Legislature:
Category:
Reset
Active:

Nefqa fuq servizz ta' konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. L-informazzjoni dwar l-MCA u l-MMA jingħataw wara li jkunu verifikati.

Nefqa ta' servizz fuq l-internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dan il-Ministeri mhuwiex f'pożizzjoni li jgħid kemm kienet in nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-Ministeru u tad-Dipartimenti u Diviżjonijiet li jaqgħu taħtu, għaliex dawn il-ħlasijiet isiru mill-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-informazzjoni taħt il-Core Services Contract. L-ISP f'kull każ huwa l-MITTS. L-informazzjoni dwar l-MCA, MMA u l-MSA tingħata wara li tinġabar kollha.

Kompetizzjoni mhux ġusta

Question

Jista l-Ministru jwiegeb mistoqsijiet parlamentari 28974 u 29074 u jgħid kemm kienu l-każijiet ta’ allegata kompetizzjoni mhux ġusta li tressqu quddiem id-diviżjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni matul l-2003, l-2004, l-2005 u l-2006 u bejn Jannar u Ottubru 2007, sena b’sena? Kemm kienu dawk li nstabu ħatja mid-diviżjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni li kisru l-att tal-kompetizzjoni ġusta kull sena, rispettivament? Kemm, minn dawn ttieħdu passi kontra tagħhom fil-Qorti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Risposta SSugerita: Jien infurmat li n-numru ta’ każijiet ta’ allegata kompetizzjoni mhux ġusta li tressqu quddiem id-Diviżjoni tal-Konsumatur fis-snin imsemmija huma hekk kif indikati fit-tabella hawn taħt. Każijiet Sena 2003 2004 2005 2006 2007(Jan-Oct) Totali 12 20 34 22 18 Numru ta' Każijiet li 2 1 2 2 1 kisru l-Att dwar il- Kompetizzjoni Ġusta Ma dan nixtieq inżid li l-Att dwar il-Kompetizzjoni mhux Ġusta jipprovdi li d-Direttur tal-Kompetizzjoni Ġusta jagħti d-deċiżjonijiet dwar ksur tal-provvedimenti ta' dan l-Att. Il-liġi tipprovdi wkoll għad-dritt ta'l-appell minn dawn id-deċiżjonijiet quddiem il-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust u mhux quddiem il-Qorti.

Kompetizzjoni mhux ġusta

Question

Jista l-Ministru jwiegeb mistoqsijiet parlamentari 28975 u 29075 u jghid jekk jistax jikkonferma li hemm kazijiet ta’ allegata kompetizzjoni mhux ġusta li ilhom sentejn li gew sottomessi quddiem id-diviżjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni u li izda deċizjoni dwarhom għadha ma tteħditx?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għad hemm 4 każi ta' allegata kompetizzjoni mhux ġusta li ġew sottomessi li-Diviżjoni iktar minn sentejn ilu u li minħabba l-komplessita tagħhom, għadhom qed jiġu investigati.

Consumer Affairs Act

Question

Jista l-Ministru jwiegeb mistoqsijiet parlamentari 28976 u 29076 u jgħid kemm kienu l-każijiet ta’ allegat ksur tal-Consumer Affairs Act li daħlu fit-taqsima tal-Policy and Regulatory Services Directorate matul l-2003, l-2004, l-2005 u l-2006 u bejn Jannar u Ottubru 2007, sena b’sena? Kemm kienu dawk li nstabu ħatja mit-taqsima tal-Policy and Regulatory Services Directorate li kisru l-Consumer Affairs Act? Kemm, minn dawn ttieħdu passi kontra tagħhom fil-Qorti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' każijiet ta' allegat ksur tal-Consumer Affairs Act li daħlu fit-taqsima tal-Policy and Regulatory Services Directorate huwa hekk kif indikat fit-tabella aktar l-isfel. It-Taqsima pero' m'għandiex kompetenza sabiex tiddeċiedi allegat ksur taħt l-Att imsemmi. Każijiet Sena 2003 2004 2005 2006 2007( Jan-Jun) Totali 46 40 36 22 15 Magħluqa permezz ta' 12 12 16 9 3 medjazzjoni Riferuti lit-Tribunal 2 1 tal-Konsumatur Dwar il-kumplament tad-domanda nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' PQ 24804.

Moniteraġġ tal-prezzijiet

Question

Jista l-Ministru jwiegeb mistoqsijiet parlamentari 28977 u 29077 u jgħid kemm kienu, minn fejn u f’liema data ttiehdu l-kampjuni fir-rigward tal-moniteraġġ tal-prezzijiet li tnieda mid-direttorat ta’ l-enforcement tad-divizjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni? X’tip ta’ użu sar minn dan il-moniteraġġ minn naħa tal-kumitat għall-bidla ghall-ewro (NECC)? Jista' jagħti elenku tal-kampjuni għad-diversi kommoditajiet li ġew immoniterjati? Jista jghid jekk sarux surprise inspections u kemm saru? Saret xi evalwazzjoni statistika fuq id-data li nġabret u jekk saret x’kienu r-rizultati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn Frar sa Novembru ta din is-sena, matul l-ewwel gimgha ta’ kull xahar, bdew jittiehdu kampjuni bħalaparti minn eżerċizzji ta' moniteraġġ tal-prezzijiet mid-Direttorat ta l-Infurzar fuq diversi prodotti kif hawn taht imsemmi. Tnax il-Supermarket (12) li jinsabu f’dawn Il-lokolitajiet: 2 Qormi, 1 fil Mosta, 1 H’ Attard, 1 B’Kara, 1 Fgura, 1 Zejtun, 1Ta’Xbiex, I Sta Venera, 1 Bur Marrad u 2 f’ Ghawdex. Minn kull wieħed minn dawn il postijiet ingabru 228 prezz ta' prodotti total ta' 27,360. Hamsa u ghoxrin Spizerija (25) li qieghdin f’dawn il lokalitajiet: 1 B’Bugia, 1 B’Kara, 1 Bugibba, 2 Fgura, 2 Gzira, 1 Hamrun, 1 Mosta, 2 Naxxar, 1 Qawra, 1 Rabat, 1 Sliema, 1 Valletta, 1 Zabbar, 1 Zebbug, 1 Zejtun, 1 Paola, 1 Qormi, 1 San Gwann, 4 Ghawdex. Minn kull wieħed minn dawn il- postijiet ingabru erba’u tletin (34) prezz ta' prodott total ta' 8,500. Disa u ghoxrin hanut tal-Laham (29) li qieghdin f’’dawn il- lokolitijiet ta’ : 2 Sliema, 2 Valletta, 2 B’Kara, 2 Gzira, 2 Hamrun, 1 B’Bugia, 2 Rabat, 2 Zabbar, 2 Paola, 2 Qormi, 1 Mosta, 1 San Pawl il Bahar, 1 San Gwann, 1 Fgura, 6 Ghawdex, minn kull wieħed minnhom ingabru 28 prezz ta' prodott total ta' 8,120. Erba u erbghin kiosks (44) li jinsabu f’dawn il lokalitajiet: 2 Mgarr, 1 Qawra, 1 San Pawl il Bahar, 1 Cirkewwa, 2 Rabat, 4 Mellieha, 2 Msida, 2 San Giljan, 2 Hamrun, 7 Sliema, 3 Gzira, 1 M’Scala, 1 Bahar ic-Caghaq, 4 M’Xlokk, 1 Senglea, 1 Paola, 1 Attard,1 Qormi, 1 B’Kara, 6 Ghawdex. Minn kull wieħed minn dawn il-kiosks ingabru bejn wiehed u iehor 10 prezz ta' prodott differenti minn firxa ta’ 347 prodott bejnhiethom kollha. Total 1,910 . Tmenin restaurant (80) li jinsabu f’dawn il-lokalitajiet: 4 M’Xlokk, 13 San Giljan, 12 Bugibba, 7 Mellieha, 1 Mgarr, 6 Qawra, 1 Hamrun, 9 Sliema, 3 San Pawl il Bahar, 1 Attard, 1 M’Scala, 1 Xaghra, 1 Vittoriosa, 1 Paola, 1 Qormi, 1 B’Kara u 1Ta’ Xbiex, 16 Ghawdex. Minn kull wieħed minn dawn ir-restoranti ingabru bejn wiehed u iehor 10 prezz ta prodotti differenti minn xelta ta’ 646 prodotti bejnhiethom kollha. Total 6598. L-ispezzjonijiet kollha isiru minghajr ma jinghata l-ebda avviz lill-istabilimenti. Ir-riżultati ta' dan l-eżerċizzju dejjem ġew mgħoddija lill-NECC sabiex issir l-evalwazzjoni meħtieġa. L-eżerċizzju ta' moniteraġġ għadu għaddej.

Nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu (inkluż safar ministerjali) minn Jannar 2007 sal-lum separatament, xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Filwaqt li nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mgħotija ta' PQ 25578 dwar l-ispiża tas-safar fl-ewwel tlett xhur tas-sena ninfurmaħ li l-informazzjoni l-oħra għadha qed tinġabar.

Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid minn ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Filwaqt li nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' PQ 25582, l-informazzjoni għax-xhur l-oħra għadha qed tinġabar.

Uffiċjali li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk minn Jannar 2007 sal-lum fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 4 jew chairpersons li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reggħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet r-raġuni li rreżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta mgħotija tal-Mistoqsija Parlamentai nru 26105.

Impjegati 'l fuq minn 61 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum li għandhom 'l fuq minn 61 sena? Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' PQ 25680 filwaqt li ninfurmaħ li wieħed mill-uffiċjali mpjegati mal-MCA illum miet. Ninfurmaħ ukoll li messaġġier li kien impjegat full time fil-ministeru nżamm fuq bażi part-time.

Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct orders minn Jannar 2007 sal-lum mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba għadha ma nġabrietx mill-entitajiet kollha kkonċernati u r-risposta tkun tista tingħata f'seduta oħra.

Nefqa fuq petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, tal-uffiċjali biss (eskluż l-użu ġenerali) separatament minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid liema uffiċjali huma intitolati għal petrol imħallas mill-Gvern fl-istess perjodu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Dwar ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferu għat-tweġiba mogħtija f'Mistoqsija Parlamentari nru.26198. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Prepaid top up mobile cards

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top up mobile cards fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x'ċilindrata għandha l-karozza f'kull każ separtament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Karozzi mikrija għall-użu tiegħu

Question

Jista' l-Ministru jgħid, jekk ġewx mikrija/leased karozzi għal użu tiegħu bħala Ministru minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, x'tip ta' karozza inkriet/leased, kemm hi r-rata li biha nkriet/leased il-karozza kull ġurnata u għal kemm żmien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' PQ 28344.

Manutenzjoni tal-karozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-manutenzjoni tal-karozza tiegħu bħala Ministru u s-second car separatament minn Jannar 2007 sal-lum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ispiża għall-manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħi minn Jannar 2007 sa l-lum kienet dik ta' Lm1,803.46. Infurmat ukoll li ma kien hemm l-ebda spiża simili fuq is-second car tiegħi għaliex din hija karozza tal-kiri.

Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjal jew għal użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x'tip ta' karozza, l-prezz u x'ċilindrata huma?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.

Kontijiet ta' mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Delimara — Lighthouse

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-fanal tal-lighthouse l-antika ta' Delimara qed jitħalla jitmermer?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li permezz ta' ftehim milħuq bejn l-Awtorita’ Marittima u l-għaqda Din l-Art Ħelwa fis-sena 2006, il-fanal ta' Delimara ġie mgħoddi lil din l-istess għaqda sabiex jiġi restawrat. Fil-fatt, fit-2 ta’ Marzu 2006, l-Awtorita’ Marittima kienet ħabbret dan permezz ta’ konferenza stampa li kienet saret fil-post. L-iskop aħħari ta’ dan il-ftehim huwa li wara li dan il-monument storiku jiġi restawrat ikun ukoll aċċessibli għal pubbliku inġenerali. Fl-istess okkażjoni l-Awtorita’ kienet ukoll preżentat is-somma ta’ Lm13,000 sabiex tgħin lill-għaqda fix-xogħolijiet ta’ restawr li kienu meħtieġa. Arranġament simili kien sar ma’ l-istess għaqda rigward it-torri ta’ Santa Marija ġewwa Kemmuna. L-Awtorita’ hija nfurmata li x-xogħolijiet relatati mar-restawr fuq dan il-fanal huma fi stadju avvanzat u fil-jiem li ġejjin Din l-Art Ħelwa sejra tħabbar iktar dettalji dwar ix-xogħolijiet li saru f'dan ir-rigward.