Legislature:
Category:
Reset
Active:

Amerika Ċentrali – ftehim pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ftehim pendenti mal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm tliet ftehim pendenti ma' pajjiżi tal-Amerika Ċentrali.

Pajjiżi Ewropej – ftehim pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ftehim pendenti ma’ pajjiżi Ewropej?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm ħmistax-il ftehim pendenti ma' pajjiżi Ewropej. Minn dawn, ftehim ma' Monako mistenni jkun iffirmat dalwaqt u ftheim mar-Rumanija u ieħor mal-Polonja mistennija jkunu ffirmati x-xahar id-dieħel. Ftehim mas-Slovakkja mistenni jkun iffirmat aktar tard din is-sena.

Pajjiżi Ażjatiċi – ftehim pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ftehim pendenti ma’ pajjiżi Ażjatiċi?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm tlettax-il ftehim pendenti ma' pajjiżi Ażjatici.

Amerika Latina – ftehim pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ftehim pendenti ma’ pajjiżi tal-Amerika Latina?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ ftehim pendenti ma' pajjiżi tal-Amerika Latina.

Legalizzazzjoni ta’ dokumenti – talbiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba kellu l-Ministeru tiegħu għal-legalizzazzjoni ta’ dokumenti bejn Lulju u Diċembru 2016?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ dokumenti li ġew illegalizzati bejn l-1 ta’ Lulju u l-31 ta’ Dicembru 2016 kien ta’ 18,102. F’dawn is-sitt xhur gew 5,610 persuna biex jinqdew fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.

Pajjiżi tal-Amerika Ċentrali – Memorandum of Understanding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx Memoranda of Understanding pendenti ma’ pajjiżi tal-Amerika Ċentrali?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm żewġ Memoranda of Understanding pendenti ma’ pajjiżi tal-Amerika Ċentrali. Il-Memoranda of Understanding mall-Messiku fuq Konsultazzjonijiet Bilaterali huwa ffinaliżżat u se jkun iffirmat meta tinstab data għall-iffirmar.

Pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq – ftehim pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ftehim pendenti mal-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq (il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja u l-Eġittu)?

Response (VELLA, GEORGE)

Hemm għaxar ftehim pendenti mal-pajjiżi indikati mill-Onorevoli Interpellant. Tnejn minn dawn, mal-Marokk, huma maqbulin u se jkunu ffirmati fl-ewwel okkażjoni possibli.

Pajjiżi tas-Sahel – ftehim pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ftehim pendenti mal-pajjiżi tas-Sahel (is-Senegal, il-Mawritanja, il-Mali, il-Burkina Faso, in-Niġer, in-Niġerja, iċ-Chad, is-Sudan u l-Eritrea)?

Response (VELLA, GEORGE)

Hemm tliet ftehim pendenti mal-pajiżi indikati mill-Onorevoli Interpellant.

Stati Uniti tal-Amerika – ftehim pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ftehim pendenti mal-Istati Uniti tal-Amerika?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda ftehim pendenti mal-Istati Uniti tal-Amerika.
Leg 12 PQ #29704 Sitting 483 2017-02-15 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Konsulenti - remunerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ konsulenti ngaġġati mill-2014 ‘l hawn u x’kienet ir-remunerazzjoni tagħhom?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ġewx ingaġġati konsulenti mill-2014 ’l hawn.

Pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq – Memoranda of Understanding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Memoranda of Understanding pendenti mal-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq (il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja u l-Eġittu)?

Response (VELLA, GEORGE)

Hemm tmien Memoranda of Understanding pendenti mal-pajjiżi indikati mill-Onorevoli Interpellant. Erbgħa minnhom, tlieta mal-Alġerija u ieħor mat-Tuneżija, huma maqbulin u se jiġu ffirmati meta tiltaqa’ l-Kummisjoni Konġunta mal-pajjiżi rispettivi fix-xhur li ġejjin.

Pajjiżi tas-Sahel – Memoranda of Understanding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Memoranda of Understanding pendenti mal-pajjiżi tas-Sahel (is-Senegal, il-Mawritanja, il-Mali, Burkina Faso, in-Niġer, in-Niġerja, iċ-Chad, is-Sudan u l-Eritrea)?

Response (VELLA, GEORGE)

Hemm żewg Memoranda of Understanding pendenti mal-pajjiżi indikati mill-Onorevoli Interpellant.

Awstralja – Memorandum of understanding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx Memorandum of Understanding pendenti mal-Awstralja?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda Memorandum of Understanding pendenti mal-Awstralja.

New Zealand – Memorandum of Understanding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx Memorandum of Understanding pendenti ma’ New Zealand?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda Memorandum of Understanding pendenti ma’ New Zealand.

Stati Uniti tal-Amerika – Memorandum of Understanding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx Memorandum of Understanding pendenti mal-Istati Uniti tal-Amerika?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda Memorandum of Understanding pendenti mal-Istati Uniti tal-Amerika.

Il-Kanada – Memorandum of Understanding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx Memorandum of Understanding pendenti mal-Kanada?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda Memorandum of Understanding pendenti mal-Kanada.

Ftehim bilaterali ma’ pajjiżi oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ftehim bilaterali kien iffirmat ma’ pajjiżi oħra bejn Lulju u Diċembru 2016 u x’kienu s-suġġetti ta’ dawn il-ftehim?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li talab.