Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #21736 Sitting 344 2016-01-13 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva – petrol u diesel — nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21625 u jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Prim Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Prim Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari kienet ta’ medja ta’ €44 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 34 litru fil-ġimgħa. Is-Segretarju Parlamentari ma jagħmilx użu mit-tieni karozza.
Leg 12 PQ #22163 Sitting 344 2016-01-13 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – positions of trust

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-positions of trust li kien hemm fi ħdan l-uffiċċju privat tiegħu u tas-Segretarji Parlamentari li kellu taħtu, fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, matul l-2004, l-2005, l-2006, l-2007, l-2008, l-2009, l-2010, l-2011 u l-2012?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #22164 Sitting 344 2016-01-13 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – persons of trust

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fl-uffiċċju privat tiegħu u tas-Segretarji Parlamentari li kellu taħtu u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jgħid, wieħed wieħed, min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena, fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena, l-ispiża fuq safar tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #21735 Sitting 343 2016-01-12 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – petrol u diesel — nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21624 u jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Prim Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Prim Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali fil-perjodu msemmi minnu kienet ta’ medja ta’ €70 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 49 litru fil-ġimgħa. Fuq it-tieni karozza l-ispiża fuq fuel kienet ta’ medja ta’ €114 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 87 litru fil-ġimgħa. It-tieni karozza bdiet tintuża f’Marzu 2014. Ngħarraf lill-Onor Interpellant li fl-ahhar leġizlatura l-ispi¿a fuq fuel għall-karozza uffiċjali tal-Prim Ministru kienet ta’ €96 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 76 litru fil-ġimgħa. Fuq it-tieni karozza l-ispiża fuq fuel kienet ta’ medja ta’ €27 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 21 litru fil-ġimgħa. Infakkar ukoll lill-Onor Interepellant li minn tagħrif mogħti f’din il-Kamra, l-ispiża fuq fuel fuq il-karozza uffiċjali li qed jagħmel użu minnha l-Kap tal-Oppozizzjoni bejn Ġunju 2013 u Novembru 2015 kienet ta’ €75 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 56 litru fil-ġimgħa.
Leg 12 PQ #21834 Sitting 343 2016-01-12 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Problema bil-bieb ta’ garaxx tad-Dipartiment tal-Artijiet – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minħabba li għandu xi problema bil-bieb tal-garaxx li hu tal-Lands?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li qed jiġi stabbilit jekk il-ħsarat li ġew irappurtati mill-perit tal gvern, li hemm fil-garaxx li dettalji tiegħu ingħataw separatament , ġewx kaġunati minnħabba nuqqas ta’ manutenzjoni li l- inkwilin kien obbligat li jagħmel skont il-kundizzjonijiet tal -kirja.
Leg 12 PQ #22097 Sitting 343 2016-01-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Public Service Commission – ħlas ta’ kera jew ċens

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm il-Public Service Commission tħallas kera jew ċens għall-uffiċini tagħha u meta bdiet tali kirja jew ċens?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 17687.
Leg 12 PQ #22098 Sitting 343 2016-01-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Permanent Commission Against Corruption – ħlas ta’ kera jew ċens

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm il-Permanent Commission Against Corruption tħallas kera jew ċens, jekk inhu l-każ, għall-uffiċini tagħha fil-Belt u meta bdiet tali kirja jew ċens?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #22123 Sitting 343 2016-01-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Bordijiet tal-Appell

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-Bordijiet tal-Appell, taħt kwalsiasi isem jew titolu, li jinsabu fid-dekasteru tiegħu u b’liema liġi hu mwaqqaf kull Bord jew Tribunal?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill Onor.Interpellant biex jispeċifika għalxiex qed jirreferi.
Leg 12 PQ #22210 Sitting 343 2016-01-12 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Messaġġ tal-ewwel tas-sena — atturi u aġenziji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema persuna jew aġenzija pproduċiet il-messaġġ tiegħu lin-nazzjon f’lejlet l-ewwel tas-sena imxandar fuq l-istazzjon pubbliku? Jista’ jgħid ukoll min huma l-atturi li ħadu sehem f’din il-produzzjoni u fuq liema kriterju ntgħażlu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-produzzjoni tal-messaġġ kienet f’idejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Ma kienx hemm atturi.
Leg 12 PQ #21561 Sitting 342 2016-01-11 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2682 u jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni fir-rigward ta’ bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif ukoll informazzjoni fir-rigward tal-membri fuq kull bord sad-9 ta’ Marzu, 2013. Fir-rigward ta’ Diretturi li jservu preżentament fuq kull bord, ninforma l-Onorevoli biex jikkjarifika l-mistoqsija tiegħu minhabba li mhux normali li Diretturi ikunu mahtura fuq bordijiet tal-Gvern.
Leg 12 PQ #21691 Sitting 342 2016-01-11 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Prim Ministru – użu ta’ karozza uffiċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-karozza uffiċjali li kien juża l-Prim Ministru bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienet il-karozza? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu f’ka¿ li kienet mikrija? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswija li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok il-karozza uffiċjali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għall-karozza/i li għamel użu minnhom il-Prim Ministru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-karozza uffiċjali tal-Prim Ministru bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet BMW 7 Series inxtrat fis-17 ta' Dicembru 2003. Swiet €62,360. L-ispi¿a totali fuq tiswijiet ta’ din il-karozza bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 u f'kirjiet ta' karozzi minflokha, kienet tammonta għal €55,165. L-ispiża fuq it-tiswijiet biss kienet ta' €32,539. L-ispiża f'kirjiet ta' karozzi minflokha biss ammontat għal €22,626. L-ispiza fuq il-fuel għall-karozza uffiċjali tal-Prim Ministru bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet ta’ €26,000. Fl-istess perjodu ingħataw 20,604 litri ta’ fuel lil din l-istess karozza. Kien hemm ukoll spiża ta' €2,535 fi fuel għall-karozzi li inkrew minflok il-karozza uffiċjali tal-Prim Ministru.
Leg 12 PQ #21745 Sitting 342 2016-01-11 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xogħol ta’ kostruzzjoni fil-bini tal-MEPA

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 21547 u 21228, jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-kuntratturi tal-kostruzzjoni li qed jaħdmu u jagħmlu xogħol għall-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol li qed jinħadem minn din l-istess kumpanija/i, ingħatax permezz ta’ tender jew jekk ingħatax permezz ta’ direct order? Kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol li qed jinħadem minn din l-istess kumpanija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #21756 Sitting 342 2016-01-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea – kuntratti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21387, 21295, 20763 u 20410 u jagħti lista ta’ kuntratti mogħtija bi kwalsiasi mod, in konnessjoni maċ-CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea, inkluż tenders, expressions of interest u direct orders? Jista’ ġentilment jagħti l-valur ta’ kull kuntratt u lil min ingħata u għal liema skop ta’ xogħol jew servizz?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 21515.
Leg 12 PQ #21758 Sitting 342 2016-01-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – kuntratti ta’ servizz lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21671 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21347, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm u liema kienu, il-kuntratti ta’ servizz li ngħataw mill-entitajiet li jaqgħu taħtu, lill-kumpanija jew soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba l-mistoqsija parlamentari? X’kien il-valur ta’ kull wieħed mill-kuntratt li ngħata u jista’ jagħti d-dati rispettivi ta’ meta ngħataw il-kuntratti? Jista’ jgħid f’kull każ jekk kienx riżultat ta’ sejħa pubblika jew le?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-ebda entita’ fl-Uffiċċju tiegħi ma tat kuntratt ta’ servizz lil kumpanija jew soċjeta’ indikata.
Leg 12 PQ #21929 Sitting 342 2016-01-11 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – użu tat-tieni karozza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Prim Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamel użu minnha l-Prim Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-tieni karozza tal-Prim Ministru bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet Peugeot 406 li kienet inxtrat fis-27 ta’ Novembru 1996 għas-somma ta’ €18,950. L-ispiża totali fuq tiswijiet ta’ din il-karozza bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 u f'kirjiet ta' karozzi minflokha, kienet tammonta għal €8,013. L-ispiża fuq it-tiswijiet biss kienet ta' €6,993. L-ispiża f'kirjiet ta' karozzi minflokha biss ammontat għal €1,020. L-ispiża fuq fuel għat-tieni karozza tal-Prim Ministru bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet ta’ €7,300 u fl-istess perjodu ngħataw 5,844 litri ta’ fuel lil din l-istess karozza. Kien hemm ukoll spiża ta' €53 fi fuel għall-karozzi li nkrew minflok it-tieni karozza tal-Prim Ministru.
Leg 12 PQ #22045 Sitting 342 2016-01-11 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – Tender għal sit f’San Ġiljan

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm tender maħruġ mid-Dipartiment tal-Artijiet li jagħlaq din il-ġimgħa għal sit f'San Ġiljan li twaqqaf jew ġie sospiż? Jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-offerti Avviż Nru 145 għal kiri ta’ sit fi Triq Ross kantuniera ma’ Triq San Ġorġ, San Ġiljan li kellha tagħlaq fid-29 ta’ Diċembru 2015, ġiet sospiża minħabba l-fatt li d-Dipartiment tal-Artijiet ġie nfurmat li l-permess tal-MEPA li kien inħareġ fuq dan is-sit u ma’ liema kienet marbuta din is-sejħa, kien qed jiġi rivedut mill-MEPA skont il-provediment tal-Artiklu 77 tal-Att li jirregola l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, Kapitolu 504 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Leg 12 PQ #22209 Sitting 342 2016-01-11 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Messaġġ tal-ewwel tas-sena — nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-produzzjoni tal-messaġġ tiegħu lin-nazzjoni f'lejlet imxandar fuq l-istazzjoni pubbliku fl-ewwel tas-sena? Jista' jagħti rendikont tan-nefqa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-ispiża totali kienet ta’ €8,474.50, imqassma hekk :- Filming u Editing €2,400 Direction & Coordination €1,150.50 Lighting €1,600 Transport €1,200 Drone Filming €2,124
Leg 12 PQ #20220 Sitting 341 2015-12-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċint ta’ Għalqa — każ ta’ individwu

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18099, jista’ l-Prim Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li issa għaddew tliet xhur u baqa’ mingħajr ebda kuntatt min-naħa tad-dipartiment ikkonċernat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat mid-Dipartiment Proprjeta tal-Gvern li wara t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18099, id-Dipartiment fit-22 t’Ottubru 2015, kien ħa azzjoni billi għamel spezzjoni fl-għalqa fejn hemm dan iċ-ċint fil-prezenza tal-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament. L-għalqa in kwistjoni hija mqabbla in solidium lil dan l-individwi flimkien ma’ ħutu u hemm kawża għaddejja fil-Qorti minħabba tilwim li hemm bejn l-istess aħwa fuq il-qsiem ta’ din l-għalqa. Dwar il-ħsara li hemm f’dan iċ-ċint, ninforma lill-Onor. membru li skont kundizzjoni 8 tal-ftehim tal-kirja, t-tiswijiet kollha li hemm meħtieġa jew li għad ikunu meħtieġa f’din ir-raba inkluż il-ħitan jew ilqugħ ieħor iridu jsiru kollha għas-spejjeż tal-gabilott.
Leg 12 PQ #21529 Sitting 341 2015-12-16 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa fuq reklamar u informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21329 u jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #21557 Sitting 341 2015-12-16 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Top Management Positions

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8620 u 7696 u jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw kariga marbuta mal-ogħla skali fis-servizz pubbliku (skali wieħed sa ħamsa) u fl-entitajiet pubbliċi (skali ekwivalenti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marzu s’issa? Jista’ jipprovdi l-ismijiet ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.