Forzi Armati ta’ Malta – membri mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Forzi Armati ta’ Malta mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna (First Aid) f’każ ta’ inċident lil terzi persuni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li hemm 737 membru li huma mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna (First Aid) f’każ ta’ inċident lil terzi persuni.
Servizz ta’ Detenzjoni – membri mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tas-Servizzi ta’ Detenzjoni mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna (First Aid) f’każ ta’ inċident lil terzi persuni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li hemm 25 persuna li huma mħarrġa biex jgħatu l-ewwel għajnuna lil terzi f’każ ta’ inċident. Qed isiru arranġamenti biex jitħarrġu aktar impjegati fix-xhur li ġejjin.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – gwardjani u uffiċjali mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm gwardjani u uffiċjali fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna (First Aid) f’każ ta’ inċident lil terzi persuni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li hemm 116 uffiċjal li huma mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna (First Aid) f’każ ta’ inċident lil terzi persuni. L-policy li qed titħaddem hija li r-reklutti ġodda kollha jingħataw dan it-taħriġ waqt it-taħriġ inizjali tagħhom. Sadanittant ser jiġu organizzati korsijiet oħra għal dawk l-uffiċjali li qed jaħdmu bħala uffiċjali korrettivi u li għad m’għandhomx dan it-taħriġ.
Mellieħa – Toroq il-Marlozz u d-Denċi – xogħlijiet ta’ kostruzzjoni – saħħa u sigurtà
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-Pulizija tieħu l-passi kollha li tagħtihom il-liġi sabiex jaraw li dawk responsabbli mis-siti ta’ kostruzzjoni li għaddejjin bħalissa fit-toroq il-Marlozz u d-Denċi fil-Mellieħa (inkluż rimi ta’ terrapien) ikunu qed jirrispettaw is-saħħa u s-sigurtà kemm tar-residenti li jgħixu hemm kif ukoll tal-persuni li jgħaddu minn din iż-żona?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Pulizija tad-Distrett marret fil-lokalità msemmija. Jirriżulta li fl-inħawi msemmijja hemm żewġ siti fejn hemm kostruzzjoni u waqt li ma jidhirx li hemm xi ksur tal-liġi, ġie nnutat illi kien hemm xi terrapien fi Triq id-Denci. Sid il-kostruzzjoni ġie mitkellem mill-Pulzija u dan ikkonferma li ser ineħħi l-imsemmi terrapien b’effett immedjat, biex jitneħħa xi nkonvenjent li seta’ kien hemm għall-pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-Bord tal-Pulizija fl-2013 u fl-2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor' Interpellant illi ninsab infurmat li l-membri tal-Bord kienu;
Chairperson
L-Imħallef Franco Depasquale KCSG, BA, LL.D.
Membri
Dott. Deandra Schembri L.L.D
Dott. David Farrugia Sacco B.A. (Leg. & Hum.), M.A. (Fin. Serv.), LL.D
Is-Sur Victor Gruppetta
Membru u Segretarju
Inġ. Keith Chetcuti
Forzi Armati ta’ Malta – responsability allowances
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min, fil-Forzi Armati ta' Malta, hu intitolat għall-ħlas ta' responsibility allowance u kemm hi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li r-responsibility allowance qed tingħata lill-Kmandant, Deputat Kmandant, Kulunelli u Logutenenti Kulunelli. Din hija daqs ir-responsibility allowance applikata fejn meħtieġ għad-Diretturi u Diretturi Ġenerali fis-Servizz Pubbliku.
Forzi Armati ta’ Malta — LT Colonels, Colonels, Deputy Commander u Commander – pakketti finanzjarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju għal-Lt Colonels, Colonels, Deputy Commander u Commander tal-Forzi Armati ta’ Malta, wara d-deċiżjoni meħuda ftit jiem ilu biex dawn jingħataw żidiet fl-allowances imħallsin lilhom? Liema huma l-allowances ġodda li se jingħataw?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-pakkett finanzjarju tal-Lt Colonels, Colonels, Deputy Commander u Commander hu marbut ma’ dawk illi qed jokkupaw karigi ta’ headship fis-servizz pubbliku u cioe, ma’ skala ta’ salarju 2, 3 u 4. Dawn ir-ranks diġa kellhom l-iskala tas-salarju iżda mhux il-benefiċċji li diġa jgawdu Diretturi Ġenerali u Diretturi fis-servizz pubbliku.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31498 relatata mal-preżenza tal-Pulizija waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal mill-Iskola Primarja tan-Naxxar, fejn fl-istess risposta intqal li l-preżenza tal-pulizija kienet dejjem hemm, jista' l-Ministru jara li min tah din l-informazzjoni ikun qed jagħtih il-verità tal-fatti u dan peress li kif ġara fl-aħħar xhur, matul l-aħħar ġimagħtejn minn tal-inqas żewġ okkażjonijiet il-pulizija reġgħu kien assenti fost ir-rabja u d-diżappunt tal-ġenituri tal-istess studenti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li, kif diġa kelli l-opportunita` nirrispondi, mill-verifiki li saru mal-uffiċċjali responsabbli mid-duties tan-Naxxar, ġie mill-ġdid ikkonfermat illi fil-ħin tad-dħul u l-ħruġ mill-Iskola Primarja tan-Naxxar, dejjem ikun hemm uffiċċjal tal-pulizija iddettaljat inkluż matul l-aħħar ġimgħat. Iktar verifiki jistgħu jsiru jekk l-Onorevoli Interpellant jindika il-ġranet fejn l-allegat nuqqas ta’ Pulizija ħdejn l-iskola kien irrapurtat. Nerġa’ ninforma lill-Onororevoli Interpellant illi l-Att dwar il-Kunsilli Lokali (Kap 363) jesiġi, illi l-Kunsilli Lokali għandhom jipprovdu għall-ħarsien tat-tfal tal-iskola qrib l-iskejjel.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet ta’ telephone tapping awtorizzati? Min awtorizza dawn l-istess tappings? Għal liema raġuni ntużaw dawn it-tappings matul l-aħħar 24 xahar? X’inhi l-proċedura li qed tiġi applikata biex jiġu awtorizzati tali tappings?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, dan is-suġġett ikun jista’ jiġi diskuss waqt il-Kumitat ta’ Sigurtà. Il-proċedura hija dik illi tinsab f’Kapitlu 391 tal-liġijiet ta’ Malta.
Pulizija – kwalifiki u kundizzjonijiet għal dħul fil-Korp
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi tnaqqis f’dawk li huma r-requirements ta’ kwalifiki, tul jew xi kundizzjonijiet oħra normalment marbuta ma’ dħul ta’ persuni biex isegwu taħriġ biex ikunu jistgħu jaħdmu ta’ pulizija? X’wassal għal dan it-tibdil, jekk inhu l-każ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li, l-kwalifiki akkademiċi baqgħu l-istess, iġifieri bħall-aħħar sejħa li kienet saret is-sena l-oħra, għall-postijiet ta' kuntistabbli (Gazzetta tal-Gvern 19,536 datata 16 ta' Frar 2016). It-tul iżda ġie imnaqqas b'centimetru mill-aħħar sejħa, għall-irġiel, minn 1.68m għal 1.67m u għan-nisa minn 1.58m għal 1.57m.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Direct orders lil kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jelenka d-direct orders li ngħataw wara l-2013 minn kull dipartiment li għalih iwieġeb hu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Meta ngħataw u kemm kull wieħed?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li d-direct orders li ngħataw lill-kumpanija indikata kienu dawn:
1. Tibdil u Installar mill-ġdid ta’
Network
ġewwa l-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin u ċ-Ċentru li jilqa’ liż-zgħażagħ sabiex tkun tista’ ssir sorveljanza aħjar taż-żewġ postijiet fejn jinżammu dawk il-persuni li jkunu qed jiskontaw sentenza. Din għadu għaddej ix-xogħol fuqha u ser tiġi tiswa €880,000 (VAT eskluż) u l-approvazzjoni finali għal dan ix-xogħol ingħatat fl-14 ta’ Diċembru 2016.
2. Provvista u installazzjoni ta’ tagħmir għall-interrogazzjoni fi tmien (8) għases tal-Pulizija li l-valur tagħha jammonta għall-€35,623.55 (VAT inkluż) u l-approvazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi ngħatat fit-28 ta’ Novembru 2016.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-oġġetti kollha li jinbiegħu mill-ħanut ġewwa l-ħabs minn fejn il-priġunieri jistgħu jixtru l-bżonnijiet tagħhom, flimkien mal-prezz li bih jinbiegħ kull oġġett?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni kollha mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn numru ta’ suldati li qed jistennew biex jingħatalhom żarbun ġdid (boots), ilhom ġimgħat u xhur jistennew bil-konsegwenza li qed ikollhom jilbsu żarbun personali fuq l-uniformi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li riċentament ħarġet tender sabiex jinxtara lot żraben ġodda għall-membri kollha. Din it-tender ġiet konkluża u ser tibda l-fażi ta’ implimentazzjoni.
Fil-frattemp il-Branka tal-Loġistika ħasbet sabiex sakemm għalqet din it-tender u sakemm jaslu dawn iż-żraben il-ġodda, jinxtraw numru adekwat ta’ żraben oħra, f’ammonti żgħar, sabiex ifornu lil min kellu bżonn u dan, dejjem skont il-regolamenti finanzjarji.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32018 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irraportati fis-sena 2014, 2015, u 2016, sena b’sena? Jista’ jgħid kemm minnhom ġew solvuti sal-punt li tressaq xi ħadd il-Qorti akkużat b'tali serq?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar
Għasses tal-Pulizija — rapporti dwar ħażna illegali ta' splussiv u materjal tal-logħob tan-nar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32104 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-għasses tal-Pulizija li rċevew rapporti dwar ħażna llegali ta' splussiv u materjal ieħor li jintuża fil-logħob tan-nar, sena b'sena, fil-perjodu bejn l-2008 u l-2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi l-għasses tal-Pulizija li rċevew rapporti huwa kif ġej;
2008
2009
2010
2011
2012
2013
2104
2015
2016
Qormi Police Station
2
1
1
nil
2
2
1
nil
nil
Paola Police Station
1
nil
nil
nil
nil
nil
nil
nil
nil
Zejtun Police Station
nil
nil
nil
nil
nil
nil
nil
nil
1
Victoria Gozo Police Station
nil
nil
nil
nil
nil
nil
nil
3
nil
Total:
3
1
1
nil
2
2
1
3
1