f'dawn l-aħħar tlett snin? Kemm kien hemm applikanti għal kull post? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irgiel? X'kienet l-eta` tagħhom? Jista' jagħti s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Ma nistax nifhem x'utilita' jista jkollha l-kumplament ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onorevoli Membru. Għalhekk, kif ukoll għaliex il-ħin estensiv li jkun meħtieġ sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista' jintuża aħjar, ma nħossx il-ħtieġa li tingħata l-kumplament ta' l-informazzjoni li qed tintalab.
Leg 10 PQ #28777 Sitting 588 2007-11-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Double taxation agreements

Question

No question text.

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ma hemm l-ebda talba ta' din in-natura. Hemm talba iżda rigwardanti l-protokoll marbut ma DTA bejn Malta u l-Libja u bħalissa għaddejjin diskusjonijiet bejn iż-żewġ naħat..
Leg 10 PQ #28778 Sitting 588 2007-11-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Protocol dwar Maritime Navigation

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta ffirmatx u/jew irratifikatx ukoll il-Protocol to the United Nations Convention for the Suppression of Unlawful Acts Against the Safety of Maritime Navigation - SUA? Jekk le, meta mistennija tagħmel dan?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Malta għadha ma ffirmatx il-Protocol to the United Nations Convention for the Suppression of Unlawful Acts Against the Safety of Maritime Navigation - SUA. Din il-materja qed tiġi eżaminata mill-entitajiet relevanti.
Leg 10 PQ #28822 Sitting 588 2007-11-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ħruġ ta' visas

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistqosija parlamentari 28540, jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28659 u jgħid f'kull pajjiż x'arranġamenti meħtieġa qed isiru sabiex ikun iffaċilitat l-ħruġ tal-visas għat-turisti li ġejjin minn pajjiżi bħas-Serbja, Ukrajna, ir-Russja u t-Turkija?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Biex ikun iffaċilitat il-ħruġ tal-visas għat-turisti li ġejjin mis-Serbja, Ukrajna, u t-Turkija, dan qed isir b'arranġamenti kemm ma' l-Italja kif ukoll ma' l-Awtrija. Fil-każ tat-turisti li ġejjin mir-Russja, dawn qed jiġu proċessati mill-Konsolat ta' Malta. Malta għandha Konsulat ġdid f'Moska biex jagħti servizz f'dan ir-rigward.
Leg 10 PQ #28774 Sitting 587 2007-11-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Maltin jaħdmu f'istituzzjonijiet barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux tagħrif dwar kemm hemm ċittadini Maltin jaħdmu f'dawn l-istituzzjonijiet: Gnus Maqgħuda New York Gnus Maqgħuda Ginevra Missjonijiet f'pajjiżi terzi tal-Ġnus Maqgħuda Fond Monetarju Internazzjonali UNESCO OSCE WTO OECD (għalkemm napprezza li Malta għadha mhix membri sħiħ sal-lum)?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Minn tagħrif miġbur, iżda dan ma jistax ikun definittiv, jirriżulta li hemm tmintax-il Malti jaħdmu f'istituzzjonijiet barranin maqsumin kif ġej: Ġnus Magħquda New York 3 Ġnus Magħquda Geneva 2 Missjonijiet f'pajjiżi terzi tal-Ġnus Magħquda 6 Fond Monetarju Internazzjonali 4 UNESCO 2 OSCE 1 WTO xejn OECD xejn

Affarijiet Barranin — Kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid fejn tinsab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jiena informat li l-kera ta' propjeta uzata mill Ministeru, dekasteru u enti kienet ta' Lm 243,944. Is-somma ta Lm 243,198 hija kera ta' Ambaxxati, Residenzi u Konsolati Ġenerali ta' Malta. Il-kirjiet tal-Ministeru ammontaw għal Lm 486 u dawn ikopru il-bini tal-Ministeru nnifsu u garages. Il-Ministeru jħallas ukoll il-kera tad-Diplo Foundation li tammonta għal Lm 330.

Affarijiet Barranin — Nefqa fuq petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill-gvern fl-istess perijodu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

In-nefqa totali kienet ta' Lm 5,574.58. L-Uffiċċjali huma dawk normalment intitolati għall-karozza jiġifieri s-Segretarja Permanenti, id-Diretturi Ġenerali, id-Diretturi, membri tas-Segretarjat Privat u oħrajn fosthom l-Ambaxxaturi. Minn din is-somma l-ħlas għall-Ambaxxati huwa Lm 4503.28.

Affarijiet Barranin — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ma kien hemm l-ebda konsulenti fuq bażi individwali jew bħala kumpaniji li tqabbdu jagħtu parir fil-perjodu indikat.

Affarijiet Barranin — Servizz ta' l-internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz tal-internet provdut fir-residenzi tal-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separat?

Response (FRENDO, MICHAEL)

In-nefqa totali kienet ta' Lm 2,213.46. L-Internet Service Providers huma l-MITTS għal Malta u ISPs differenti f'kull pajjizi li hemm Rappreżentanza Diplomatika. L-uffiċċjali huma dawk normalment intitolati għal dan is-servizz jiġifieri s-Segratarju Permanenti, id-Direttur Ġenerali, id-Diretturi, membri tas-Segretarjat Privat u oħrajn fosthom l-Ambaxxaturi. Minn din is-somma ħlas għall Ambaxxati huwa Lm1294.59

Affarijiet Barranin — Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkummisjonati rapporti fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'kien l-għan/skop ta' kull rapport separatament, minn min sar u jekk sewa flus kemm kienet l-ispiża separatament? Jista' jgħid jekk hemmx minn dawn ir-rapport li ġew konklużi?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Xejn.

Affarijiet Barranin — Repair and upkeep

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jien infurmat li l-ispiża fuq Repair and Upkeep għall-Ministeru u d-dekasteru li jaqgħu taħti hija kif ġej: Ministeru: Jannar - Lm 495.35, Frar - Lm 234.16 u Marzu - Lm 212.45 FME: Jannar - Nil, Frar - Lm 47.00 u Marzu - Lm 440.00 Ambaxxati: Jannar - Lm 6,557.12, Frar - Lm 4,559.40 u Marzu - Lm 4,842.91
Leg 10 PQ #28176 Sitting 569 2007-10-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Taxxi, tariffi u miżati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (FRENDO, MICHAEL)

F'dan il--perjodu il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin neħħa d-Drittijiet li kienu jitħallsu fuq awtentikazzjoni ta' ċertifikati u, jew dokumenti ta' adozzjoni ta' tfal minn pajjiżi barranin kif awtorizzati mill-Awtorita' Ċentrali appuntati bl-Ordni Dwar Tifsira ta' Adozzjoni Barranija. Dawn id-Drittijiet kienu jammontaw għal Lm 5 kull apostile. Din il-miżura daħlet fis-seħħ b'effett mis-17 t'Awissu 2007 permezz ta' Avviż Legali 233 ta' l-2007.
Leg 10 PQ #28007 Sitting 566 2007-10-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

OECD — Applikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Malta applikat biex issir membru ta' l-OECD u f'hiex jinsabu l-proċeduri biex dan iseħħ?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Malta applikat biex tidħol membru ta' l-OECD fis-27 ta' Lulju 2005. Il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea li ma kienux diġa membri ta' l-OECD fl-2004, kollha applikaw biex jissieħbu. Hemm indikazzjoni li l-applikazzjonijiet tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea biex jissieħbu fl-OECD li ma kienux diġa membri ta' l-istess organiżżazzjoni fl-2004 ser jieħdu ż-żmien peress li diġa numru ta' pajjiżi membri ta' l-OECD esprimew l-opinjoni li l-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea isiru membri gradwalment u mhux kollha flimkien. Sadanittant, Malta applikat ukoll biex tiġi kkunsidrata hħala 'Osservatur' fil-Kumitat dwar il-Kompetizzjoni fit-30 t'Awissu 2007.
Leg 10 PQ #28136 Sitting 566 2007-10-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' delegazzjonijiet mis-Senegal li żaru Malta matul dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena? Jista' jgħid ukoll kemm kien in-numru ta' delegazzjonijiet Maltin li żaru Senegal matul dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Matul dawn l-aħħar għaxar snin żaru Malta żewġt Ambaxxaturi mis-Senegal biex jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom. L-Ambaxxatur Mame Balla Sy kien żar Malta f'Jannar 1999, u kellu laqgħat mal-Prim Ministru, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti u d-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin. L-Ambaxxatur Momar Gueye kien żar Malta f'Mejju 2003, u kellu laqgħat mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u uffiċċjali mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin. Kien hemm uffiċċjal Malti li żar is-Senegal f'Ġunju 2006, biex jattendi l-laqgħa preparatorja għall-Konferenza ta' l-EU u l-pajjiżi Afrikani fuq l-Immigrazzjoni u l-Iżvilupp li kellha ssir fil-Marokk fl-istess xahar.