Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fixed broadband — abbonati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’kemm żdiedu l-abbonati tal-fixed broadband f’pajjiżna bejn Settembru 2015 u Settembru 2016?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Skont figuri ppubblikati mill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni, l-għadd ta' abbonati tal-fixed broadband żdied bi ftit aktar minn 8,000 (b'5.1%) fi tnax-il xahar sal-aħħar ta' Settembru li għadda. In-numru ta' termini ta' infiltrazzjoni ta' dan is-servizz tela' minn 37.3% tal-popolazzjoni fl-aħħar ta' Settembru 2015 għall-38.9% fl-aħħar ta' Settembru li għadda. Dawn ix-xejriet pożittivi jkomplu jibnu fuq dak li ħdimna għalih matul l-aħħar snin. Tajjeb jingħadd li n-numru ta' abbonati bejn l-aħħar ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Settembru li għadda żdied bi 32,452 f'termini assoluti. F'dik li hija infiltrazzjoni ta' fixed broadband f'Malta - abbażi ta' popolazzjoni mqabbla ma' dak li qiegħed jiġri fuq livell Ewropew - Malta qiegħda titjieb fil-klassifikazzjoni tal-medja Ewropea. L-infiltrazzjoni tal-fixed broadband reġistrata għal Malta fl-aħħar ta' Ġunju 2016 kienet ta' 38.%, ogħla mill-medja ta' 32.7% għall-Unjoni Ewropea.

Fixed broadband — konsum

Question

Jista’ l-Ministru jagħti stampa tax-xejriet fil-konsum ta’ fixed broadband għal dak li jirrigwarda high-speed, kif definit fl-eEurope 2020, jiġifieri 30 mbps jew ogħla?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Matul l-aħħar snin rajna xejriet pożittivi f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri ta' abbonamenti fixed broadband, li jagħtu faċilità ta' download speed ta' 30Mbps jew aktar. Illum, dawn it-tip ta' prodotti huma l-iktar popolari fis-suq, b'59.4% tal-abbonati għas-servizz li jagħmlu użu minnhom. Bejn Settembru 2015 u Settembru 2016, in-numru ta' abbonati li għandhom fixed broadband ta' download speed ta' 30Mbps jew aktar żdied bi ftit aktar minn 4,000; minn total ta' 96,096 għal madwar 100.360. Sinifikanti ukoll hija ż-żieda li rajna fit-teħid ta' prodotti fixed broadband li jifilħu download speed ta' 100Mbps jew aktar. Hawnhekk, in-numru ta' abbonati ttripla u f'termini assoluti, in-numru żdied minn 2,213 fl-aħħar ta' Settembru 2015 għall-7,252, fl-aħħar ta' Settembru li għadda. Dawn ix-xejriet pożittivi qegħdin ikunu riflessi ukoll f'dak li għandu x'jaqsam mal-klassifikazzjoni ta' Malta fil-kuntest tal-Aġenda Diġital 2020. Il-perċentwali ta' abbonati Maltin b'konnessjoni ta' fixed broadband ta' download speed ta' 30Mbps jew aktar kien irraġurtat 59.4% fl-aħħar ta' Ġunju 2016, ogħla mill-medja ta' 36.9% għall-Unjoni Ewropea. Huwa mistenni li fix-xhur li ġejjin inkomplu naraw titjib ukoll f'dak li hu perċentwali ta' abbonamenti f'Malta li jifilħu download speed ta' 100Mbps jew aktar, anke meta mqabbel mal-medja tal-Unjoni Ewropea.

Telefonija mowbajl — abbonati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ abbonati tat-telefonija mowbajl f’pajjiżna fl-aħħar ta’ Settembru li għadda u jekk dawn żdiedux meta mqabbel man-numru ta’ abbonati reġistrati fl-aħħar ta’ Settembru 2015? Jekk kien hemm żieda, xi tfisser din f’termini ta’ infiltrazzjoni (penetration rate)?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Skont figuri ppubblikati mill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni, l-għadd ta' abbonati tat-telefonija mowbajl, żdied b'madwar 18,533 (bi 3.3%) fi 12-il xahar sal-aħħar ta' Settembru li għadda. F'termini ta' infiltrazzjoni ta' dan is-servizz abbażi ta' popolazzjoni, il-perċentwal żdied minn 131.1% tal-popolazzjoni fl-aħħar ta' Settembru 2015 għal 133.9% fl-aħħar ta' Settembru li għadda. Dawn ix-xejriet pożittivi jkomplu jibnu fuq dak li seħħ fis-suq tul l-aħħar ħames snin fejn, f'termini assoluti, in-numru ta' abbonati tat-telefonija tal-mowbajl bejn l-aħħar ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Settembru li għadda żdied bi kważi 45,000.

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — Persons of trust - kariga

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Persons of Trust - 15 1 Chief of Staff 1 Customer Officer 1 Communication Officer 5 Secretariat Officers 3 Secretariat Messengers 2 Secretariat Pool 1 Personal Driver/Security Officer 1 Security Officer

MCA – ħlasijiet tal-operaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) minn ħlasijiet li għamlu l-operaturi kull sena mill-2013 sal-2016?

Response (MALLIA, EMANUEL)

It-tabella t’hawn taħt tindika d-dħul ta’ kull sena mill-2013 sal-2016 li l-MCA rċeviet mingħand l-operaturi: Sena€ 20132,737,438 20142,803,872 20152,624,426 20162,863,752

Inizjattiva WiFi4EU

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir f’Malta fir-rigward tal-inizjattiva tal-Unjoni Ewropea magħrufa bħala WiFi4EU, sabiex tintroduċi l-WiFi b’xejn f’postijiet ewlenin fl-Ewropa?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Sa minn qabel ma l-Unjoni Ewropea proponiet din l-inizjattiva, l-għan tal-Gvern Malti kien li pajjiżna jkun fost l-ewwel Stati fl-Unjoni Ewropea fejn iċ-ċittadini jkollhom aċċess estensiv għall-Internet permezz ta’ WiFi b’xejn. Din il-mira ntlaħqet permezz tal-ħidma diretta tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (l-MCA),b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra, sabiex i¿żid in-numru ta’ WiFi hotspots b’xejn madwar Malta u Għawdex. Sal-lum, l-MCA tħaddem aktar minn 300 hotspot. u Aktar minn 6000 persuna taċċessa l-Wifi b’xejn kuljum, u matul l-2016, kien hemm iktar minn 2 milljuni u nofs li għamlu użu minn dawn il-hotspots. Barraminnhekk, matul dawn l-aħħar tnax-il xahar ġew introdotti numru konsiderevoli ta’ WiFi hotspots ġodda madwar Malta u Għawdex; fuq il-vapur tal-Gozo Channel,fl-isptar Mater Dei u ġewwa numru ta’ Entitajiet pubbliċi. Dan jagħmel lil Malta wieħed mill-aktar stati konnessi ġewwa l-Ewropa. L-MCA għandha l-mandat li tkompli żżid il-firxa ta’ dawn il-hotspots u li ssaħħaħ il-kwalità tas-servizz. Il-mira hi li Malta tilħaq l-400 hotspot sal-aħħar ta’ din is-sena.

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kien in-numru totali ta’ impjegati fid-dekasteru tiegħu kull sena mill-2012 sal-2016?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il- Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi ġie kkostitwit fid- 29 ta’ April 2016, allura ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni relatata ma numru totali ta’ impjegati fid-dekasteru tiegħi mid-data li gie kkostitwit il-Ministeru huma kif gej:- Dept/Entita Numru ta’ Impjegati Sena 2016 MITA 313 MCA 71 MMA 4 MGA 155 MALTA FREEPORT 83 MCDMS 37 GAMING MALTA 2

Malta Freeport Corporation Ltd – International Logistics Hub

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Malta Freeport Corporation Ltd fl-International Logistics Hub li hemm ippjanat li ser isir f’Ħal Far?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Preżentement qed issir ħidma sabiex tiġi emmendata i-Liġi li tirregola il-Port Ħieles sabiex il-Malta Freeport Corporation Ltd, fost l-oħrajn, tkun responsabbli bhala regolatur tal-Free Zones kollha li jistgħu jiġu dikjarati f’Malta u f’Għawdex.

Freeport – falliment ta’ kumpanija — effett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’effett seta’ kellu l-falliment tal-linja Hanjin Shipping fuq l-operat tal-Freeport li kien iddikjarat fl-2016?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-effett fuq il-Kumpanija li topera il-Freeport, Malta Freeport Terminals Limited kien wieħed konsiderevoli iżda qed issir ħidma kontinwa sabiex ix-xogħol li ntilef jġi sostitwit adeġwatament

Malta Freeport – kontrolli fuq sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qegħdin isiru kontrolli fuq is-sigurtà fil-Malta Freeport?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Freeport huwa post sigur kif huwa rekwizit mill-ligijiet u obbligi lokali u internazzjonali li port irid li jkollu. Gewwa l-freeport tinzamm sigurta fuq diversi kriterji .Jittiehdu mizuri ta` sigurta fuq l-accessi kif ukoll inhaddnu permessi ikkontrollati tal-persuni jew crew biex ikunu jistghu jidhlu u johorgu, nwettqu kontroll fuq il-kontejners sabiex nizguraw illi jkunu mdahhla jew mahruga bil-permessi neccessarji , nghassu l-post b’kameras tas-sigurta kif ukoll nwettqu tfittxijiet fuq vetturi/trakkijiet (inkluz persuni) illi jkunu dehlin jew hergin. Il-post huwa wkoll mghammar b’portali ta’ qari ta radjazzjoni minhabba s-sahha pubblika u bi scanner tal-kontejners li huma taht il-kontroll tad-Dwana.

Perikli tal-internet – gruppi tas-soċjetà vulnerabbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jagħmel il-Gvern sabiex il-gruppi tas-soċjetà li huma meqjusin bħala vulnerabbli, b’mod partikulari t-tfal, ikollhom il-ħiliet neċessarji sabiex ma jaqgħux vittma tal-perikli li jġib miegħu l-Internet?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-Awtorita ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (l-MCA) qed twettaq proġett bit-titlu BeSmartOnline!, sabiex titqajjem kuxjenza fis-soċjetà, u qed isiru diversi inizjattivi edukattivi sabiex it-tfal ikollhom l-għodda neċessarja sabiex jkunu jistgħu jibbenikaw mit-teknoloġija b'mod sigur. L-importanza li l-Gvern qed jagħti lil dan il-qasam huwa evidenti mill-fatt li hemm diversi entitajiet li qed jikkontribwixxu għal dan dan l-għan, fosthom l-Aġenzija Appoġġ, l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Tfal, u d-Direttorat għall-iStandards u Kwalita' fl-Edukazzjoni, b'kollaborazzjoni kontinwa mal-Pulizija u entitajiet internazzjonali - anke privati - li joperaw fil-qasam tal-medja soċjali. F'dan il-proġett qed jiġu investiti ‘l fuq minn €530,000 fuq medda ta' 30 xahar. 50% minnhom huma ko-finanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Dan ħa jkun qed joffri sessjonijiet ta' tagħlim b’xejn lil kull tifel u tifla f'Malta u Għawdex permezz ta' lezzjonijiet u riżorsi li qed jiġu żviluppati. Se jsiru wkoll numru ta' kampanji sabiex tintlaħaq firxa wiesgħa ta' nies. Barraminnhekk, din it-tnedija qed joffri s-servizz ta' supportline permezz tal-linja 179 kif ukoll Hotline li permezz tiegħu nies li jiltaqgħu ma’ kontenut illegali, b'mod partikolari ma’ abbuż ta' minuri, ikunu jistgħu jirraportawh.

Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea – prezzijiet ta’ mobile roaming

Question

Jista’ l-Ministru jispjega l-ħidma li qed issir fi ħdan il-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea sabiex jintemmu l-prezzijiet għoljin tal-mobile roaming kif kien imwiegħed is-sena li għaddiet? Jista’ jispjega jekk dan l-iżvilupp hux se jkollu impatt negattiv fuq l-operaturi Maltin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

It-tariffi għoljin marbutin mal-użu tas-servizzi tal-mowbajl meta l-abbonat ikun qiegħed jivvjaġġa f’pajjiżi Ewropej ilhom ostaklu għal diversi snin. Riżultat ta’ dan, l-abbonati dejjem qagħdu lura milli jagħmlu telefonati waqt li jkunu msifrin, u fi żminijiet aktar riċenti, milli jużaw l-Internet fuq il-mowbajl . Ir-roaming like at home kien ilu li ġie mwiegħed mill-Kunsill Ewropew, mill-Parlament Ewropew, u mill-Kummisjoni Ewropea. B’hekk, inħoloq ċerta livell ta’ antiċipazzjoni fost iċ-ċittadini Ewropej. Il-Kummisjoni Ewropea lestiet ir-Regoli dwar l-użu tar-roaming like at home meta l-abbonat ikun f’pajjiż Ewropej ieħor, filwaqt li l-Kunsill Ewropew u l-Parlament Ewropew ingħataw ir-responsabbiltà li jilħqu ftehim fuq kif isiru l-ħlasijiet bejn l-operaturi nnifishom - iġifieri bejn l-operatur lokali minn fejn l-utent xtara s-servizz tiegħu, u l-operatur barrani ta’ fejn l-utent qiegħed jivvjaġġa. Peress li kull pajjiż u f’dan il-każ, kull operatur, huwa soġġett għal ċirkostanzi differenti, ix-xogħol tal-Presidenza Maltija u tal-Parlament Ewropew ma kienx faċli. Kien hemm ħidma sħiħa sabiex jintlaħaq ftehim sabiex dan l-iżvilupp: 1) Irendi l-aħjar riżultat għaċ-ċittadini Ewropej; 2) Jiżgura li l-operaturi lokali minn fejn l-utent xtara s-servizz tiegħu jkun jista’ jopera b’mod sostenibbli; u 3) Jiżgura wkoll li l-operatur barrani ta’ fejn l-utent ikun qiegħed jivvjaġġa jkun jista’ jirkupra l-ispejjeż u jkompli jinvesti fin-netwerk tiegħu. Peress li l-benefiċċji tar-roaming like at home fl-Ewropa huma kbar ghall-utenti – kemm jekk huma studenti, negozjanti, u turisti – l-użu ta’ dawn is-servizzi għandu jikber fis-snin li ġejjin. Permezz ta’ dan it-tkabbir, għandu jiġi żgurat li l-operaturi kollha – inkluż dawk Maltin – għandhom jibbenefikaw minn din il-miżura. Il-Kummisjoni Ewropea hi marbuta li tkompli ssegwi l-iżviluppi f’dan il-qasam u li, jekk ikun hemm bzonn, tagħmel proposti aġġornati fis-snin li ġejjin skont kif jevolvi s-suq u l-użu ta’ dawn is-servizzi.

MCA – ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) kemm u x’tip ta’ ilmenti rċeviet mill-konsumaturi fl-2016 ? L-Awtorità kemm damet biex tindirizza dawn l-ilmenti?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Matul l-2016 l-MCA rċiviet 246 ilment. Qabel tibda l-investigazzjoni tagħha, l-Awtorità tassigura li l-ilmenti jkunu tressqu quddiem l-operatur ikkonċernat iżda ma jkunux ġew riżolti għas-sodisfazzjon tal-klijent. Qiegħed nipprovdi żewg tabelli li jagħtu tagħrif statistiku dwar it-tip ta’ lmenti li rċiviet l-Awtorità (‘Tabella 1’) u n-numru ta’ ġranet li ħadet l- Awtorità sabiex tagħlaq dawn l-ilmenti (‘Tabella 2’). 87% tal-ilmenti ġew investigati u magħluqa f’inqas minn għaxart ijiem tax-xogħol. It-tip ta’ azzjoni li l-MCA ħadet biex tindirizza dawn l-ilmenti tvarja skont is-setgħat legali mogħtija lilha. Infatti l-Awtorità rċeviet numru kbir ta’ każijiet fejn ma setgħatx tintervjeni u b’hekk, iggwidat lill-konsumaturi lejn l-entità responsabbli. Minbarra dawn l-ilmenti, l-Awtorità rċeviet ukoll 531 talba għall-informazzjoni rigward servizzi ta’ komunikazzjoni. Tabella 1 – Tip ta’ ilment Kwalità tas-servizz 64 Kontijiet, ħlasijiet, tariffi 84 Kuntrattwali 31 Terminazzjoni tas-servizz u bdil ta’ servizz minn operatur għal ieħor 43 Kumpens 8 Prattiċi kummerċjali inġusti 7 Oħrajn 9 Total 246 Tabella 2 – Żmien meħud biex jiġu indirizzati l-ilmenti Numru ta' ġimgħat Inqas minn ġimagħtejn 214 Bejn ġimagħtejn u erba’ ġimgħat 31 Iktar minn erba’ ġimgħat 1 Total 246

Coverage tat-teknoloġija mobbli ta’ 4G networks

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar żviluppi fil-coverage tat-teknoloġija mobbli tal-4G networks f’Malta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-aħħar statistika miġbura mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Kommunikazzjoni (MCA) turi li bħalissa f’Malta hawn żewġ operaturi li joffru 4G high-speed networks, u li l-coverage tagħhom huwa ta’ kwazi 100%. Din il-figura żdiedet minn coverage ta’ 72% f’ Ġunju 2015 u ta’ 67% f’Ġunju 2014.

Broadband Internet — speed

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hawn abbonamenti għall-Broadband Internet u dwar liema speeds qed jinxtraw?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-MCA tiġbor statistika separata dwar mobile broadband- iġifieri, broadband Internet relatat ma’ smartphones, tablets, u ekwipaġġ simili - u dwar fixed broadband - iġifieri broadband internet li huwa pprovdut fid-djar, uffiċċji, u bini ieħor. L-aħħar statistika dwar il- mobile broadband turi li Malta baqgħet tikber fit- take-up, li f’ Ġunju 2016 (l-aħħar pożizzjoni li hemm s’issa) kien ta 65.9%. Sentejn ilu (Ġunju 2014), din il- figura kienet ta’ 50.3%. Dan juri l-iżvilupp li sar f’dan il-qasam. Fil- fixed broadband , it- take-up dejjem baqa’ jikber u matul dawn l-aħħar snin, saru wkoll żviluppi kbar mill-operaturi sabiex itejbu t-teknoloġija billi joffru kwalità aħjar u speeds iktar għoljin lill-klijenti tagħhom. L-istatistika ppublikata mill-MCA turi b’mod ċar il-bidliet li saru matul dawn l-aħħar snin u ż-żieda fl-abbonamenti, . L-istatistika tindika wkoll li n-nies jimxu minn speeds baxxi għal speeds iżjed għoljin, kif jidher ċar fit-tabella t’ hawn taħt: Ġunju 2012 Ġunju 2013 Ġunju 2014 Ġunju 2015 Ġunju 2016 Total number of subscribers 132,921 140,711 148,175 158,869 168,008 % of subscribers for the various speeds less than 5Mbps 35.82% 9.00% 7.05% 4.61% 0.78% greater than or equal to 5Mbps but less than 10Mbps 12.73% 9.10% 1.28% 0.39% 0.42% greater than or equal to 10Mbps but less than 20Mbps 38.25% 63.95% 39.81% 35.32% 35.53% greater than or equal to 20Mbps but less than 30Mbps 11.61% 6.12% 4.21% 2.72% 3.84% greater than or equal to 30Mbps but less than 50Mbps 0.01% 9.43% 43.86% 52.25% 22.54% greater than or equal to 50Mbps but less than 100Mbps 0.94% 1.73% 3.11% 3.68% 32.65% 100Mbps and more 0.64% 0.68% 0.69% 1.04% 4.24% Dawn il-figuri juru l-iżviluppi li saru u t-tkabbir kontinwu fl-abbonamenti ta’ dan is-servizz. Pereżempju f’Ġunju tal-2012, ninnotaw li l-maġġoranza tal-klijenti kienu reġistrati fuq speeds li jaqgħu taħt 20Mbps. F’Ġunju tal-2013, il-maġġoranza tan-nies kienu reġistrati fuq speeds bejn 10Mbps u 20Mbps, filwaqt li bdew jonqsu l-perċentwali tal-i speeds li huma inqas minn 10Mbps. Fis-snin ta’ wara, il-klijenti komplew ifittxu speeds iżjed għoljin, u l-aħħar statistika ta’ Ġunju 2016 turi li l-abbonati kważi kollha qegħdin jabbonaw għal speeds li huma iktar minn 10Mbps, bil-maġġoranza ‘il fuq minn 50Mbps. L-istess statistika turi li minkejja li l-perċentwali tal-abbonati għal speeds ta’ iktar minn 100Mbps huwa baxx, kien hemm żieda fit- take-up minn Ġunju tal-2012 għal-lum, li żdied minn inqas minn 1% għal kważi 4.3% .

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — Konsulenti - remunerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ konsulenti ngaġġati mill-2014 ‘l hawn u x’kienet ir-remunerazzjoni tagħhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — Spejjeż ta’ mobile phones u fuel għall-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż saru minn uffiċjali fil-ministeru tiegħu ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu matul ix-xhur minn April 2013 sa Diċembru 2016?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il- Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi ġie kkostitwit fid- 29 ta’ April 2016, allura ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni relatata ma din id-domanda hija bejn id-data min meta gie kkostitwit Il- Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima sa Dicembru 2016. L-ispejjeż li saru minn uffiċjali fis-segretarjat ta’ l-imsemmi Ministeru huma kif gej:- Mobile phones - € 3,724.30 Fuel - €2,420.00

MCA – tibdil fic-channel line ups

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni qiegħda tassigura li l-konformità volontarja li ġiet milħuqa bejn l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur u ż-żewġ operaturi, l-Go u l-Melita, fis-7 ta’ Settembru 2011 qed tiġi segwita? Jista’ jgħid jekk l-Awtorità hijiex qed issegwi t-tibdil li jkun hemm fiċ-channel line ups minn dawn l-operaturi u kif dan qed isir? Jista’ jgħid, sena b’sena, minn mindu sar dan il-ftehim, kemm tneħħew stazzjonijiet minn dawn iż-żewġ operaturi miċ-channel line ups? Tista’ tgħid jekk l-Awtorità hiex qed tinforma l-konsumaturi b’dan it-tibdil fiċ-channel line ups taż-żewġ operaturi? Jekk dan mhux qed isir, jista’ jgħid għaliex?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) ma kenitx involuta f'xi forma ta' ftehim li sar bejn l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) u żewġ operaturi, GO u Melita fis-7 ta' Settembru 2011? Għalhekk l-MCA m'għandha (jew kellha) l-ebda rwol li ssegwi t-tibdil fiċ-channel line ups riżultanti mill-ftehim indikat.

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi – xogħlijiet li saru minn Destination Management Companies

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ xogħlijiet li tqabbdu biex jagħmlu Destination Management Companies (jew operaturi simili) mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu? Għal kull biċċa xogħol, jista’ jgħid meta tqabbdu, fiex kien jikkonsisti x-xogħol, kemm sewa u jekk tqabbdux wara proċess kompetittiv jew b’direct order?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — Segretarjat Privat – Safar

Question

Jista’ l-Ministru jindika, għal kull membru tas-Segretarjat tiegħu, l-ispejjeż ta’ vvjaġġar, id-destinazzjonijiet u r-raġunijiet għal tali vvjaġġar mill-2014 ‘l hawn?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispejjeż ta’ vjaġġar , d-destinazzjonijiet u r-raġunijiet għal tali vjaġġar, għal membri tas-Segretarjat tiegħi, huma elenkatasti fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.