MEPA – DNOs u Full Development Permits – xelter għaż-żwiemel fi Ġnien Howard fl-Imdina
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi kollha inkluż id-Development Notification Orders (DNOs) u l-Full Development Permits maħruġa mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għall-istallazzjoni ta’ xelters għaż-żwiemel u xogħlijiet oħra relatati ma’ xelters għaż-żwiemel matul il-perjodu li jkopri Marzu 2013 sal-ġurnata tal-lum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, li l-istess Awtorità approvat full application waħda u erbatax-il Developement Notification Order għal żvilupp relatat ma’ xelters għaż-żwiemel minn Marzu 2013 sal-ġurnata tal-lum.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal –Kamra l-permessi ta’ kull waħda.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20242, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk skont it-tweġiba li qed jagħti hux qed ifisser li r-responsabilità li s-soqfa jinżammu fi stat tajjeb hijiex tas-sidien?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni mgħoddija lili mid-Dipartiment tal-Artijiet, la darba l-art fuq liema huma mibnija dawn il-boathouses hija mogħtija b’ċens perpetwu allura r-responsabilità li s-soqfa jinżammu fi stat tajjeb hija tas-sidien.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm tħallas s’issa f’reklamar (li jinkludu reklami fuq television, radio, gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u entità oħra li taqa’ taħtu mill-1 ta’ April 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba l-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur tar-reklami li għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont li tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Jista’ l-Prim Ministru jintrabat li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts (dħul u nfiq) taċ-CHOGM u tal-Valletta Summit li għadhom kemm ġew organizzati f’Malta u jekk iva, jista’ jgħid sa meta hu jimpenja ruħu li jsir dan?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-gvern se jippreżenta l-audited accounts kif jingħalqu l-kontijiet kollha. Dan huwa stmat li jkun sa sal-aħħar ta’ Marzu li ġej.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14943 u ċjoè: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14110, jista’ l-Prim Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed nipprovdi l-lista tal-persuni ngaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi:
Office of the PPS
Senior Administrative Coordinator
Sc 6
General Administration and Co-ordination for Grievances Unit and Employees Relations
Office of the PPS
Employee Relations Coordinator
Sc 7
Coordinating of Employee Relations issues
Office of the PPS
Administrative Coordinator
Sc 10
Coordinating of operational and administrative matters
Office of the PPS
Receptionist
Sc 13
Receptionist duties
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex fil-laqgħa li kellu hu hawn Malta mar-Reġina Elizabetta t-Tieni dwar l-investiment ta' Barts f'Għawdex, kien hemm preżenti l-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa iżda ma kienx preżenti l-Ministru għal Għawdex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-proġett Barts and The London School of Medicine and Dentistry jinkludi kemm Malta u kif ukoll Għawdex u għall-laqgħa mar-Regina Eliżabetta II kien hemm preżenti l-Ministru responsabbli mill-proġett kollu.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – kuntratti ta’ servizz lill-kumpanija
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21347, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm u liema kienu, il-kuntratti ta’ servizz li ngħataw mill-entitajiet li jaqgħu taħtu, lill-kumpanija jew soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba l-mistoqsija parlamentari? X’kien il-valur ta’ kull wieħed mill-kuntratt li ngħata u jista’ jagħti d-dati rispettivi ta’ meta ngħataw il-kuntratti? Jista’ jgħid f’kull każ jekk kienx riżultat ta’ sejħa pubblika jew le?
Jista’ l-Prim Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward permess ta’ garaxx peress li hemm allegat ta’ abbuż?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ambjent u l-Ippjannar illi l-permess PA1250/03 inħareġ fl-20 ta' Marzu 2008 u l-żvilupp approvat jikkonsisti minn To sanction garage as built for the garaging of heavy goods vehicles (Policy 6.14 DC 2000). Minn spezzjonijiet li saru fuq il-post ġie kkonfermat li dan qed jintuża għall-ipparkjar ta' ingenji kbar u għalhekk l-uzu huwa konformi mal-permess ta' żvilupp.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21255, 21062 u 20863 u jikkonferma li d-dħul kollu li se jkun hemm mill-irkant tal-vetturi kollha li se jintużaw mill-mexxejja fil-Valletta Summit u CHOGM se jmur kollu kemm hu, u mhux parti, għall-karità?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-sistema wżata din id-darba dwar l-irkant tal-vetturi msemmija minnu, hija l-istess sistema li kienet wżata fic-CHOGM 2005.
CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea – kuntratti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21295, 20763 u 20410 u jagħti lista ta’ kuntratti mogħtija bi kwalsiasi mod, in konnessjoni maċ-CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea, inkluż tenders, expressions of interest u direct orders? Jista’ ġentilment jagħti l-valur ta’ kull kuntratt u lil min ingħata u għal liema skop ta’ xogħol jew servizz?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21056 u 20058 u jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies, ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru, fl-istess perjodu?
Segretarju Permanenti, Diretturi Ġenerali u Direttur
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20339 u jgħid kemm-il Segretarju Permanenti, Direttur Ġenerali u Direttur li kienu fil-kariga fid-9 ta' Marzu 2013 għadhom iservu fl-istess kariga li kellhom sal-lum? Fil-każ ta dawk li ma kellhomx il-kuntratt imġedded, jista’ jgħid x'kienet ir-raġuni?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex mogħti b'encroachment jew titlu? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji rispettivi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat mid-Dipartiment Proprjeta tal-Gvern li l-fond imsemmi jikkonsisti minn blokk ta’ 4 appartamenti u garaxx ma ġenbu li jġieb in-numru 89A. Il-garaxx bin-numru 89A huwa mogħti b’titlu ta’ kirja filwaqt li l-appartamenti kienu mogħtija b’titlu ta’ cens temporanju li ġew ikkonvertiti f’cens perpetwu u wara nfdew miċ-censwalisti rispettivi. .
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16529, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta l-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġie maħtur bħala sherpa? Jista’ jgħid għal kemm hi valida din il-ħatra ta’ sherpa u meta tiskadi? Jista’ jgħid kemm hu s-salarju ta’ sherpa? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra tal-ħatra tal-individwu bħala sherpa?
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21228, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li f’dawn l-aħħar ġranet qed isir xogħol mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li qed taħdem bħala sub contractor tal-kumpanija li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol li qed jinħadem minn din l-istess kumpanija, ingħatax permezz ta’ tender jew jekk ingħatax permezz ta’ direct order? Kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol li qed jinħadem minn din l-istess kumpanija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Minn informazzjoni mogħtija lili mill- Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, il-kumpaniji li d-dettalji tagħhom ingħataw b’mod separat, ma ingħataw ebda xogħol mill-istess Awtorita b’rabta ma’xogħlijiet li qed issiru fil-bini tagħha sabiex tigi complaint mal-obbligi ta’ direttivi relatati ma’effiċjenza f’bini pubbliku.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Prim Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Prim Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Prim Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Prim Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Jista' l-Prim Ministru jara l-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward tindif ta' art minn affarijiet li qed jintremew fi Triq ir-Raħħal ġewwa Ħal Għaxaq?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi s-sit tnaddaf.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Gvern wasalx għal xi deċiżjoni dwar il-mod ta' kif se tintuża l-art li fuqha kien maħsub li se jinbena ċ-ċentru sportiv tal-Qawra?
MEPA – Triq San Pawl il-Baħar – Applikazzjoni għal bini
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) irċevietx xi applikazzjoni biex l-ispazju miftuħ li hemm fi Triq San Pawl il-Baħar (St. Paul's by the Sea), San Pawl il-Baħar isir xi bini fuqu? Jekk iva, x'applikazzjoni jew permess hemm għal dan l-ispazju?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant illi L-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar irceviet applikazzjoni waħda fuq dan is-sit, PA 1421/10, biex isir ġnien pubbliku.L-applikazzjoni saret f’Marzu 2010 mill-Perit Graziella Galea. Dan il-permess ħareġ fil-15 ta’ Jannar, 2014.