Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38318 Sitting 873 2003-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Butir — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima ta' butir u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni tal-butir issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tal-butir stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt is-Seduta numru 872.
Leg 9 PQ #38319 Sitting 873 2003-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ġobon — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima ta' ġobon u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni tal-ġobon issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tal-ġobon stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt is-Seduta numru 872.
Leg 9 PQ #38320 Sitting 873 2003-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Trab tal-ħalib xkumat — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima ta' trab tal-ħalib xkumat u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni tat-trabb tal-ħalib issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tat-trab tal-ħalib xkumat stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt is-Seduta numru 872.
Leg 9 PQ #38321 Sitting 873 2003-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Laħam abjad — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima tal-laħam abjad u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni ta' laħam abjad issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tal-laħam abjad stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt is-Seduta numru 872.
Leg 9 PQ #38322 Sitting 873 2003-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ross — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima ta' ross u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni tar-ross issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tar-ross stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt is-Seduta numru 872.
Leg 9 PQ #38323 Sitting 873 2003-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Qamħ — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima ta' qamħ u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni tal-qamħ issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tal-qamħ stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt is-Seduta numru 872.
Leg 9 PQ #38313 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zokkor — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima taz-zokkor u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni taz-zokkor issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota taz-zokkor stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Onorevoli Interpellant jaf li hekk kif Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea, dak kollu prodott f'pajjiżna awtomatikament diġa' jkun jagħmel parti mis-suq wieħed Ewropew. Għaldaqstant, dak li jiġi prodott f'Malta ma jibqax ikun suġġett għall-ebda tariffi meta jinbiegħ f'xi parti oħra ta' l-Unjoni Ewropea. Dan huwa riżultat dirett u fundamentali tas-sħubija u ma jirrikjedi l-ebda ftehim separat jew ulterjuri. Fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea, Malta kisbet id-dritt li timplimenta mekkaniżmu ta' sussidju fuq ċerti prodotti agrikoli importati li, permezz tiegħu, il-Gvern ser ikun jista' jikkumpensa għal xi żidied li jista' jkun hemm fil-prezz lokali ta' dawn il-prodotti minħabba d-differenza bejn il-prezz tal-prodott fuq is-suq internazzjonali u dak fl-Unjoni Ewropea. B'dan il-mod, wara s-sħubija, mhux mistenni li l-konsumatur Malti jiffaċċja għoli fil-prezz ta' dawn il-prodotti. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk il-prodotti li dwarhom Malta nnegozjat u kisbet id-dritt li tapplika skema ta' special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported agricultural products flimkien mal-kwoti relattivi li jispeċifikaw il-kwantitajiet massimi li fuqhom jista' jiġi applikat dan is-sussidju.
Leg 9 PQ #38314 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Laħam tal-friża(ċanga) — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima tal-laħam tal-friża (ċanga) u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni taċ-ċanga issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tal-laħam tal-friża (ċanga) stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt din is-Seduta stess.
Leg 9 PQ #38315 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Laħam tal-Ħaruf — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima tal-laħam tal-ħaruf u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni tal-laħam tal-ħaruf issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tal-laħam tal-ħaruf stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt din is-Seduta stess.
Leg 9 PQ #38316 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Corned beef — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima ta' corned beef u prodotti oħra simili u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni tal-corned beef issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tal-corned beef u prodotti oħra simili stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt din is-Seduta stess.
Leg 9 PQ #38317 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prodotti proċessati — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima ta' prodotti proċessati issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ ta' prodotti proċessati stabbiliti għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt din is-Seduta stess.
Leg 9 PQ #38616 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlimentari tiegħi numru 38564, possibli niġi nfurmat x'azzjoni ttieħdet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta ser tieħu ħsieb biex jitneħħa x-xaħx li kien tħalla mill-kuntrattur meta ġie ordnat jieqaf mix-xogħol. Huwa ser jiġi ordnat jibni ċint temporanju madwar il-post fejn kienet qed tinbena s-substation.
Leg 9 PQ #38476 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fabbriki Maltin — Impatt ekonomiku

Question

X'se jkun l-impatt ekonomiku fuq fabbriki Maltin li jippakkjaw ikel u xorb biex dawn jiġu konformi mad-direttivi u r-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea fejn jirrigwardjaw l-ippakkjar, l-iskart mill-ippakkar kif ukoll il-materjal u l-livelli ta' kontaminanti fl-ippakkjar ta' dawn l-affarijiet? X'ser ikun l-impatt ekonomiku fuq il-konsumatur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li anke fil-qasam tal-produzzjoni ta' l-ikel, diġa' hemm numru ta' fabbriki lokali li jesportaw il-prodotti tagħhom lejn is-suq Ewropew. Dawn diġa' jikkonformaw mar-regolamenti u mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea u ma hemm l-ebda raġuni għalfejn minn jipproduċi għas-suq lokali biss ma għandux ikun f'qagħda li jagħmel l-istess. Ir-regolamenti u d-direttivi jixirqu lill-konsumatur Malti u jistenna li jkunu osservati. Il-Gvern qiegħed jgħin biex dan il-għan jintlaħaq fl-iqsar żmien possibbli anke permezz ta' skemi ta' assistenza, kemm mill-IPSE kif ukoll mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura. Dwar l-implikazzjonijiet f'aktar dettal, ta' min jgħid li dawn ivarjaw minn prodott għall-ieħor. Fil-fatt l-IPSE ħejjiet numru ta' studji settorjali, fejn uħud minnhom diġa' ġew ippubblikati. L-impatt fuq il-konsumatur mistenni li jkun pożittiv taħt kull aspett. Ta' min ifakkar li dawn it-tip ta' prodotti kważi kollha għad għandhom levies qawwija fuqhom. Għalhekk, minkejja l-introduzzjoni ta' standards aktar esiġenti f'dak li għandu x'jaqsam ma' ippakkjar u affarijiet oħra, xorta mistenni li dawn il-prodotti ser jorħsu sinifikament meta Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea u l-levies jispiċċaw għal kollox.
Leg 9 PQ #38571 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dollari Amerikani — Importazzjoni/esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 38465 u ċioe' jista' jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 38429 billi jgħid x'inhu l-persentaġġ tal-kummerċ barrani ta' pajjiżna kemm f'dak li huwa importazzjoni kif ukoll esportazzjoni li huwa invoiced f'dollari Amerikan?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-kalkolu tal-perċentwali li qed jistaqsi dwarha l-Onorevoli Interpellant huwa eżerċizzju kumpless ħafna, anki minħabba li bosta miċ-ċifri rilevanti jinżammu biss fuq bażi tal-munita Maltija. Għaldaqstant, l-aħjar stima tibqa' dik magħmula mill-Bank Ċentrali bħala bażi għad-definizzjoni tal-basket ta' muniti barranin li jiġi stabbilit sabiex jinħadem il-valur tal-Lira Maltija. Dan il-basket huwa ntiż li jirrifletti il-karatteristiċi ewlenin tal-kummerċ ta' Malta mal-kumplament tad-dinja. Fil-preżent, dan il-basket huwa kompost minn 70% tal-valur tiegħu, mill-munita Euro, 20% mill-Isterlina u 10% mid-dollaru Amerikan.
Leg 9 PQ #38573 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Medigrain — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu mal-kumpannija Medigrain? Liema huma l-impjiegi u l-ħatriet differenti li għandhom dawn l-impjegati? Kemm hemm persuni f'kull impjieg f'livell differenti tal-kumpannija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-ħaddiema tal-kumpanija Medigrain jammontaw għal wieħed u għoxrin. Dawn huma mqassmin kif ġej: GRAD NUMRU Chairman Eżekuttiv 1 Deputat Chairman 1 General Manager 1 Accounts Officer 1 Kontrollur Finanzjarju (fuq bażi part time) 1 Segretarja Personali 1 Skrivan Grad II 1 Messaġġier/Xufier 1 Silo Foreman/Inġineer 1 Technician 1 Mechanical Fitter 2 Siloman 2 Deliveryman 2 Weighbridge Operator 2 Labourer 3
Leg 9 PQ #38574 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Medigrain — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'salarji, allowances u perks oħrajn għandhom il-persuni li jokkupaw l-ogħla ħatriet fil-kumpannija Medigrain?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Uffiċċjali tal-kumpanija Medigrain għandhom is-salarji annwali u allowances li ġejjin: Iċ-Chairman Eżekuttiv - Lm12,260 u l-użu ta' karozza u telefon ċellulari Id-Deputat Chairman - Lm6,000 u l-użu ta' karozza u Lm200 allowance għal tratteniment Il-General Manager - Lm13,260 u l-użu ta' karozza u telefon ċellulari.
Leg 9 PQ #38575 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Port Ħieles — Containers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm insterqu jew instabu neqsin containers li għaddew mill-Freeport ta' Malta fis-sena 2002 u 2003 (s'issa)? X'kien f'kull każ il-kontenut tal-containers li naqsu? X'passi ttieħdu f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul is-sena 2002 kien irrapurtat każ wieħed ta' container li naqas minn ġewwa l-Port Ħieles. F'dan il-container il-kontenut kien dikjarat bħala xorb alkoħoliku u bil-każ ġew mgħarrfa l-awtoritajiet kompetenti. S'issa, matul din is-sena, ma kienx hemm rapporti ta' containers li naqsu mill-Port Ħieles.
Leg 9 PQ #38596 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Paola — Qtugħ tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li titranġa s-sistema tad-dawl viċin ir-residenza ta' familja li l-partikularijiet tagħha jidhru separatament minn din il-mistoqsija u kważi ta' kuljum qiegħed jinqata' d-dawl bil-konsegwenza li f'dan iż-żmien tax-xitwa ma jistgħux jużaw appliances daqshekk bżonjużi għall dan iż-żmien tax-xitwa?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #38597 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Paola — Qtugħ fil-provvista tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni tad-dawl għar-residenza li l-partikularijiet tagħha jidrhu separatament minn din il-mistoqsija peress li d-dawl qed jinqata' spiss u ma jistgħux jinxtegħlu l-appliances?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #38514 Sitting 870 2003-02-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — San Ġwann

Question

Jista' il-Ministru jara li l-Enemalta tinvestiga b'urġenza il-każ tal-wires tad-dawl li hemm fit-triq fit-tarf ta' Scotch Pine Street San Ġwann fejn hemm il garages b'riżultat tal-maltemp, l-aktar minħabba li r-residenti qed jibżgħu li dawn jistgħu jkunu live wires?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret min-naħa tal-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li l-wire li qed issir riferenza għalih ma jappartenix lill-Korporazzjoni Enemalta iżda lill-Maltacom, li ġiet infurmata bil-każ.