Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31409 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Jetting Bowsers

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-kuntratt ta' l-estensjoni li ġie mogħti lill-kuntrattur li qiegħed jagħmel xogħol għad-dipartiment tad-drenaġġ permezz tal-jetting bowsers ? Jista' jgħid jekk din l-estensjoni tammontax għal drect order lill-kuntratturi? Kemm hu t-tul ta' mains li ġew imnaddfa kull sena din is-sistema, sena b'sena mill-1996 sal-lum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-estensjoni ta' kuntratt ta' kwalunkwe ġeneru ma tirrikjedix il-formalita' ndikata mill-Onorevoli Interpellant, imma billi ittra li tinħareġ mid-Dipartiment wara li jkun irċieva l-approvazzjoni meħtieġa u wkoll wara li l-kuntrattur konċernat jaċċetta li jżomm bla mibdula assolutament ir-rati u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt oriġinali. Estensjoni ta' kuntratt ma tistax titqies bħala direct order minħabba l-fatt li ordni diretta minnha nnifisha timplika l-għoti ta' kuntratt kompletament ġdid mingħajr qatt ma tkun seħħet kompetizzjoni. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #31448 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Ambjent

Numerazzjoni tal-Bibien fiż-Żejtun

Question

Minħabba li reċentement il-Kumitat għat-Tismija tat-Toroq approva bdil fl-isem u l-prolungazzjoni ta' diversi toroq fiż-Żejtun, u ħolqot sitwazzjoni ta' duplikazzjoni fin-numri u ismijiet ta' bibien f'xi uħud minnhom u peress li din is-sitwazzjoni qegħda toħloq taħwid fit-tqassim tal-posta u identifikazzjoni ta' residenti, jikkunsidrax l-Ministru li għandu jitkompla minnu fiħ ir-renumerazzjoni tal-bibien fiż-Żejtun li kien diġa mibdi mit-Taqsima ta' Numerazzjoni ta' bibien fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħolijiet fis-sena 2000?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fl-aħħar sentejn sar xogħol estensiv fejn jirrigwarda numerar ta' bibien fiż-Żejtun, liema numerar kien jinvolvi 87 triq. L-ilment li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant ġie rivelat ukoll mill-Kunsill Lokali Żejtun permezz ta' ittra datata 4 ta' Jannar ta' din is-sena. Ser jibqa' jsir dak kollu possibbli biex il-proċess li kien inbeda ikun wieħed kemm jista' jkun kontinwu. Biss dan jiddependi minn diversi fatturi fosthom li x-xogħol irid jinfirex fuq diversi lokalitajiet madwar Malta kif ukoll li jrid isir b'kollaborazzjoni sħiħa ma' l-Uffiċċju Elettorali u skond l-esiġenzi ta' dan l-istess Uffiċċju. Fil-fatt, bħalissa b'mod partikolari, dan l-eżerċizzju ta' numerar ta' bibien irid jieħu in konsiderazzjoni l-eżerċizzju l-ieħor ta' tiġdid tal-karti ta' l-identita' li qed isir fuq bażi nazzjonali kif ukoll l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Minkejja dan kollu ser isir kull sforz sabiex in-numerar ta' bibien fiż-Żejtun jitkompla hekk kif dan ikun possibbli li jsir.
Leg 9 PQ #31451 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta se jsir is-servizz ta' drenaġġ fi Triq Giovanni Scicluna, fi Triq it-Tellritu u fl-inħawi tagħhom f'Ħal Għaxaq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq l-inħawi msemmija jinkludi pumping station ġdida, gravity u rising mains ġodda li għandhom jammontaw għal madwar Lm250,000. Għalhekk ma naħsibx li jistgħu jiġu inklużi fil-programm ta' xogħol ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #31452 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħal Għaxaq — Wied ta' Ħas Saptan

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Wied ta' Ħas Saptan, limiti ta' Ħal Għaxaq jitnaddaf mill-iskart goff li hemm mitfugħ ġewwa fiħ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih huwa nkluż fil-programm tax-xogħol ta' tindif.
Leg 9 PQ #31314 Sitting 694 2002-02-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Tragedja fiċ-Ċirkewwa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Gvern jistax jgħid jekk iddeċediex li jagħti kumpens lil dawk il-ħaddiema li mietu fit-traġedja taċ-Ċirkewwa waqt il-qadi ta' dmirijiethm? Minn min ser tintrefa ir-responsabbilita tan-nuqqasijiet li kemm hemm f'safety equipment fuq il-lant tax-xogħol ta' dawn in-nies? Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx nuqqas amministrattiv li l-ilbies prottettiv ingħata biss lill ħaddiema simili wara li seħħet it-tragedja?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Filwaqt illi l-Gvern iddeċieda li joffri kumpens 'ex gratia' lill-qraba tal-ħaddiema msemmija għar-rigward tal-mistoqsijiet l-oħra, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-kontenut ta' l-Inkjestja Maġisterjali.
Leg 9 PQ #30716 Sitting 693 2002-02-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Peress li ħafna mill-ħitan li jdawru l-għelieqi f'raba fil-Mosta kull ma jmur qed jiggarrfu bil-konsegwenza li tinqered il-ħamrija u tintilef il-karatteristika tal-Mosta, jista' l-Ministru jara li jniedi l-programm ta' xogħlijiet sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa u l-ħitan tas-sejjieħ jiġu rijabilitati mil-ġdid? Jista' l-Ministru jikkunsidra li jibda dawn mmedjatament matul din is-sena? Jista' jgħid għaliex fit-tlett snin li għaddew ix-xogħol importanti tħalliex abbandunat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' manutenzjoni u riabilitazzjoni fl-inħawi tal-kampanja huwa għaddej kontinwament. Il-lokalita' tal-Mosta hija waħda mill-inħawi li għandha bżonn aktar xogħol. Waqt li n-numru ta' ħaddiema li jagħmlu dan ix-xogħol huwa ftit, dejjem ikollna nfittxu li nagħmlu l-prioritajiet. Matul dawn l-aħħar tlett snin sar ħafna xogħol b'dan il-mod.
Leg 9 PQ #30717 Sitting 693 2002-02-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Peress li ħafna mill-ħitan li jdawru l-għelieqi f'raba fil-Gharghur kull ma jmur qed jiggarrfu bil-konsegwenza li tinqered il-ħamrija u tintilef il-karatteristika tal-Gharghur, jista' l-Ministru jara li jniedi l-programm ta' xogħlijiet sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa u l-ħitan tas-sejjieħ jiġu rijabilitati mil-ġdid? Jista' l-Ministru jikkunsidra li jibda dawn mmedjatament matul din is-sena? Jista' jgħid għaliex fit-tlett snin li għaddew ix-xogħol importanti tħalliex abbandunat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' manutenzjoni u riabilitazzjoni fl-inħawi tal-kampanja huwa għaddej kontinwament. Il-lokalita' tal-Għargħur hija waħda mill-inħawi li għandha bżonn aktar xogħol. Waqt li n-numru ta' ħaddiema li jagħmlu dan ix-xogħol huwa ftit, dejjem ikollna nfittxu li nagħmlu l-prioritajiet. Matul dawn l-aħħar tlett snin sar ħafna xogħol b'dan il-mod.
Leg 9 PQ #30718 Sitting 693 2002-02-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Peress li ħafna mill-ħitan li jdawru l-għelieqi f'raba fil-Naxxar kull ma jmur qed jiggarrfu bil-konsegwenza li tinqered il-ħamrija u tintilef il-karatteristika tal-Naxxar, jista' l-Ministru jara li jniedi l-programm ta' xogħlijiet sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa u l-ħitan tas-sejjieħ jiġu rijabilitati mil-ġdid? Jista' l-Ministru jikkunsidra li jibda dawn mmedjatament matul din is-sena? Jista' jgħid għaliex fit-tlett snin li għaddew ix-xogħol importanti tħalliex abbandunat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' manutenzjoni u riabilitazzjoni fl-inħawi tal-kampanja huwa għaddej kontinwament. Il-lokalita' tan-Naxxar hija waħda mill-inħawi li għandha bżonn aktar xogħol. Waqt li n-numru ta' ħaddiema li jagħmlu dan ix-xogħol huwa ftit, dejjem ikollna nfittxu li nagħmlu l-prioritajiet. Matul dawn l-aħħar tlett snin sar ħafna xogħol b'dan il-mod.
Leg 9 PQ #30719 Sitting 693 2002-02-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Peress li ħafna mill-ħitan li jdawru l-għelieqi f'raba fil-Mtarfa kull ma jmur qed jiggarrfu bil-konsegwenza li tinqered il-ħamrija u tintilef il-karatteristika tal-Mtarfa, jista' l-Ministru jara li jniedi l-programm ta' xogħlijiet sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa u l-ħitan tas-sejjieħ jiġu rijabilitati mil-ġdid? Jista' l-Ministru jikkunsidra li jibda dawn mmedjatament matul din is-sena? Jista' jgħid għaliex fit-tlett snin li għaddew ix-xogħol importanti tħalliex abbandunat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' manutenzjoni u riabilitazzjoni fl-inħawi tal-kampanja huwa għaddej kontinwament. Il-lokalita' ta' l-Imtarfa hija waħda mill-inħawi li għandha bżonn aktar xogħol. Waqt li n-numru ta' ħaddiema li jagħmlu dan ix-xogħol huwa ftit, dejjem ikollna nfittxu li nagħmlu l-prioritajiet. Matul dawn l-aħħar tlett snin sar ħafna xogħol b'dan il-mod.
Leg 9 PQ #30720 Sitting 693 2002-02-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Peress li ħafna mill-ħitan li jdawru l-għelieqi f'raba fil-Rabat kull ma jmur qed jiggarrfu bil-konsegwenza li tinqered il-ħamrija u tintilef il-karatteristika tal-Rabat, jista' l-Ministru jara li jniedi l-programm ta' xogħlijiet sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa u l-ħitan tas-sejjieħ jiġu rijabilitati mil-ġdid? Jista' l-Ministru jikkunsidra li jibda dawn mmedjatament matul din is-sena? Jista' jgħid għaliex fit-tlett snin li għaddew ix-xogħol importanti tħalliex abbandunat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' manutenzjoni u riabilitazzjoni fl-inħawi tal-kampanja huwa għaddej kontinwament. Il-lokalita' tar-Rabat hija waħda mill-inħawi li għandha bżonn aktar xogħol. Waqt li n-numru ta' ħaddiema li jagħmlu dan ix-xogħol huwa ftit, dejjem ikollna nfittxu li nagħmlu l-prioritajiet. Matul dawn l-aħħar tlett snin sar ħafna xogħol b'dan il-mod.
Leg 9 PQ #30712 Sitting 692 2002-02-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Peress li ħafna mill-ħitan li jdawru l-għelieqi f'raba fil-Burmarrad u San Pawl il-Baħar kull ma jmur qed jiggarrfu bil-konsegwenza li tinqered il-ħamrija u tintilef il-karatteristika tal-Burmarrad u San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jara li jniedi l-programm ta' xogħlijiet sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa u l-ħitan tas-sejjieħ jiġu rijabilitati mil-ġdid? Jista' l-Ministru jikkunsidra li jibda dawn mmedjatament matul din is-sena? Jista' jgħid għaliex fit-tlett snin li għaddew ix-xogħol importanti tħalliex abbandunat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' manutenzjoni u riabilitazzjoni fl-inħawi tal-kampanja huwa għaddej kontinwament. Il-lokalitajiet ta' Burmarrad u San Pawl il-Baħar huma wħud mill-inħawi li għandhom bżonn aktar xogħol. Waqt li n-numru ta' ħaddiema li jagħmlu dan ix-xogħol huwa ftit, dejjem ikollna nfittxu li nagħmlu l-prioritajiet. Matul dawn l-aħħar tlett snin sar ħafna xogħol b'dan il-mod.
Leg 9 PQ #30714 Sitting 692 2002-02-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Peress li ħafna mill-ħitan li jdawru l-għelieqi f'raba fil-Mtaħleb, Kunċizzjoni, Landrijiet l/o Rabat kull ma jmur qed jiggarrfu bil-konsegwenza li tinqered il-ħamrija u tintilef il-karatteristika tal-Mtaħleb, Kunċizzjoni, Landrijiet l/o Rabat, jista' l-Ministru jara li jniedi l-programm ta' xogħlijiet sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa u l-ħitan tas-sejjieħ jiġu rijabilitati mil-ġdid? Jista' l-Ministru jikkunsidra li jibda dawn mmedjatament matul din is-sena? Jista' jgħid għaliex fit-tlett snin li għaddew ix-xogħol importanti tħalliex abbandunat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' manutenzjoni u riabilitazzjoni fl-inħawi tal-kampanja huwa għaddej kontinwament. Il-lokalitajiet ta' l-Imtaħleb, il-Kunċizzjoni u l-Landrijiet l/o Rabat huma wħud mill-inħawi li għandhom bżonn aktar xogħol. Waqt li n-numru ta' ħaddiema li jagħmlu dan ix-xogħol huwa ftit, dejjem ikollna nfittxu li nagħmlu l-prioritajiet. Matul dawn l-aħħar tlett snin sar ħafna xogħol b'dan il-mod.
Leg 9 PQ #30715 Sitting 692 2002-02-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Peress li ħafna mill-ħitan li jdawru l-għelieqi f'raba fil-Selmun, Manikata u Mellieħa kull ma jmur qed jiggarrfu bil-konsegwenza li tinqered il-ħamrija u tintilef il-karatteristika tal-Selmun, Manikata u Mellieħa, jista' l-Ministru jara li jniedi l-programm ta' xogħlijiet sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa u l-ħitan tas-sejjieħ jiġu rijabilitati mil-ġdid? Jista' l-Ministru jikkunsidra li jibda dawn mmedjatament matul din is-sena? Jista' jgħid għaliex fit-tlett snin li għaddew ix-xogħol importanti tħalliex abbandunat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' manutenzjoni u riabilitazzjoni fl-inħawi tal-kampanja huwa għaddej kontinwament. Il-lokalitajiet ta' Selmun, il-Manikata u l-Mellieħa huma wħud mill-inħawi li għandhom bżonn aktar xogħol. Waqt li n-numru ta' ħaddiema li jagħmlu dan ix-xogħol huwa ftit, dejjem ikollna nfittxu li nagħmlu l-prioritajiet. Matul dawn l-aħħar tlett snin sar ħafna xogħol b'dan il-mod.
Leg 9 PQ #30704 Sitting 691 2002-02-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Peress li ħafna mill-ħitan li jdawru l-għelieqi f'raba fl-Mġarr u Binġemma kull ma jmur qed jiggarrfu bil-konsegwenza li tinqered il-ħamrija u tintilef il-karatteristika tal-Mġarr u Binġemma, jista' l-Ministru jara li jniedi l-programm ta' xogħlijiet sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa u l-ħitan tas-sejjieħ jiġu rijabilitati mil-ġdid? Jista' l-Ministru jikkunsidra li jibda dawn mmedjatament matul din is-sena? Jista' jgħid għaliex fit-tlett snin li għaddew ix-xogħol importanti tħalliex abbandunat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' manutenzjoni u riabilitazzjoni fl-inħawi tal-kampanja huwa għaddej kontinwament. Il-lokalitajiet ta' l-Imġarr u Binġemma huma wħud mill-inħawi li għandhom bżonn aktar xogħol. Waqt li n-numru ta' ħaddiema li jagħmlu dan ix-xogħol huwa ftit, dejjem ikollna nfittxu li nagħmlu l-prioritajiet. Matul dawn l-aħħar tlett snin sar ħafna xogħol b'dan il-mod.
Leg 9 PQ #30706 Sitting 691 2002-02-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Peress li ħafna mill-ħitan li jdawru l-għelieqi f'raba fil-Wardija u l-Bidnija kull ma jmur qed jiggarrfu bil-konsegwenza li tinqered il-ħamrija u tintilef il-karatteristika tal-Wardija u l-Bidnija, jista' l-Ministru jara li jniedi l-programm ta' xogħlijiet sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa u l-ħitan tas-sejjieħ jiġu rijabilitati mil-ġdid? Jista' l-Ministru jikkunsidra li jibda dawn mmedjatament matul din is-sena? Jista' jgħid għaliex fit-tlett snin li għaddew ix-xogħol importanti tħalliex abbandunat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' manutenzjoni u riabilitazzjoni fl-inħawi tal-kampanja huwa għaddej kontinwament. Il-lokalitajiet tal-Wardija u l-Bidnija huma wħud mill-inħawi li għandhom bżonn aktar xogħol. Waqt li n-numru ta' ħaddiema li jagħmlu dan ix-xogħol huwa ftit, dejjem ikollna nfittxu li nagħmlu l-prioritajiet. Matul dawn l-aħħar tlett snin sar ħafna xogħol b'dan il-mod.
Leg 9 PQ #31204 Sitting 691 2002-02-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgwieġeb PQ 31028 u cioe jista' l-Ministru jgħid liema huma l-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek? Kemm qed jitħallsu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-konsulenti mhux legali fil-Ministeru għall-Ambjent huma dawn: DIPARTIMENT NUMRU TA' ĦLAS KONSULENTI Adviser fil-Ministeru għall-Ambjent 1 Lm5,424. fis-sena Dipt. għall-Ħarsien 2 Minn Lm3,300. sa ta' l-Ambjent Lm8,440. fis-sena Taqsima tax-Xogħlijiet 2 Minn Lm8,440. sa Lm10,080. fis-sena Kavallier ta' San Ġakbu 4 Minn 3% sa 7.5% fuq l-ammont tax-xogħol li jsir. Minn Stg. 60 sa Stg. 100. Proġetti 7 Minn Lm1,748. fis-sena sa Lm607,600. somma globali.
Leg 9 PQ #30702 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Peress li ħafna mill-ħitan li jdawru l-għelieqi f'raba fil-Miżieb kull ma jmur qed jiggarrfu bil-konsegwenza li tinqered il-ħamrija u tintilef il-karatteristika tal-Miżieb, jista' l-Ministru jara li jniedi l-programm ta' xogħlijiet sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa u l-ħitan tas-sejjieħ jiġu rijabilitati mil-ġdid? Jista' l-Ministru jikkunsidra li jibda dawn mmedjatament matul din is-sena? Jista' jgħid għaliex fit-tlett snin li għaddew ix-xogħol importanti tħalliex abbandunat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' manutenzjoni u riabilitazzjoni fl-inħawi tal-kampanja huwa għaddej kontinwament. Il-lokalita' tal-Miżieb hija waħda mill-inħawi li għandha bżonn aktar xogħol. Waqt li n-numru ta' ħaddiema li jagħmlu dan ix-xogħol huwa ftit, dejjem ikollna nfittxu li nagħmlu l-prioritajiet. Matul dawn l-aħħar tlett snin sar ħafna xogħol b'dan il-mod.
Leg 9 PQ #31206 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħamrun — Latrina

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-latrija li saret fi Triq il-Ferrovija, Ħamrun baqgħet ma nfetħitx?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq din il-latrina tlesta. Qed nistennew li jiġi nstallat is-servizz ta' dawl u ilma, biex il-latrina tiġi finalizzata.
Leg 9 PQ #31209 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Jetting Browsers

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi PQ 31165 u cioe jista' l-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur li jagħmel xogħol ta tindif u manutenzjoni tas-sistema tad-drenaġġ permezz tal-jetting browsers? Meta ġie ffirmat dan il-kuntratt u għal kemm il-sena sar? Dan il-kuntratt għadu fis-seħħ sal-lum? X'inhi r-rata għal dan ix-xogħol skond il-kuntratt? Kemm tħallsu flus sena b'sena sal-lum fuq dan il-kuntratt? Jista' jpoġġi kopja ta' dan il-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-kuntrattur li ħa l-kuntratt imsemmi huwa Unisal Ltd. & Polidano Bros. Ltd. L-aċċettazzjoni tal-kuntratt (L/A 630/95) imsemmi hija datata 14 ta' Diċembru 1995. It-tul tal-kuntratt kien ta' ħames snin bil-valur tal-kuntratt ta' Lm2,357,200. kif muri fil-'Letter of Acceptance' li se inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Saret estensjoni ta' dan il-kuntratt bl-istess kundizzjonijiet u r-rati ta' l-1995 (jiġifieri, tal-kuntratt oriġinali) u dan għadu jseħħ sa llum. Ir-rati tal-kuntratt huma dawk murija fl-istess kopja li se inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta oħra. Il-flus li tħallsu sa llum huma: 1996 Lm428,526. 1997 Lm103,509. 1998 Lm177,896. 1999 Lm311,961. 2000 Lm434,176. 2001 Lm346,008. 2002 Lm 96,864.
Leg 9 PQ #31210 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Xogħol ta' Restawr

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi PQ 31066 u cioe jista' l-Ministru jagħti breakdown tas- Lm 7 miljuni li ġie rappurtat li qal ntefqu f'xogħol ta' restawr f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li bejn l-1999 u l-2001 sar xogħol ta' restawr mill-Unit għar-Restawr fi ħdan id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni, mill-Proġetti għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, il-Kottonera u l-Imdina u mit-Taqsima tax-Xogħlijiet. Intefqu Lm3,734,504. għar-restawr tal-Kavallier ta' San Ġakbu; Lm1,739,048. għar-restawr ta' fortizzi, fortifikazzjonijiet eċċ u Lm1,478,734. f'xogħol ta' restawr fis-sitt ibliet - b'kollox Lm6,952,286. Dawn kienu mqassma hekk: 1999 2000 2001 Lm Lm Lm Riabilitazzjoni tal-Kavallier ta' San Ġakbu 1,914,551. 1,649,953. 170,000. Restawr ta' fortizzi, fortifikazzjonijiet eċċ 659,159. 549,889. 530,000. Proġetti ta' riabilitazzjoni Valletta,Mdina,Kottonera 300,614. 578,120. 600,000. Iċ-ċifri għal 2001 għadhom mhux definittivi.