Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-muturi tal-pulizija tat-traffic ma jibqgħux jisselfu kif kien introduċa l-prattika l-gvern preċedenti?
Jikkonferma l-Ministru li b'din il-prattika għadd ta' muturi spiċċaw bil-ħsara għax ma baqgħux b'sid wieħed?
Kemm fil-fatt hemm muturi tat-traffic bil-ħsara?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 851 f`Seduta 8.
Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li fil-preżent hemm tnax (12) il-mutur bil-ħsara.
11.11.98
Riferibbilment għat-transfers li ngħataw lill-84 uffiċjal tal-pulizija fit-2 ta' Novembru, 1998, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-esiġenzi tas-servizz li minħabba fihom ingħataw dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn it-transfers kienux biss parti minn proċess akbar ta' transfers oħrajn li se jiġu effettwati fil-jiem li ġejjin u jekk iva, jista' l-Ministru jindika x'inhuma r-raġunijiet?
Response (BORG, TONIO)
Kienu l-istess esiġenzi li kienu jipprevalu qabel il-5 ta` Settembru, 1998.
11.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk fost il-membri tal-Korp tal-Pulizija li ġew trasferiti għall-SAG u għas-Security Branch fit-2 ta' Novembru, 1998 hemmx minnhom li bħalissa qegħdin jiġu nvestigati għal xi irregolarita' fil-qadi ta' dmirijiethom u/jew inħareġ charge fil-konfront tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 131 membru tal-Korp tal-Pulizija li għandhom proċeduri dixxiplinarji pendenti kontrihom, li minnhom erba` (4) ġew assenjati xogħol l-SAG dan ix-xahar. L-ebda wieħed minn dawn l-erba` (4) charges, ma jammonta għal delitt.
11.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu ċitazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mar-regolamenti dwar is-seat belt mis-6 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Ottubru, 1998? Riferibbilment għall-istess perjodu, jista' l-Ministru jindika kemm vetturi ġew clamped u towed, l-ammont totali tal-multi li ġew imħallsa qabel il-vetturi ġew rilaxxati u kemm minnhom ġew ikkontestati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant għall-perjodu 6 ta' Settembru, 1998, sal-31 t'Ottubru, 1998, hu kif ġej:-
Ċitazzjonijiet maħruġa minħabba n-nuqqas
tal-ħarsien tar-regolamenti dwar is-
"seat belts" 1,575
Vetturi kklampjati 72
Vetturi ttowjati 391
Ninsab infurmat ukoll li l-ammont totali tal-multi li ġie mħallas qabel il-vetturi ġew rilaxxati mill-Pulizija kien ta' Lm2,075, filwaqt li n-numru ta' każijiet li ġew kkontestati kien sitta (6).
11.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ikkonfiskati snieter li nqabad isir użu minnhom b'mod illegali mill-1 ta' Jannar, 1998 sal-31 ta' Ottubru, 1998, xahar b'xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar, 1998 u l-31 t`Ottubru, 1998, xahar b`xahar, in-numru ta` snieter konfiskati minħabba li sar użu minnhom b`mod illegali, kien kif ġej:-
XAHAR NUMRU
----- -----
Jannar xejn
Frar 3
Marzu 6
April 20
Mejju 7
Ġunju xejn
Lulju 1
Awissu 2
Settembru 12
Ottubru 1
11.11.98
Jista' l-Ministru jgħid huwiex se jiġi permess li persuna magħrufa b'rekord kriminali titħalla ddur fil-grounds u fil-bini tal-Malta International Airport biex tissorvelja xi xogħol ta' tindif li tkun qed tagħmel kumpannija tiegħu, meta permezz tal-preżenza tiegħu hemmhekk dan jikkostitwixxi security risk?
Response (BORG, TONIO)
Biex persuna tidħol f`żona ristretta ta` l-Ajruport irid ikollha Airport Security Pass. Dan il-Pass ma jingħatax lill-persuna li jkollha rekord kriminali jew li tista` tkun ta` riskju għas-sigurta` ta` l-avjazzjoni.
11.11.98
Jista' l-Ministru jara f'liema stadju waslet l-applikazzjoni għal-liċenzja ta' parker fil-Mosta (GPD/GEN/11/98)?
Response (BORG, TONIO)
Ir-referenza ta` l-applikazzjoni kif ikkwotat fil-Mistoqsija mill-Onorevoli Interpellant ma teżistix fir-rekords tal-Pulizija. Għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jagħti aktar dettalji dwar l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha.
11.11.98
Jista' l-Ministru jgħid liema bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilitajiet tiegħu ġew rikostitwiti jew imġedda mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn? In kwantu għal dawk rikostitwiti, jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni u għal kull persuna jgħid x'inhuma l-karigi tagħhom li kellhom fuq dawn il-bordijiet, minn meta ilhom maħtura fuq dawn il-bordijiet u x'inhuma r-raġunijiet għat-tneħħija tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Il-Bordijiet li jaqgħu taħt id-Dekasteru tal-Ministeru ta` l-Intern li ġew rikostitwiti huma dawk li jikkonċernaw l-Awtorita` ta` l-Ippjanar u dawn ġew ippublikati fil-Gażżetta tal-Gvern fil-ħarġa numru 16,698 tal-Ġimgħa, 30 t`Ottubru, 1998.
11.11.98
Kemm kien in-numru ta' każijiet li l-pulizija kellha tintervjeni sabiex tikkontrolla nirien matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Kemm kien hemm inċidenti gravi jew fatali matul l-istess perijodu kawża ta' dan id-dannu? Matul dawn l-aħħar għaxar snin meta nbidlu sabiex ġew modernizzati l-inġenji u l-apparat neċessarju kontra tifi tan-nar?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il safar diġa' siefer mill-5 ta' Settembru 1998 s'issa?
Liema bliet żar u x'kienet ir-raġuni?
Min akkumpanjah għal kull safra?
Kemm swiet kull safra?
Ma' min tkellem u fuq xiex tkellem?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew milqugħa talbiet għal xiri ta' armi tan-nar mill-pulizija din is-sena u kemm hemm applikazzjonijiet pendenti? X'kienu t-tip ta' armi li għalihom saru dawn l-applikazzjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sat-28 ta' Ottubru, 1998, ġew approvati 2,908 talba għal xiri ta' armi tan-nar, filwaqt li hemm 529 applikazzjonijiet pendenti. Il-maġġoranza ta' dawn it-talbiet huma għall-xiri ta' snieter, 'air pistols' u 'air rifles'.
10.11.98
Pulizija — Persuni convicted of a criminal offence
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni convicted of a criminal offence din is-sena? Kemm ġew mibgħuta l-ħabs, kemm ingħataw sentenza sospiża u kemm tpoġġew fuq probation?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li din is-sena, sas-26 ta' Ottubru, in-numru ta' persuni li nstabu ħatja mill-Qorti ta' offiża kriminali kien ta' 2133. Minn dawn, 111 intbagħtu l-ħabs, 226 ingħataw sentenza sospiża, filwaqt li 697 ġew imqiegħda fuq 'probation'. Dawn iċ-ċifri jirreferu biss għal delitti ('crimes').
10.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tajr ibbalzmat li ġie rreġistrat s'issa? Kemm kien in-numru ta' persuni li rreġistraw it-tajr? X'tip ta' tajr ġie rreġistrat?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
10.11.98
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-istudju ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar il-golf courses?
Response (BORG, TONIO)
Jien nfurmat li l-ewwel fażi ta' l-istudju dwar l-Iżvilupp ta' 'golf courses' ġie finalizzat fl-1997. Dan wassal għat-tfassil ta' 'policy paper' fir-rigward ta' dan l-Iżvilupp, flimkien mal-Ministeru tat-Turiżmu u d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent, li ġiet approvata mill-Bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar f'Awissu tal-1997.
10.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk ittieħdux passi dixxiplinarji kontra dawk il-pulizija li b'għemilhom urew li kienu ħallew il-passjoni politika tiġri bihom waqt li kienu on duty fil-jiem ta' wara l-elezzjoni ġenerali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-każi li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant u li ġew għall-attenzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija, qed jiġu mistħarrġa u jittieħdu l-passi opportuni skond l-eżitu ta' dan l-istħarriġ.
10.11.98
Jista' l-Ministru jara li fi żmien qasir fil-Maċina ġewwa l-belt Senglea, li għamel żmien użat bħala ċentru Laburista jsir: (1) tindif ġenerali billi dan għadu mimli b'imbarazz varju ta' l-istess partit Laburista fosthom statuti antiki, ritratti u kartelluni ta' varji mexxejja; (2) li jinqalgħu bil-galbu s-suffetti, partitions varji u oġġetti oħra simili li l-kreattivita' ta' l-istess irnexxilha toħloq sabiex tisnatura l-karattru tal-post u; (3) sabiex il-fireplaces kollha li kien hemm u li għal xi raġuni tul dak iż-żmien inqalgħu jerġgħu jitqiegħdu f'posthom minn fejn ttieħdu u dan kollu sabiex fil-futur qasir il-bini jkun jista' jingħata ħajja aktar dinjituża?
Response (BORG, TONIO)
S'issa l-Gvern għadu ma ddeċidiex l-użu li għandu jsir mill-Maċina. Id-Dipartiment tal-Artijiet ħa jieħu l-passi neċessarji ma' l-aħħar inkwilini sabiex il-proprjeta' tiġi mnaddfa u mħollija fi stat tajjeb.
10.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb mill-Amministrazzjoni preżenti li żżid il-complement tal-Forza numerika tal-korp tal-pulizija? Kemm hemm membri fil-korp? Kemm minnhom huma uffiċjali?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa' kelli okkażżjoni ngħid f'din il-Kamra, il-Gvern qed jivvaluta l-ħtiġijiet tal-Korp tal-Pulizija u l-esiġenzi tas-servizz in ġenerali qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar jekk il-'complement' tal-Korp għandux jiżdied.
Ninsab infurmat li fit-28 ta' Ottubru, 1998, in-numru ta' membri fil-Korp kien ta' 1,759, li minnhom, 84 huma uffiċjali mir-'rank' ta' Spettur il-fuq.
10.11.98
Jista' l-Ministru jordna sabiex dawk it-trakkijiet/vannijiet u vetturi oħra li jinsabu skrapjati għal għonq it-triq fl-inħawi ta' Santa Venera viċin il-pont tal-ħadid, jitneħħew minħabba li qegħdin ikunu ta' xkiel f'arterja hekk traffikuża?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Pulizija ħadet l-azzjoni meħtieġa.
10.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm tneħħew qsari (pots) jew ħwat minn mal-faċċati tar-residenzi fit-toroq tas-Siġġiewi mill-pulizija għax ġew ikkonsidrati li qegħdin ikunu ta' żgombru għat-traffiku jew għal persuni?
Kemm hemm minn dawn il-(pots) qsari fil-core ta' l-istess raħal fis-Siġġiewi?
Hemm xi ħsieb li l-pulizija tneħħihom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Pulizija ma neħħewx qsari jew ħwat minn ebda triq fis-Siġġiewi. Fi Pjazza San Nikola, is-Siġġiewi, hemm 28 qasrija u dawn huma kollha proprjeta' tal-Kunsill Lokali u skond informazzjoni li għandha il-Pulizija, il-Kunsill Lokali qed jagħmel eżerċizzju biex jara jekk dawn il-qsari humiex ta' ngombru għal terzi.
10.11.98