Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward jekk kienx hemm applikazzjoni biex isir lift fil-komun? Jista’ l-Ministru jgħid jekk kien hemm applikazzjoni fejn waslet u kif għadu ma sar xejn?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi minnu ngħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32230 u jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Villa Messina fis-snin 2013 (minn 11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015 u 2016 separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32231 u jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Roseville fis-snin 2013 (minn 11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015 u 2016 separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Awtorità tad-Djar – sussidju tal-kera – każ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mill-Awtorità tad-Djar rigward każ ta’ sussidju tal-kera mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu ngħata l-attenzjoni meħtieġa.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — ingaġġ ta' persuni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni (mhux persons of trusts jew persuni f'positions of trust) f'Dipartimenti u kumpanniji parastatali li jaqgħu taħt it-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 'il hawn maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u anki bir-rwol li ddaħħlu fih?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li kienet applikat għall-benefiċċju soċjali imma għadha mingħajr risposta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ imsemmi minnu ngħata l-attenzjoni meħtieġa.
Persuni li applikaw biex jingħataw l-għajnuna soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni applikaw sabiex jingħataw għajnuna soċjali tul is-sena 2016? Jista’ wkoll jindika kemm persuni ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju fl-istess perjodu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ persuni li applikaw għal Għajnuna Soċjali fis-sena 2016 kien ta’ 2,796 filwaqt li n-numru ta’ dawk li ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju tul l-istess sena kien ta’ 4,633.
Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Casa Francesco fis-snin 2015 u 2016 separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Casa Arkati fis-snin 2013 (minn 11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015 u 2016 separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Villa San Lawrenz, G·awdex – sodod mixtrija mil-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Villa San Lawrenz Għawdex fis-snin 2013 (minn 11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015 u 2016 separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Jasmine Nursing Home fis-snin 2013 (minn 11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015 u 2016 separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern fis-Central Home fis-snin 2013 (minn 11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015 u 2016 separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32229 u jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Casa San Paolo fis-sena 2015 u fis-sena 2016 separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.