San Pawl il-Baħar – Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – tiswijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub fil-mistoqsija parlamentari 24743 u dan b’referenza għat-toroq kollha li hemm imsemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24538, għaliex hu diffiċli ferm li tnaqqas minn dik il-lista li ġiet mogħtija lili, peress li prattikament kull waħda mix-xogħlijiet indikati għandha problema għal dak li jikkonċerna r-reinstatement tal-istess area fejn sar ix-xogħol?
Response (MIZZI, KONRAD)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24743 (erbgħa u għoxrin elf, seba’ mija, tlieta u erbgħin), ninfurmah li min naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ser jerġgħu jsiru spezzjonijiet biex jiġu identifikati x’tip ta’ problemi hemm. Minħabba li l-lista hija mdaqqsa, ser jittieħed ammont ta’ żmien biex isiru l-ispezzjonijiet.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24727, jista’ l-Ministru jgħid:
a. Meta (f’liema sena) ġie appuntat kull konsulent;
b. F’liema speċjalità ġie appuntat; u
c. Liema minnhom kienu konsulenti appuntati biex jieħdu post konsulenti li rtiraw jew telqu mis-servizz u liema fil-fatt kienu żieda?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-lista ta’ 48 konsulent mediku gdid li gew appuntati mill-2013 li l’hawn. Waqt illi 4 minn dawn il-konsulenti nhatru biex jiehdu post konsulent li kien irtira, 1-44 posts l-ohra huma godda.
Sptar Mater Dei – rapport annwali tal-operazzjonijiet
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24726, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei għas-sena 2015? Jista’ jpoġġi r-rapport sħiħ u mhux in-numru totali tal-operazzjonijiet biss?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 24726.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24724, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru eżatt ta’ operazzjonijiet tal-Hip Replacement li saru fl-2014 u dawk li saru fl-2015? Kemm minn dawn l-operazzjonijiet kienu revision?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru tal-operazzjonijiet tal-Hip Replacement ghas-sena 2015 kien ta’ 178 operazzjoni, li hija zieda ta' 20% fuq l-2012.
Jista’ l-Ministru, jindaga l-kaġun tal-problema għal dawk ir-residenti li joqogħdu fl-inħawi tal-Għargħur u Birkirkara peress li qed jilmentaw li s-solar panels mhux iservuhom kif suppost u jingħadd li hi problema min-naħa tal-Enemalta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta plc għandha bżonn tagħrif aktar speċifiku dwar il-klijenti li għamlu dawn l-ilmenti sabiex tkun tista’ tqis kull każ u toffri l-għajnuna meħtieġa lil dawn il-klijenti. Dawn jistgħu jikkuntattjaw lit-tim tal-Customer Care fuq 80072224 (24 siegħa kuljum).
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-bdiewa jibdew jużaw l-ilma li ser jiġi msoffi mid-drenaġġ? F'kemm-il fażi hu mistenni li jiġi maqsum il-pjan kollu biex permezz tiegħu l-bdiewa jkunu jistgħu jibdew jużaw dan l-ilma kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex? Liema huma l-lokalitajiet li mistenni jużaw dan l-ilma, u meta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-ilma msoffi mid-drenaġġ huwa ppjanat li jkun disponibbli fix-xhur li ġejjin.
Il-pjan huwa maqsum f’żewġ fażijiet. L-ewwel fażi meta l-ilma jkun disponibbli minn punti ta’ aċċess fejn bowsers ikunu jistgħu jimlew l-ilma biex jitqassam. Fit-tieni fazi, se ssir sistema ta’ distribuzzjoni tal-ilma sabiex dan il-prodott jkun imwassal aktar qrib il-bdiewa. Ix-xogħol fuq is-sistema tad-distribuzzjoni mistenni jibda s-sena d-dieħla.
Il-lokalitajiet li se jkunu servuti huma dawn:
Impjant ta’ Ras il-Ħobż, Għawdex – Partijiet minn Għajnsielem, mix-Xewkija, minn Kerċem, minn Sta Luċija u mill-Għarb.
Impjant taċ-Ċumnija – Partijiet mill-Mellieħa, mill-Manikata u mill-Imġarr.
Impjant ta’ Barkat – Partijiet mix-Xgħajra, minn Ħaż-Żabbar, minn M’Scala u miż-Żejtun.
San Pawl il-Baħar – Triq ta’ San Martin – tqegħid ta’ main tal-ilma
Question
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24634, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema tip ta' ilma hu mistenni li jitwassal permezz tal-main li hemm referenza għalih fl-istess risposta? Minn fejn u sa fejn ser ikun qed jitwassal dan l-istess ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tippjana li tqiegħed main tal-ilma potabbli. Dan il-main se jitwassal minn Triq San Martin sa Triq San Pawl il-Baħar, u minn Triq Għajn Stas sa Triq Għajn Tuffieħa.
Formularju tal-mediċini — lista ta' mediċini li tneħħew
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24007 u 19029 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' mediċini li tneħħew mill-formolarju tal-mediċini mill-2013 sakemm titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jindika b'mod ċar kull mediċina għal liema kundizzjoni tintuża?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, peress li l-formularju tal-gvern kien fih numru ta’ medicini antikwati, qed isir process biex in-numru ta’ medicini li ma ghadhomx jintuzaw jigu mibdula b’medicini ohra. F’dan il-perjodu l-medicini li tnehhew minn fuq il-formularju minghajr ma’ giet provduta alternattiva huma:
Drug Name :
Reason for deletion :
Hydrocortisone + Fusidic acid Cream
Known Potential driver for development of MRSA
Thyrotrophin-releasing hormone (TRH) Injections
No source of supply
Ketoconazole Tablets
Safety Issues
Amphotericin Lozenges
Production Discontinued
Benzoyl Peroxide Gel & Cream
Consumption Nil
Phenol in Glycerol w/w Injections
Production Discontinued
Tretinoin Gel
Consumption Nil
Calcium Hydroxide Powder
Consumption Nil
Fuller’s Earth Powder
Not Available Internationally
Iodine Weak Solution
Not Available Internationally
Potash Aluminium (Aluminium Potassium Sulphate) 10% w/v Sterile Solution for Injection
Consumption Nil
Tannic Acid Powder
Consumption Nil
Guanethidine Injection
Consumption Nil
Dan it-tibdil ikun sar wara diskussjoni mal-esperti klinici involuti.
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 23243 u 24008, jista’ l-Ministru jgħid il-Gvern, meta għandu pjan li jippubblika t-tieni National Cancer Strategy?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija 24008.
Sptar Mater Dei – pazjenti li ġew discharged u re-admitted ftit ġranet wara
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 23242 u 24009, jista’ l-Ministru jgħid minn Jannar 2015 sa Jannar 2016 (xahar b’xahar) in-numru (mhux persentaġġi) ta’ pazjenti li ġew discharged mill-Isptar Mater Dei biex reġgħu daħlu wara inqas minn ħamest ijiem?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija 24009.
Sports and Exercise Medicine Clinic — Allied Health Professionals u sejħa għal tobba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm sejħa għal tobba u Allied Health Professionals biex jaħdmu fl-Isports and Exercise Medicine Clinic kif imħabbar fil-Memo PHCD 10/2016?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-klinika ta’ l-‘Sports and Exercise Medicine’ hija estensjoni tas-servizzi ortopedici mill-Isptar Mater Dei. Inkonformita’ mal-politika tal-gvern li fejn hu possibli, jaghti servizzi fil-komunita, s-servizz tal- ‘Sports and Exercise Medicine Clinic’ ser ikun qieghed jinghata mic-centri tas-sahha. L-klinika ser tkun immexxija mill-Konsulent fl-Ortopedija li gie mahtur f’Awwisu tas-sena l-ohra.
San Pawl il-Baħar – Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — tiswijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24538, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt sarux spezzjonijiet fuq dawn l-istess xogħlijiet minn meta saru sal-lum, għaliex tali sezzjonijiet żgur juru li bosta minnhom iridu jiġu rranġati?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jgħaddili l-lista tat-toroq fejn ix-xogħlijiet li saru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma sarux kif suppost, ħalli tkun tista’ ssir l-investigazzjoni neċessarja
Kontroll fuq il-kuntratturi li qed iwettqu x-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed isir kontroll fuq il-kuntratturi li jwettqu xi xogħol f’isem il-Ministeru, jew xi korporazzjoni jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jagħti tagħrif dwar x’xogħol twettaq f’isem l-Enemalta, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn Jannar s’issa, din is-sena, fit-toroq li jiġu fil-konfini ta’ San Pawl il-Baħar? F’kemm il-każ u f’liema każijiet ma nżammux id-deadlines li kien hemm?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li xogħlijiet ta’ trinek li jsiru mill-kuntratturi jiġu segwiti b’mod regolari mit-team leader u Perit impjegti tal-Korporazzjoni. Hekk ikun żgurat li x-xogħlijiet isiru skont l-ispecifications u standards stipulati. Minn Jannar ’l hawn saru mains ġodda kemm tal-ilma kif ukoll tad-drenaġġ fiż-żona msemmija, u Pumping Stationi fiż-żona ta’ Ġħajn Rasul. Dan il-proġett mistenni li jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Fil-perjodu msemmi, Enemalta plc użat is-servizzi ta’ kuntratturi darbtejn biex jassistuha f’xogħlijiet biex issir manutenzjoni u tiswija tas-sistema tad-distribuzzjoni li twassal l-elettriku lill-klijenti f’San Pawl il-Baħar u l-inħawi. Kull xogħol ta’ dan it-tip isir bil-permessi tal-awtoritajiet kompetenti, u skont il-kundizzjonijiet li dawn jesiġu għax-xogħlijiet meħtieġa. Il-perjodu taż-żmien tal-permessi ġew rispettati.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tas-safar kollu li siefer bejn l-10 ta’ Marzu 2013 u l-14 ta’ April 2016 f’liema pajjiż mar u d-data rispettiva ta’ tali safar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – resurfacing ta’ sqaq
Question
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih sabiex sqaq biswit ir-residenza li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jiġi resurfaced wara xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li dawn ix-xogħlijiet saru sabiex jinbidel il-main tal-ilma. Huwa ppjanat li din il-ġimgħa jingħata wiċċ ġdid fejn saru t-trinek.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu konsulenti mediċi mal-Gvern minn Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija u f’liema dipartimenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-gvern kompla jsahhah is-servizz tas-Sahha ghall-pazjenti tieghu, billi zied 48 konsulent mediku, mis-sena 2013 il-quddiem. Dawn il-konsulenti medici qeghdin jaghtu s-servizzi taghhom f’diversi dipartimenti gewwa l-Isptar Mater Dei, fosthom fl-Anestesija, Pedjatrija u fl-Oftalmoloġija.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20308, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm appell għall-ħatra tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Operating Theatre Manager? Jekk iva, x’kienet id-deċiżjoni aħħarija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata nhatar bhala Theatre Manager f’Mater Dei wara li gie konkluz process ta’ ghazla skont ir-regolamenti tal-PSC.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20308, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li wkoll laħqet Theatre Manager qed taħdem fuq Skala 5 meta l-managers ta’ fuqha huma fuq Skala 6?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-unika Theatre Manager prezenti fl-Isptar Mater Dei huwa l-persuna ndikata fit-twegiba ghall-mistoqsija 20308.