Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pont tal-Mistra – siġar li se jitneħħew

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31522, jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' siġar li ssemmew li se jitneħħew fl-istess risposta u x'tip ta' siġar huma?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li m’għandi xejn x’inżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlametari 31522.

Transport Malta – rotot tal-karozzi tal-linja għall-airport

Question

Billi l-Ministru wieġeb li s’issa Transport Malta għadha ma tat l-ebda kunsens biex ikun hemm xi tibdil f'dak li jikkonċerna rotot tal-karozzi tal-linija li jwasslu passiġġieri l-airport, jista' l-Ministru, iżda, jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta għandhiex xi talba simili li qiegħda tikkunsidra? Jekk iva, meta hu mistenni li jkun hemm deċiżjoni dwar dan?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent m’għandix aktar x’inzid mat-tweġiba li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 32354.

Transport Malta – rakkomandazzjonijiet dwar mina

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta għamlitx xi rakkomandazzjoni partikulari, fl-istudju li suppost qed isir dwar il-mina bejn Malta u Għawdex, biex tali mina tispiċċa fl-inħawi tax-Xemxija, u mhux qrib iċ-Ċirkewwa? Jekk iva, x'kienu dawn ir-rakkomandazzjonijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent għadhom għaddejjin l-istudji relatati ma’ dan il-proġett. Għaldaqstant ma tistax tingħata informazzjoni f’dan ir-rigward.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Performance Bonuses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw performance bonuses fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'liema kariga kienu dawk li ħadu l-performance bonuses? Kemm kien il-perċentwal tal-bonus mogħti f’kull każ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħlas ta’ performance bonuses huwa meqjus bħala data personali u għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.

Triq matul il-bajja tax-Xemxija — xogħolijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jsir ix-xogħol neċessarju fuq it-triq matul il-bajja tax-Xemxija li għandha ħsarat pjuttost kbar?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika l-parti tat-triq matul il-bajja li għaliha qiegħed jagħmel referenza.

Pont tal-Mistra – rapporti dwar ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta l-istudju aktar profond fuq l-istruttura tal-Pont tal-Mistra, liema referenza għalih saret fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31522?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li m’għandi xejn x’inżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlametari 31522.

Transport Malta – persuni li qed jitgħallmu l-liċenzja tas-sewqan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta tivverifikax jew le jekk dawk il-persuni li jibdew jippreparaw biex jingħataw il-liċenzja tas-sewqan jekk ikunux qed jibdew jitgħallmu wara li jkunu għalqu t-18-il sena jew le? Jekk iva, kif qed issir din il-verifika?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni li għandha Transport Malta, dawk il-persuni li jibdew jippreparaw biex jingħataw il-liċenzja tas-sewqan iridu japplikaw mal-istess Awtorita’ billi jimlew il-formola stabbilita u għandhom jippreżentaw magħha ċ-ċertifikat mediku, kopja tal-karta ta’ l-Identita’ u d-dritt tal-liċenzja xierqa. Wara l-verifikazzjonijiet meħtieġa, l-Awtorita’ toħroġ permess. Kull min għandu tali permess biss u li għalaq tmintax-il sena, hu awtorizzat li jipprattika s-sewqan fil-ġranet kollha, esklużi l-Ħdud u btajjel pubbliċi f’dawn il-kategoriji: AM, A1,B1, B, BE, Ċ1, C1E u G. L-Awtorita’ tivverifika l-eta’ tal-persuni li jibdew jippreparaw biex jingħataw il-liċenzja tas-sewqan permezz tal-karta tal-Identita’ li tintalab mal-formola stabbilita. Barra minn dan, is-sistema kompjuterizzata ma tħalli lil ħadd joħroġ permessi ta’ persuni li huma inqas mill-eta’ stabbilita bil-liġi.

L-Imrieħel — bridge

Question

Wara li fil-21 ta’ Ġunju 2013 f’laqgħa pubblika l-Ministru ġie kkwotat jgħid : “A pedestrian crossing over the Mrieħel bypass will include solar-powered lifts, accoring to Infrastructure Minister Joe Mizzi. He made the announcement yesterday during a public consultation meeting at Auberge de Castille in Valletta, when he also displayed a desgin of the proposed bridge.” jista’ jgħid fejn hu dan il-bridge tant imwiegħed minnu fil-bypass tal-Imrieħel?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pedestrian Footbridge qiegħed jiġi mmanifatturat ġewwa l-impjant tal-kuntrattur. Bdew ukoll ix-xogħlijiet infrastrutturali fuq is-sit identifikat tul il-Bypass tal-Mrieħel. Ix-xogħol fuq dan il-proġett mistenni jitlesta sal-aħħar tat-tieni kwart ta’ din is-sena. Ninfurmah ukoll li saret talba lill-Ministeru biex meta jitlesta dan il-bridge, dan jissemma’ għal Emma Housley u Graziella Fenech, li kienu tilfu ħajjithom f’ inċident fatali f’ Awwissu tal-2005. Il- Ministeru qed jevalwa din it-talba.

San Pawl il-Baħar u Naxxar – xogħlijiet ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħol ta’ toroq hu mistenni li jsir din is-sena f’San Pawl il-Baħar u n-Naxxar? Jista’ jqiegħed kopja tal-pjanti ta’ fejn ser isir dan l-istess xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li xogħlijiet fuq it-toroq isiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist.

Ħ’Attard – Speed fi Triq il-Linja u Triq Victor Vassallo

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir speed camera fi Triq il-Linja u Triq Victor Vassallo, Ħ’Attard Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi talbiet għal speed cameras għandhom jiġu sottomessi lill-LESA skont il-proċedura stabbilita’.

Is-Siġġiewi – Triq Dun Manwel Zammit – numru tad-Djar

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12218, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tan-numerar tad-djar fi Triq Dun Manwel Zammit is-Siġġiewi?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Pjazza tal-Mosta – reserved parking għall-persuni li jkollhom b¿onn jinqdew b’emerġenza fil-klinika

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31961, ladarba ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta hija Ċentru Reġjonali u tintuża minn eluf ta’ persuni kuljum u ladarba s’issa ma hemm l-ebda spazju ta’ parkeġġ għal fini ta’ min jiġi jinqegħda b’emerġenza dan qed joħloq tbatija inġusta, jista’ l-Ministru jerġa’ jikkunsidra l-istess risposta għall-fini ta’ ħtieġa umanitarja?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta qegħda tikkoordina mal-Kunsill Lokali biex jiġu rregolarizzati l-Parkeġġi Riservati tal-Pulizija, Ċentru tas-Saħħa, ELC u Social Services. Wara dan l-eżerċizzju Transport Malta tkun f’pożizzjoni aħjar biex tkun tista’ tikkunsidra din ir-rikjesta li għamel l-Onor. Interpellant.

Mosta – Triq il-Kostituzzjoni — siġra

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31962 jista’ l-Ministru jieħu passi sabiex din is-siġra li hija selvaġġa u ma jistax ikun li tibqa’ titħalla tikber għaliex hija indikazzjoni ta’ traskuraġni u kif indikajt fl-istess mistoqsija, qed toħloq periklu għal bosta anzjani li jimxu fuq il-bankina fin-nofs ta’ Triq il-Kostituzzjoni?

Response (MIZZI, JOE)

Nerġa’ nitlob lill-Onor. Intepellant jispeċifika l-post li għalih qed jirreferi.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Ħaddiema b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (MIZZI, JOE)

Tlabt biex l-informazzjoni mitluba, tinġabar.

Kumpanija – tħaddim ta’ klawsola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi tfisser f'termini reali u finanzjarji għall-Gvern u kif titħaddem jew x'formola tintuża biex titħaddem il-klawsola numru 7.1 tal-kuntratt iffirmat fit-8 ta' Jannar 2015 mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li fost l-oħrajn tgħid ‘along with this, ........ has negotiated a variable subsidy ensuring that it makes annual profits? Jista' jgħid sa minn meta ġie ffirmat il-kuntratt indikat sal-lum, din il-klawsola qattx intużat? Jekk intużat, kemm-il darba ntużat u x' kien l-ammont ta' sussidju li ngħata kull darba?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-klawsola numru 7.1 ta’ l-imsemmi kuntratt, m’ hemm imkien imsemmi l-parti kkwotata minnu, jiġifieri ‘along with this, ........ has negotiated a variable subsidy ensuring that it makes annual profits”. Aktar minn hekk, din l-istess kwotazzjoni ma’ tidher imkien fl-imsemmi kuntratt.

Kumpanija – kuntratt iffirmat — profitt

Question

B’referenza għall-kuntratt iffirmat fit-8 ta’ Jannar 2015 mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kif qed jiġi kkalkolat il-profitt ġust u kummerċjalment raġjonevoli skont il-klawsola numru 7 (Financial Provisions) tal-istess kuntratt? X'inhu l-ammont li ffissa l-Gvern mill-2015 sal-lum li huwa meqjus bħala qligħ ġust u kummerċjalment raġjonevoli?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istess kuntratt kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħal Qormi – Sqaq il-Qasba — xogħljiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx il-ħsieb u meta ser isiru x-xogħlijiet ta’ asfaltar fuq Sqaq il-Qasba f’Ħal Qormi peress li wiċċ it-triq jinsab fi stat ħażin kif jixhed ir-ritratt li qed jingħata separatament?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

L-Imtarfa – Triq San Oswald — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi rranġata Triq San Oswald fl-Imtarfa, eżattament quddiem iċ-Ċentru ta’ Persuni b’Diżabilità minħabba li qed ikun hemm ostakli għal dawk il-persuni li jużaw il-wheelchair?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Għajn Tuffieħa — Triq l-Imġarr u Triq Żebbiegħ - traffic management

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward pjan fuq traffic management jew bini ta' struttuti fi Triq l-Imġarr u Triq Żebbiegħ, Għajn Tuffieħa minħabba li qegħdin isiru diversi aċċidenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ser tagħmel kuntatt mal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament.

Ajruport – rotot ġodda tat-trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk TM approvatx xi rotot ġodda ta’ trasport pubbliku lejn l-ajruport? Jekk iva, jista’ jagħti tagħrif dwar jekk dan it-trasport hux ser jissostitwixxi t-trasport li diġà jeżisti? Jista’ jgħid minn fejn ser jopera u kemm ser ikun il-nol (fare) li se jitħallas?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta m’approvat l-ebda rotta ġdida ta’ trasport pubbliku lejn l-ajruport.