Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — entitajiet - kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — safar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29864 u jgħid x’safar kellu bħala Ministru fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016, u min kienu l-persuni li akkumpanjawh (u jagħti l-ismijiet tan-nies)? Minn fejn inxtraw il-biljetti ta’ kull safra? X’kienu l-pagamenti li saru waqt dawn is-safriet għall-ikel u għall-ispejjeż ta’ trasport? X’kienu l-pagamenti ta’ xorb li tħallsu mill-Ministeru kemm jekk mil-lukandi kif ukoll minn postijiet oħra?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

MIMCOL u MGI — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30369 u jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati li kien hemm fil-MIMCOL u l-Malta Government Investments (MGI) rispettivament, fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016? Jista' jgħid min huma l-ħaddiema li kienu reġistrati bħala impjegati tal-MIMCOL u MGI sal-aħħar tas-sena 2016, u ċjoè jgħid l-isem u designation tal-istess ħaddiema?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Enterprise – Investiment barrani

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29868 u jgħid permezz tal-ħidma tal-Malta Enterprise x’investimenti barranin inġiebu f’pajjiżna fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 rispettivament? Jista’ jgħid ukoll : a) x’kien jisimhom dawn l-entitajiet kummerċjali; b) fejn ġew mogħtija s-sit minn fejn qed jaħdmu; c) kemm bdew iħaddmu persuni u kemm qed iħaddmu llum; u d) x’kienet l-għajnuna finanzjarja li tat il-Malta Enterprise biex dawn l-industriji jiftħu f’pajjiżna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Investiment miġjub f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30704 u jgħid x’kien il-valur tal-investiment li nġab lejn Malta, bejn is-snin 2014 u 2016?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ammont ta’ investiment barrani li sar matul is-sena 2014 kien ta’ €41 miljun. Din il-figura hija bbażata fuq investiment li ġie verifikat minn ‘tax returns’ li rċeviet il-Korporazzjoni u minn rendikont ta’ investiment li diġa twettaq u li fuqhom il-Korporazzjoni tagħat għajnuna. Dan l-ammont jeskludi nvestiment ieħor magħmul minn negozji li ma talbu l-ebda għajnuna lill-Korporazzjoni. L-ammont ta’ investiment għas-sena 2015 jiġi stabbilit matul din is-sena, wara li l-Korporazzjoni tirċievi rendikont ta’ investiment li jkun ġie ddikjarat minn negozji rispettivi fit-‘tax return’ tas-sena 2016. Bl-istess mod, l-investiment li sar fis-sena 2016 jiġi stabbilit matul is-sena 2018.

Junction tal-Marsa – fabbriki li se jitwaqqgħu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati biex il-fabbriki li se jitwaqqgħu minħabba l-junction tal-Marsa, jiġu rilokati? Jista' jgħid f'liema lokalità se jiġu rilokati?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li n-negozjati msemmija diġa waslu fi stat avvanzat. Dettalji dwar dan jistgħu jingħataw aktar tard.

Negozji li ser ikunu qed jagħlqu f’ġurnata matul il-ġimgħa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31248 u jgħid liema huma dawk in-negozji li s’issa informaw lid-dipartimenti konċernati li juru li dawn in-negozji ser ikunu qed jagħlqu f’ġurnata matul il-ġimgħa?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Negozji li qed iħallsu €700 biex ikunu jistgħu jiftħu nhar ta’ Ħadd

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31249 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ negozji li qed iħallsu €700 biex ikunu jistgħu jiftħu n-negozju tagħhom nhar ta’ Ħadd għaliex ma jistgħux jibqgħu magħluqa f’ġurnata matul il-ġimgħa? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ negozji bl-ismijiet tagħhom li juri liema huma dawk in-negozji li ħallsu u li qed iħallsu €700 mitlub mil-liġi biex jiftħu nhar ta’ Ħadd?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena, kien hemm erbgħa negozji li ħallsu €700.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — kiri/xiri ta’ karozzi għall-użu uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar karozzi mixtrija jew mikrija u li qegħdin għall-użu tal-uffiċjali fil-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża fuq dan ir-rigward mill-Ministeru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu ta' kull sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Trasferiment tan-negozji tal-familja – Bidu fis-seħħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn meta ser tidħol fis-seħħ il-liġi ta’ trasferiment tan-negozji tal-familja? Għaliex hawn għidut li it is still on hold meta suppost din daħlet fis-seħħ minn Jannar tal-2017?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ligi Att dwar in-Negozji tal-Familja (Kap 565 tal-Ligijiet ta’ Malta) daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2017.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Persons of trust - kariga

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ħaddiem tax-xatt – ħlasijiet – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward ħlas b’lura lil missieru bħala ħaddiem tax-xatt?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Negozji li ser ikunu qed jagħlqu f’ġurnata matul il-ġimgħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk in-negozji li s’issa informaw lid-dipartimenti konċernati li juru li dawn in-negozji ser ikunu qed jagħlqu f’ġurnata matul il-ġimgħa?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Negozji li qed iħallsu €700 biex ikunu jistgħu jiftħu nhar ta’ Ħadd

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ negozji li qed iħallsu €700 biex ikunu jistgħu jiftħu n-negozju tagħhom nhar ta’ Ħadd għaliex ma jistgħux jibqgħu magħluqa f’ġurnata matul il-ġimgħa? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ negozji bl-ismijiet tagħhom li juri liema huma dawk in-negozji li ħallsu u li qed iħallsu €700 mitlub mil-liġi biex jiftħu nhar ta’ Ħadd?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Entità maħtura biex tara li jkunu segwiti r-regolamenti tal-ħwienet li jiftħu nhar ta’ Ħadd

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema entità ser tkun qed tagħmel enforcement li permezz tiegħu l-Gvern jara li r-regolamenti dwar il-ftuħ ta’ ħwienet nhar ta’ Ħadd ikunu qed jiġu rispettati?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-infurzar ta’ din il-liġi hu fdat f`idejn il-puliżija.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Konsulenti - remunerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ konsulenti ngaġġati mill-2014 ‘l hawn u x’kienet ir-remunerazzjoni tagħhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Koperattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ koperattivi sena b'sena bejn l-2013 u l-2016?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n numru ta’ koperattivi ġodda sena b’sena bejn l-2013 u l-2016 kien ta’: 2013- 6 koperattivi 2014- 2 koperattivi 2015- 2 koperattivi 2016- 6 koperattivi

Skema Business Advisory Services — intrapriżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema Business Advisory Services bejn is-sena 2014 u sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2014 sa' Jannar 2017, kien hemm 153 impriża li bbenifikaw mill-iskema tal-Business Advisory Services.

Skema Gozo Transport Grant Scheme — intrapriżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema Gozo Transport Grant Scheme fl-aħħar tliet snin sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2014 sa Jannar 2017 kien hemm 71 impriża li bbenifikaw mill-iskema tal-Gozo Transport Grant.