Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top up mobile cards fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum, u f'każ li fl-affermattiv, kemm il-mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant dwar il-mobile phones li inxtraw mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-entitajiet li jaqgħu taħtu minn Jannar 2007 sal-lum huma kif ġej:
Ministeru għat-Turiżmu u Kultura
Mobile phone għas-Segretarju Privat u wieħed għall-Office Co-Ordinator għall-prezz ta' Lm60 u Lm65 rispettivament.
Awtorita' tat-Turiżmu
Mobile phone għad-Director Communications and PR għall-prezz ta' Lm140.
Teatru Manoel
Mobile phone għal General Manager għall-prezz ta' Lm38.14 (excl VAT).
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali
Mobile phone wieħed mogħti mingħajr ħlas mill-GoMobile ma’ l-iffirmar ta’ linja ġdida bil-kuntratt għall-użu tas-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali.
Heritage Malta
Mobile phone għall-Kap Eżekuttiv għall-prezz ta' Lm44.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x'ċilindrata għandha l-karozza f'kull każ separtament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid liema kumpanniji ħadmu riklamar u kampanji ta’ informazzjoni għall-mezzi tax-xandir awdjo-viżivi u stampati għan-nom tal-Ministeru/Segretarjat Parlamentari tiegħu u għan-nom ta’ dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2003, 2004, 2005, 2006 u bejn Jannar u Settembru 2007? Kemm kien il-ħlas involut għal kull biċċa xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-Forti Sant'Iermu anke fid-dawl li l-Akkademja tal-Pulizija se tiċċaqlaq minn hemm? Meta se jibda jsir xi xogħol ta' restawr fih u x'użu se jkollu wara li jsir dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor. interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28696 u jgħid x'passi se jittieħdu biex ma nitilfux turisti minn pajjiżi bħar-Russja, l-Ukranja u s-Serbja peress li aġenti ta' l-ivvjaġġar qed jilmentaw li se jonqsu drastikament turisti minn dawk l-pajjiżi għax, per eżempju, qed jgħidulhom li mill-ambaxxata ta' Moska se joħorġu 25 visas kuljum biss, u l-Ukrajna qed isibu xi diffikultajiet mill-Ambaxxata Awstrijaka?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi lill-Onor. interpellant għat-tweġiba għal-Mistoqsija Parlamentari numru 28822 li ngħatat mill-Ministru ta' l-Affarjiet Barranin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet rappurtata mill-ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu matul l-ewwel għaxa xhur tas-sena? Kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali l-oġġetti misruqa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi kien hemm serqa waħda, li seħħet fid-Dipartiment tat-Turiżmu u li kienet tammonta għal Lm30.
Jista` l-Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu f'dawn l-aħħar tlett snin? Kemm kien hemm applikanti għal kull post? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irgiel? X'kienet l-eta` tagħhom? Jista' jagħti s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2007 fl-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu kemm ingħataw promozzjonijiet, x'kienu dawn il-promozzjonijiet u min kienu l-persuni li ngħataw dawn il-promozzjonijiet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illli matul is-sena 2007, fl-Awtorita’ tat- Turiżmu ingħataw tmien promozzjonijiet biex jimtlew dawn il-pożizzjonijiet:
Financial Controller
Head Research
Head Communications & PR
Divisional Secretary
Segment Manager MICE
Manager Quality Assurance
Manager Legislation, Licensing & Contributions
Manager Tourism Services Providers Development
Jista' l-Ministru jgħid l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu kemm daħħlet nies jaħdmu magħha matul is-sena 2007, f'liema pożizzjonijiet, kemm minnhom full time, kemm part-time u f'kull każ x'kien il-metodu tar-reklutaġġ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita’ tat-Turizmu daħħlet għaxra minn nies jaħdmu magħha matul is-sena 2007. Il-pożizzjonijiet li ġew impjegati fihom u l-metodu tar-reklutaġġ kienu kif jidher hawn taħt:
Pozizzjonijiet:
2 Diretturi għall-uffiċini ta' l-MTA barra minn Malta
1
Manager
1
Assistant Manager
6
Executives
Metodu tar- Reklutaġġ:
2 Diretturi għall-ufficini ta' l-MTA barra minn Malta,
Manager, Assistant Manager
u 5
Executives
- Applikaw minn avviż fuq il-gazzetti.
1
Executive
– Applika mill- ETC.
Ir-reklutaġġ ta’ dawn in-nies sar wara li ngħata permess mill - R.R.A.G.
Dawn l-għaxar persuni kollha ġew impjegati fuq bażi
full time.
B’referenza għal mistoqsija parlamentari W416 u W431 jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-iffinanzjar li sar mill-Ministeru tieghu? Barra minn dan kemm kienu l-ispejjez involuti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi lill-Onor. interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28582.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir l-embellishment tal-parti tal-ġnien ta' Howard Gardens ir-Rabat li tħalliet barra meta saru x-xogħlijiet aktar kmieni din is-sena? Fil-fatt kemm kienet in-nefqa globali f'ċifra ta' flus tax-xogħlijiet li saru?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-proġett ta’ embellishment ta’ Howard Gardens li twettaq fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura kien l-ewwel fażi minn proġett akbar li għad irid isir f’din iz-zona. Proġett li jinkludi d-diżinn integrat ta' l-ispazju quddiem l-entratura ta' l-Imdina, u li jinvolvi anke l-alterazzjoni tad-direzzjoni tat-traffiku minn kif inhu bħalissa.
Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura kien involut biss fl-ewwel fażi, li swiet madwar Lm379,000, b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' l-Imdina u mal-Progett ta’ Riabilitazzjoni ta' l-Imdina.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex ma nitilfux turisti minn pajjiżi bħar-Russja, l-Ukranja u s-Serbja peress li aġenti ta' l-ivvjaġġar qed jilmentaw li se jonqsu drastikament turisti minn dawk l-pajjiżi għax, per eżempju, qed jgħidulhom li mill-ambaxxata ta' Moska se joħorġu 25 visas kuljum biss, u l-Ukrajna qed isibu xi diffikultajiet mill-Ambaxxata Awstrijaka?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28541 u jgħid l-flus fuq in-nefqa kapitali li kellhom jintnefqu fis-sena 2007 u ma ntnefqux, fuq liema proġetti u f'liema qasam kellhom jintnefqu? X'se jiġri mill-flus li kellhom jintnefqu u ma ntnefqux?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-flus min-nefqa kapitali li ma ntnefqux huma relatati mal-proġetti tal-Fondi Strutturali. Il- maġġoranza minn dawn ma ntnefqux minħabba li huma relatati mal-programm tal-Fondi Strutturali 2007 - 2013. L-applikazzjonijiet għal dawn il-proġetti għalqu f'Settembru u bħalissa għaddej il-proċess għall-għażla tal-proġetti sottomessi. Il-proġetti ma setgħux jibdew qabel u għalhekk il-flus ma setgħux jintnefqu.
Parti oħra minn dawn il-flus hija relatata mal-Fondi Strutturali 2004-2006. Dawn il-proġetti qed jitkomplew jew jitlestew. Parti minn dawn il-flus kellhom jintnefqu mis-settur privat bħala parti mill-iskema għall-intrapriżi turistiċi. Dawn il-benefiċarji qed jiġu mħeġġa biex jużaw dawn il-fondi kif stipulat fil-kuntratt li għandhom.
Il-flus li kellhom jintnefqu u ma ntnefqux ma jintilfux.
Rigward Heritage Malta, ninsab infurmat illi mis-somma totali allokata għas-sena 2007 li tinkludi ukoll il-parti ta' l-2006, ġew utilizzati iktar minn nofs bil-kumplament ikun ippjanat li jintuża fix-xhur li ġejjin. Dan jiddependi ħafna mill-progress tax-xogħol li jirnexxielu jintlaħaq sad-data stabbilita. Iż-żewġ proġetti prinċipali fejn qiegħed isir xogħol maġġuri huma l-Mużew Marittimu u l-Mużew ta' l-Arkejoloġija.
Fis-sena 2007 ma ntnefqux Lm80,000 mill-vot kapitali għall-użu tat-trasferiment tal-uffiċċini tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ġewwa parti mill-Forti Sant' Anġlu, Birgu.
Dawn il-fondi kapitali ma ntefqux minħabba dewmien fl-għotja tat-tender għal dan il-proġett. Intant dan it-tender ingħalaq u l-fondi jistgħu jiġu wzati.
Jista' l-Ministru kemm intnefqu flus fuq ix-Shooting Malta Project u fuq xhiex intnefqu dawn il-flus? Jista' jgħid x'użu se jsir mir-ritratti li ttieħdu f'dan il-proġett? Jista' jgħid jekk ir-ritratti li ttieħdu humiex ta' kwalita' għolja ħafna kif kien mistenni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi intnefqu 100,000 Euro għall-ispejjeż ta' l-aġenzija Taljana The Gate, li għamlet l-arranġamenti kollha biex isir il-
co-Branding
fl-Italja man-Nikon.
Intnefqu ukoll madwar Lm18,000 għal spejjeż lokali biex jinġiebu (a) 27 fotografu professjonali minn madwar l-Ewropa minn-Nikon Professional Services (fi 3 gruppi differenti), (b) uffiċċjali varji ta’ The Gate u (ċ) 15 il-ġurnalist barrani li ġew jirrappurtaw dwar l-inizjattiva u biex jiktbu dwar Malta u Għawdex.
Ir-ritratti minn dan il-proġett issa saru kollha propjeta’ esklussiva tal-MTA, li tista tuzahom, bħalma diġa qed tagħmel, għar-reklamar,
brochures
, inizjattivi tal-marketing, tqassim fost l-operaturi eċċ. B’kollox hemm mas-6,000 ritratt, li l-biċċa l-kbira minnhom huma ta’ kwalita’ għolja ħafna kif kien mistenni.
Numru minn dawn (xi 60) se jkunu rtukkjati b’mod professjonali fl-istudios tan-Nikon u jkunu stampati għal tal-apposta f’dimensjonijiet kbar għall-użu f’wirjiet fotografiċi dwar Malta Mill-Lenti Ta' l-Ewropa barra l-pajjiz. L-arranġamenti għal wirjiet qed isiru minn the Gate bħala parti mill-
cachet
tagħhom.
L-iktar ħaġa importanti li wieħed għandu jsemmi hu li ritratti minn din l-inizjattiva, speċjalment ritratt partikolari meħud mill-fotografu Malti Rene Rossignaud, ġie magħżul mill-MTA u minn-Nikon biex ikun il-qofol ta’ kampanja pubbliċitarja ta’
co-Branding
fl-Italja. L-ewwel parti ta’ din il-kampanja diġa twettqet f’Ġunju u Lulju fl-Italja, speċjalment fl-ibliet ta’ Ruma, Milan u Turin, permezz ta’ riklami stampati fuq taxis, karrozzi tal-linja,
posters
u
billboards
. It-tieni parti tal-kampanja se tissokkta fil-ġimgħat li ġejjin, ukoll permezz ta’ 3,000,000 fuljett pubbliċitarju li jirreklamaw lil Malta u lin-Nikon, imqassmin fil-
magazines
ewlenin madwar l-Italja. Għal din il-kampanja il-kumpanija Nikon se tħallas l-ispejjeż kollha, ikkalkulati li jilħqu 'l fuq minn miljun Ewro.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W416, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa hekk kien kien mitlub fl-imsemmija mistoqsija? Jista' jagħti din l-informazzjoni maqsuma skond in-nefqa separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi għal-Mistoqsija Parlamentari W416 fejn nippreċiża li ma ntalbitx in-nefqa totali.
Ninsab infurmat li l-ispejjeż totali għall-attivita' li kienet tinvolvi lil Mro. Muti u l-orkestra tiegħu, kantanti solisti u kor kienet tammonta għal Lm105,740 maqsumin kif ġej:
LM
Riccardo Muti
34,386.00
Advertising Expenses
7,000.00
Pier Andrea Veneziani-Choir
7,487.00
Luigi Cherubini Youth Orchestra
31,532.13
Ioannis Bolaendros
2,580.80
Monica Bacelli
4,300.00
Laura Pasqualetti
431.80
Nicola Alaimo
2,151.00
Laura Giordano
2,580.80
Gabriele Spina
517.76
Mario Cassi
2,151.00
Barbara Frittoli
6,449.00
Spejjez oħra
4,172.77
Total
105,740.06
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28525 u jgħid kemm hemm lukandi u sodod, f'kategoriji differenti f'Malta u f'Għawdex?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif ġej:
Hotels u Apart hotels
sodod
Ħames stillel
15
6,460
Erba’ stillel
49
16,178
Tlett stillel
55
11,444
Żewġ stillel
24
2,286
Total
143
36,368
Guest houses
sodod
Comfort
11
257
Standard
22
532
Total
33
789
Hostels
sodod
Standard
12
1,094
Total ta’ kollox
188
38,251
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28518 u jgħid xi proġetti ta' tisbiħ hemm maħsuba tul is-sena 2008 fl-Armier u fl-Għadira tal-Mellieħa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi matul l-2008 m'hemmx maħsuba proġetti ta' tisbiħ fl-Armier u fl-Għadira tal-Mellieħa għalkemm il-Gvern lest u qed jikkonsidra proposti għal proġetti f'dawn l-inħawi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W417 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-politika kulturali li qed iħaddem il-gvern fil-preżent?
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid fejn tinsab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant.