Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dingli — Triq Ċensa Spiteri

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 9589 u ċioe' jara li issa li ħarġet is-sejħa għall-offerta għal extension tad-drenaġġ fi Triq Ċensa Spiteri, Dingli, fl-istess waqt isir il-main ta' l-ilma minħabba li sal-lum din it-triq hi moqdija b'main temporanju?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma qed tara x'hemm bżonn isir dwar il-provista ta' ilma tax-xorb fit-triq imsemmija.

Dipartiment tad-Drenaġġ — Ħaż-Żebbuġ

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 9433, 9351 u 9541 u cioe jgħid meta se jsir dan ix-xogħol u meta se jitlesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bdiet ix-xogħol ta' l-għeluq tal-manhole nhar it-Tnejn 6 ta' Diċembru 2004. Dan ix-xogħol li jikkonsisti fi tħaffir u tqegħid ta' konkos għandu jieħu madwar ġimgħa u se jsir mis-sezzjoni tad-drenaġġ. It-tħaffir ta' shaft ġdid fit-triq isir minn kuntrattur aktar 'l quddiem.

Enerġija elettrika biex jissaħħan l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jikkwantifika l-ammont ta' enerġija elettrika wżata sabiex jissaħħan l-ilma fir-residenzi, hotels, eċċ. f'Malta u Għawdex (f'termini ta' proporzjon jew ratio)?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma teżisti l-ebda statistika dettaljata dwar l-informazzjoni mitluba. Madankollu, studju li sar fl-1997 taħt l-EU synergy programme, jindika li l-enerġija elettrika wżata biex jissaħħan l-ilma fir-residenzi għal konsum domesetiku hu ta' madwar 25% u ta' 11% meta tieħu konsiderazzjoni il-konsum fis-settur terzjarju. Ma teżisti l-ebda statistika komparattiva għas-settur industrijali.

Ministeru ta' l-Investiment — Safar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 9004 u cioe' jista' jinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disgħa xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Maltacom — Skema ta' Irtirar Kmieni

Question

Diment u sakemm dan ma jkunx ta' xi preġudizzju tal-proċess imminenti tal-privatizzazzjoni tal-Maltacom, jista' il-Ministru jgħid jekk fil-kontest ta' dan il-proċess huwiex maħsub jew mistenni li jitħabbru skemi ta' irtirar volontarju kmieni mix-xogħol għall-ħaddiema tal-Maltacom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-PQ 1130.

Tigne' Development Co. Ltd. — Impjegati

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 8311, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti relatati ma' relazzjonijiet kuntrattwali rigward impjegati tal-kumpannija Tigne' Development Co. Ltd. u l-Holiday Inn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dingli — Triq Ċensa Spiteri

Question

Jista' il-Ministru jara li issa li ħarġet is-sejħa għall-offerta għal extension tad-drenaġġ fi Triq Ċensa Spiteri, Dingli, fl-istess waqt isir il-main ta' l-ilma minħabba li sal-lum din it-triq hi moqdija b'main temporanju?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

WSC/Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 9285 u 9480 u cioe' jara jekk hemmx xi żbalji fuq il-kont tad-dawl u l-ilma li qed jintbagħat separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li fil-kont imsemmi ma jidhirx li hemm żbalji. Il-bilanċ tal-kont ġie żero għaliex il-konsumatur hu reġistrat bħala wieħed dipendenti fuq is-servizzi soċjali. Dawn ma jħallsux kera ta' l-arloġġi u l-konsum li uża huwa b'xejn għax normalment hu inkluż fil-kiri tal-meters.

Raħal Ġdid — Wire tad-Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li jitneħħa wire tad-dawl li jinsab ma' residenza privata - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - peress li jinsab fi stat perikolu u mhux protett bil-plastic?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li minn investigazzjoni li saret ma jirriżultax illi l-wire imsemmi huwa ta' periklu.

Enemalta — Tneħħija ta' Cables

Question

Possibbli li l-Enemalta tressaq cables ta' l-elettriku li għaddejjin minn ma' gallerija - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - għax is-sid irid jagħmel xi xogħol f'din il-gallerija u ma jistax minħabba dawn il-wires? Possibbli jittieħdu passi fl-iqsar żmien possibbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'xi seduta oħra.

Interprint

Question

Peress li l-Ministru jikkonferma li hemm intenzjoni li l-Interprint tiġi privatizzata, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li l-Gvern joħroġ is-sejħa? Jista' jgħid jekk hemmx min wera interess fix-xiri ta' din il-kumpanija, kemm interess lokali kif ukoll dak barrani?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għall-din il-Mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.

Privatizzazzjoni ta' l-Interprint

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 9299 jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jibda l-proċess ta' privatizzar ta' l-Interprint? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx min wera interess fix-xiri ta' din il-kumpanija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-weġiba għall-din il-Mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartiment tad-Drenaġġ — Ħaż Żebbuġ

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 9433 u ċioe' b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9351, jista' l-Ministru jgħid meta se jsir dan ix-xogħol u meta se jitlesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'xi seduta oħra.

Bini ta' fabbriki ġodda

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 9304 u cioe' jgħid jekk bediex il-pjan tal-gvern għall-bini ta' fabbriki ġodda? Jista' jpoġġi kopja ta' dan il-pjan fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'xi seduta oħra.