Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost l-Advisory Board tal-Aġenzija Żgħażagħ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Advisory Board tal-Aġenzija Żgħażagħ huwa kompost kif gej:
Chairperson Miriam Teuma
Membri Robert Napier
Clara Grixti
Michael Piccinino
Benjamin Dalli
In-Naxxar — Grawnd tal-Futbol ta’ Naxxar Lions - kuntratt
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6457 (10 ta' Diċembru 2013) fejn b'rabta mal-bini ta' faċilità sportiva għall-klabb ta' Naxxar Lions fuq sit ta' fejn qabel kien magħruf bħala ċ-Ċentru tal-Fieri fin-Naxxar, u li kien ġie maqbul bejn il-Gvern preċedenti u l-Klabb sportiv Naxxari fl-2012 (u li kien hemm ftehim iffirmat bejn il-partijiet involuti msaħħaħ ukoll b'Avviż Legali - 439/12-) u li fl-istess risposta imsemmija kien intqal li minħabba l-impatt negattiv li dan is-sit jista' jkollu fuq l-ambjent tal-madwar kien ġie eliminat il-pjan tal-amministrazzjoni preċedenti li tinbena l-faċilità sportiva, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji issa l-Gvern biddel dak il-ħsieb/deċiżjoni tiegħu tant li daħħal applikazzjoni quddiem l-Awtoritajiet konċernati sabiex fuq l-istess sit jinbena proġett ieħor differenti minn dak propost fl-2012?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm id-dawl fid-daħla tal-Matthew Micallef St John track fil-Marsa peress li diversi ġenituri qaluli li filgħaxija jkun hemm dlam li tista’ toqtol u tidfen?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li SportMalta qed tħejji pjan biex ikun hemm dawl fid-daħla tal-Matthew Micallef St John track fil-Marsa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa t-total ta’ studenti li qed isegwu korsijiet fl-Università ta’ Malta fil-preżent? Kemm minnhom qed isegwu korsijiet full time u kemm qed isegwu korsijiet fuq bażi part-time? Kemm minn dan it-total huma studenti ta’ nazzjonalita barranija? Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallsu l-istudenti barranin għall-korsijiet li segwew fl-Università ta’ Malta fl-aħħar 10 snin, sena b’sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar in-numru ta’ studenti li qed isegwu korsijiet fl-Università ta’ Malta fil-preżent, skont il-metodu ta’ attendenza u kemm minnhom huma ta’ nazzjonalità barranija, huwa kif muri fit-tabella hawn taħt:
Metodu t’Attendenza
Maltin/EU /non-EU
Total
Full-Time
EU/EEA
438
Maltin
7867
non-EU/EEA
433
Part-Time
EU/EEA
99
Maltin
2783
non-EU/EEA
33
Total
11653
Id-dħul mill-miżati tal-istudenti barranin (EU u mhux-EU) mis-sena akkademika 2008/9 ‘il quddiem huwa kif ġej:
Sena Akkademika
€
2008/09
1,517,095
2009/10
2,214,106
2010/11
3,469,006
2011/12
4,007,965
2012/13
4,080,381
2013/14
4,028,736
2014/15
4,392,176
2015/16
5,050,913
2016/17
2,905,144 — għall-ewwel semestru biss
Taħriġ professjonali lill-għalliema — Studenti b’nuqqas ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx taħriġ professjonali lill-għalliema tal-iskejjel dwar is-sintomi li jista’ jkollhom studenti li jbatu minn nuqqas ta’ saħħa mentali f’dawn l-aħħar tliet snin? Jekk sar dan it-taħriġ f’liema skejjel sar dan it-taħriġ u meta sar?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u l-Institute for Education li t-tagħrif mitlub mill-Onor. interpellant hu kif muri fiż-żewġ listi li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kif se nsemmi:
Lista 'A' - Direttorat għal Servizzi Edukattivi
Lista 'B' - Institute for Education.
Attachments:PQ 32422 - List 'A' - DES.pdfPQ 32422 - List 'B' - IfE.pdf
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30130, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-multa li weħlu l-1,147 ġenitur li naqsu li jibagħtu lil uliedhom l-iskola fis-sena 2015 – 2016 u jekk dawn il-multi ġewx imħallsa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Ministeru tiegħi ma joħroġx ċitazzjonijiet. Infurmat li l-informazzjoni dwar ġenituri ta' tfal li abitwalment jassentu ruħhom mill-iskola tgħaddi għand il-Local Enforcement System (LES). Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Aġenzija Zgħażagħ – ħlas lill-impjegata minn kuntrattur – każ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament rigward ħlas bil-prekarjat minn kuntrattur fl-Aġenzija Żgħażagħ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-kuntratt li għandha l-Aġenzija Żgħażagħ mal-kuntrattur m'huwiex b'rata ta' prekarjat. Madankollu, il-persuna indikata separatament mill-Onor. interpellant qed tiġi kkuntattjata minn dan il-Ministeru biex issir verifika u jekk ikun il-każ jittieħdu l-passi meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-individwi u/ jew kumpaniji li għandhom jew kellhom ħanut jew stall fil-Korsa taż-Żwiemel tal-Marsa fis-snin mill-2014 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid x’tip ta’ ħlas isir jew kien isir minn dawn l-individwi u/jew kumpaniji għall-konċessjonijiet tagħhom u lil min iħallsu jew kienu jħallsu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub qiegħed jingħata lill-Onor. interpellant separatament u b'mod kunfidenzjali. Il-ħlas isir lil Malta Racing Club.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, id-Dipartiment tal-Edukazzjoni jew il-Bord tal-MATSEC irċeviex/irċevewx rapporti mingħand studenti jew ġenituri ta’ studenti li oġġezzjonaw li waqt is-sezzjoni tal-eżamijiet tal-O Levels tat-Taljan li sar fil-Kulleġġ De La Salle nhar is-Sibt il-25 ta’ Marzu 2017 fejn l-istudenti jiġu mitluba jisimgħu silta bil-lingwa Taljana mbagħad jirrispondu l-mistoqsijiet dwar dak li jkunu fehmu, fejn is-sound kien ħażin ħafna u minbarra hekk il-viżwal ukoll kien ħażin ħafna? Kemm irċieva oġġezzjonijiet? X’passi beħsiebu jieħu l-Bord tal-MATSEC biex l-istudenti ma jispiċċawx ikunu penalizzati intortament minħabba diffikultajiet li kellhom jiffaċċjaw mingħajr ma kien it-tort tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li waslu diversi lmenti dwar dan il-każ u infurmat li l-Bord tal-MATSEC ukoll irċieva diversi lmenti fuq l-eżami tas-smigħ tat-Taljan fil-livell tas-SEC li sar nhar is-Sibt 25 ta’ Marzu 2017 fil-Kulleġġ De La Salle. Dawn l-ilmenti daħlu b’mod elettroniku fil-25, 26 u 27 ta’ Marzu. L-ilmenti kienu dwar il-kwalità tal-awdjo u xi waħdiet semmew il-kwalità tal-viżwal tal-istampi fil-karta tal-eżami.
Il-Bord tal-MATSEC u l-Bordijiet tal-Eżaminaturi li se jaraw it-tweġibiet tal-istudenti se jiżguraw li l-ebda student ma jkun penalizzat minħabba l-kwalità tal-awdjo u tal-istampi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, id-Dipartiment tal-Edukazzjoni jew il-Bord tal-MATSEC irċeviex/irċevewx rapporti mingħand studenti jew ġenituri ta’ studenti li oġġezzjonaw li waqt is-sessjoni tal-eżamijiet tal-“O” Level tal-Ġermaniż li sar fil-kulleġġ ta’ De La Salle ftit tal-ġranet ilu fejn l-istudenti jiġu mitluba jisimgħu silta bil-lingwa Ġermaniża mbagħad jirrispondu l-mistoqsijiet dwar dak li jkunu fehmu, fejn is-sound kien ħażin ħafna u minbarra hekk il-viżwal ukoll kien ħażin ħafna? Kemm irċieva oġġezzjonijiet? X’passi beħsiebu jieħu l-Bord tal-MATSEC biex l-istudenti ma jispiċċawx ikunu penalizzati intortament minħabba diffikultajiet li kellhom jiffaċjaw mingħajr ma kien tort tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-eżami tas-smigħ tal-Ġermaniż fil-livell tas-SEC sar fis-16 ta’ Marzu 2017. Infurmat li sas-Sibt 25 ta’ Marzu, jiġifieri sal-ġurnata tal-eżami tas-smigħ tat-Taljan, il-Bord tal-MATSEC kien irċieva ilment wieħed fuq il-kwalità tal-awdjo fl-eżami tal-Ġermaniż. Il-Bord ħa nota ta’ dan l-ilment u se jinvestiga dan il-każ speċifiku bħal ma jinvestiga kull ilment li jasal. Wara l-eżami tat-Taljan daħlu iktar ilmenti fuq l-eżami tal-Ġermaniż. Il-Bord ma rċieva l-ebda lment dwar il-viżwal tal-karta tas-smigħ tal-Ġermaniż. Il-Bord tal-Eżaminaturi tal-Ġermaniż se jaraw it-tweġibiet tal-istudenti u flimkien mal-uffiċjali tal-MATSEC se jiżguraw li l-ebda student ma jkun penalizzat minħabba l-kwalità tal-awdjo u tal-istampi.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn ser jingħataw art il-Valletta FC biex jibnu l-istadium u l-faċilitajiet tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li hemm numru ta’ siti li qed ikunu ikkunsidrati sabiex tingħata lil Valletta FC biex jibnu l-istadium u l-faċilitajiet, madankollu l-aktar waħda li qed naħdmu fuqha hija l-art li tinsab biswit Valletta Road, Ħal-Luqa.
Peress li kien il-Gvern li indika lill-Valletta FC li ma setgħux ikomplu jaħdmu fuq il-proġett fuq is-sit mgħoddi lilhom fl-2011, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Gvern kien se jirrifondi lill-Valletta FC l-ispejjeż li għamlu b’rabta mal-proġett kif ukoll bl-ispejjeż li kellhom jiffaċċjaw minħabba l-kiri ta’ grounds għat-taħriġ tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li fil-31 ta’ Jannar 2013 il-MEPA ma rrakkomandatx li jsir żvilupp fuq is-sit mgħoddi lill-Valletta FC fl-2011. Se nikkwota mill-iscreening letter mibgħuta mill-MEPA lill-Malta Football Association li applikat f’isem il-Valletta FC: ‘Policy SMCO 10 of the South Malta Local Plan – The area within which the site is located is designated as a Strategic Open Gap where the element of an urban type of development IS NOT RECOMMENDED.’ Jirriżulta li din il-Policy kienet ippublikata f’Lulju ta’ l-2006 u għaldaqstant meta l-Gvern ta’ dak iż-żmien kien għadda l-art lil Valletta FC kien jaf li din l-art qatt ma setgħet tkun żviluppata għal għanijiet li kellhom il-Valletta FC. Għaldaqstant dan il-Gvern għamel dak li ma kienx kapaċi jagħmel il-Gvern ta’ dak iż-żmien u informa lill-Valletta FC li din l-art qatt ma setgħet tkun żviluppata f’faċilitajiet sportivi u wiegħed, kif ser jagħmel, li jgħaddi lill-Klabb sit alternattiv, liema sit seta’ biss jinstab b’għaqal u mingħajr ingann għad-dannu ta’ Valletta FC.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet mal-Pieta Hotspurs FC biex jingħataw spazju fejn ikunu jistgħu jitħarrġu b’mod adekwat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-unika informazzjoni li għandu s-Segretarjat Parlamentari responsabbli għall-isport dwar grawnd tal-futbol u faċilitajiet sportivi relatati mal-Pietà Hotspurs FC huma dawk li jinsabu fi Triq Joe Gasan, il-Pietà, liema faċilitajiet kienu mgħoddija lil Pietà Hotspurs FC b’ċens annwu u temporanju għal 49 sena fit-22 ta’ Diċembru 1997 u li għadhom jagħmlu użu minnhom sal-lum. Infurmat ukoll li ma jirriżultax li hemm diskussjonijiet ma' Pietà Hotspurs FC biex jingħatalhom spazju addizzjonali.
Ħaddiema li qed jirreġistraw fit-Tielet Parti tar-reġistru
Question
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 31917 u 31919 dwar ingaġġ ta’ ħaddiema fil-Malta Libraries, jista’ l-Ministru jgħid kif ħaddiema li qed jirreġistraw fit-tielet parti tar-reġistru ma ġewx avżati mill-Jobsplus?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li meta Jobsplus tipproċessa vakanza ta’ xogħol minn xi entità, din timxi skont kriterji stabbiliti fil-vakanza. Dawn il-kriterji jiġu mqabbla mar-reġistranti tal-ewwel, it-tieni u t-tielet parti tar-reġistru.
Fil-każ dwar ingaġġ mal-Malta Libraries, il-Jobsplus infurmat lill-individwi li kienu jaqblu mal-kriterji tal-vakanza f’dawn id-dati msemmiji hawn taħt:
· Library Assistants: individwi mill-Part 3 intbagħtu fis-07/09/2016;
· Manager Projects: individwi mill-Part 3 intbagħtu fil-05/10/2016;
· Library Attendants: individwi mill-Part 3 intbagħtu fis-06/03/2017.
Ta’ min isemmi li meta ssir ‘match’ għal kandidati prospettivi, tintbagħat ittra individwali lil kull kandidat (meta Jobsplus ikollha l-imejl tal-individwu tintbagħat imejl ukoll) biex il-kandidati jiġu avżati bil-vakanza ta’ xogħol, sabiex japplika, filwaqt li tintbagħat lista bil-kandidati kollha lill-entità konċernata.
Jobsplus – persuni li qed jirreġistraw għal Library Assistant u Library Attendant
Question
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 31917 u 31919, jista’ l-Ministru jagħti lista tal-ħaddiema li qed jirreġistraw mal-Jobsplus għal Library Assistant u Library Attendant fuq l-ewwel it-tieni u t-tielet parti tar-reġistru? Jista’ jgħid ukoll meta dawn il-persuni bdew jirreġistraw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li Jobsplus ma tistax tgħaddi l-lista ta’ persuni jirreġistraw għaliex din tmur kontra l-protezzjoni tad-data tal-individwi konċernati. In-nomenklatura ta’ Library Assistant u Library Attendant ma teżistix fil-lista ta’ impjiegi (occupations) li tħaddan Jobsplus. Għaldaqstant, meta jkun hemm vakanza ta’ xogħol, Jobsplus tqabbel ir-reġistranti mal-kriterji stabbiliti fil-vakanza. It-tabella ta’ hawn taħt turi n-numru ta’ nies li kienu eliġibbli għall-impjieg imsemmi skont il-perjodu ta’ reġistrazzjoni fit-30 ta’ Marzu, 2017:
Library Attendants
Registration duration
0-3 months
3-12 months
12 months+
Total
Part 1
8
0
0
8
Part 2
1
0
0
1
Part 3
7
4
2
13
Library Assistants
Registration duration
0-3 months
3-12 months
12 months +
Total
Part 1
34
0
5
39
Part 2
3
0
0
3
Part 3
24
28
1
53
Jobsplus – persuni li qed jirreġistraw għal Library Assistant u Library Attendant
Question
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 31917 u 31919, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista li Malta Libraries irċeviet mill-Jobsplus tal-persuni li kienu qed jirreġistraw bħala Library Assistant u Library Attendant?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-lista tan-nies li persuni mibgħuta minn Jobsplus ma tistax tingħata sabiex jiġu protetti l-individwi konċernati minn tixrid ta’ data personali. It-tabella ta’ hawn taħt tindika n-numri ta’ persuni mibgħuta minn Jobsplus lill-Malta Libraries.
Library Assistants
Library Attendants
Part 1
3
15
Part 2
1
1
Part 3
22
10
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Persons of trust
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31164, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persons of trust apparti dawk li hemm imniżżlin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru, inklużi d-Direttorati u d-Dipartimenti li jaqgħu taħthom, hemm persons of trust oħrajn li jkopru karigi fl-oqsma li ġejjin: Advisor, Manager, Task Officer, Support Officer u Maintenance Grants Co-ordinator.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — ingaġġ ta' persuni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni (mhux persons of trusts jew persuni f'positions of trust) f'Dipartimenti u kumpanniji parastatali li jaqgħu taħt it-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 'il hawn maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u anki bir-rwol li ddaħħlu fih?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.