Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Numru 1379.
Ministeru għal Għawdex — membri tal-bordijiet - Remunerazzjoni u Benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
B'referenza għall-edizzjoni tal-attività 'Lejliet Lapsi - Notte Gozitana' ta’ din is-sena, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra:
a) Kemm kienet l-ispiża totali biex ittellgħet din l-attività;
b) Jekk dan l-ammont qabiżx il-vot allokat għal din l-attività;
ċ) Min kienu l-parteċipanti f'din l-attività; u
d) Kemm hu l-ammont ta’ flus li ġew allokati għal kull attività?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-ispiża totali biex titela l-attività Lejliet Lapsi - Notte Gozitana 2013 ammont għal €122,307.34 liema ammont ma qabżix il-vot allokat. L-allokazzjoni tal-flus għal din l-attività maret b'dan il-mod:
Media u Advertising €20,028.38
Program ta' attivitajiet €57,428.23
Loġistika €44,850.73
Il-lista tal-parteċipanti fil-programm ta din is-sena qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tħallasx is-sussidju għall-ewwel tliet xhur ta' din is-sena (Jannar - Marzu) għall-istudenti Għawdxin f'Malta peress li dan normalment jitħallas fl-ewwel jiem ta' April? Jekk għadu ma tħallasx, x'inhi r-raġuni li kien hemm dan id-dewmien meta l-Ministru jaf li għall-istudenti Għawdxin dan is-sussidju huwa importanti ħafna biex iħallsu l-kera fejn joqogħdu u kontijiet oħra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-istudenti Għawdxin f'Malta tħallsu s-sussidju għall-ewwel tlett xhur ta' din is-sena.
Fondi tal-Unjoni Ewropea – Kofinanzjament ta’ programmi u inizjattivi
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-proġetti u programmi/inizjattivi kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea li bħalissa għaddej ix-xogħol fuqhom jew għadhom għaddejjin? Jista' jagħti l-valur totali, għal kull proġett jew programm/inizjattiva, ta’ kemm se jiġi jiswa u kemm minnu hu kofinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid meta hu maħsub li jispiċċa kull proġett jew programm/inizjattiva?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba dwar il-proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropeja li minnhom hu responsabli l-Ministeru għal Għawdex u li fuqhom għadu għaddej ix-xogħol hija dik murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex — Nefqa għall-użu ta' mobiles
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għal użu tal-mobiles kollha tal-Ministru u segretarjat privat għall-perijodu bejn 1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li n-nefqa tal-Ministeru għall-użu tal-mobiles kollha tal- Ministeru u segretarjat privat tiegħu għall0perjodu bejn 1 ta' Gunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 ammontat għal 4,700.18
Ministeru għal Għawdex — impjegati fis-segretarjati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 729, dwar persuni impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku mas-segretarjat tal-Ministeru, jista' l-Ministru jiforma l-Kamra b'dawn d-dettalji: l-isem ta’ dawn l-individwi, il-kariga li qed jokkupaw, l-iskala tas-salarju tagħhom u l-impjieg preċedenti tagħhom?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari numru 558.
Gozo Channel – bord tad-diretturi – ħatra ta’ segretarju
Question
Jista' l-Ministru jgħid min inħatar bħala Segretarju tal-Bord tad-Diretturi tal-Gozo Channel? Din il-persuna għadha tokkupa din il-kariga? Jekk le min inħatar flokha u x'kienet ir-raġuni li inbidlet?
Response (REFALO, ANTON)
Għandi ninforma lill-Onorevoli interpellant li Dr Mandy Farrugia inħatret bħala segretarja tal-bord tad-diretturi tal-Gozo Channel u li hija għadha tokkupa din il-kariga.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju intgħażlet ir-rock opera Ġensna bħala parti min-Notte Gozitana 2013? Jista' l-Ministru jikkonferma jekk sarux tibdiliet fil-lirika tal-verżjoni skedata għal waqt in-Notte Gozitana fid-dawl li l-lirika oriġinali tista’ tiġi interpretata bħala li fiha tagħwiġ storiku li jnaqqas l-importanza tal-Indipendenza li issa Gvern Laburista stess kemm-il darba tenna li kien pass storiku mill-aktar importanti għal pajjiżna? Jista' jgħid kemm finalment se jkunu nħarġu fondi pubbliċi biex tittella' din il-produzzjoni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li d-deċiżjoni sabiex tittella' 'rock opera' Ġensna bħala parti min-Notte Gozitana 2013, kienet wahda unanima mill-Kumitat Organizattiv ta' din l-attivita. Il-likrika ta' ' Gensna in Concert' hija l-istess lirika li intużat fil-produzzjoni li ttelleghet fl-2009 f'Dar il-Mediterran u li skont il-ħarġa tal- Mument tat-8 ta' Marzu ta' dik l-istess sena kienet deskritta bħala l-aqwa rock opera li nkitbet f'Malta. Din il-produzzjoni li kienet tinkludi cast ta' iktar minn disgħin ruh flimkien mal-ipprogettar ta' viżwali maħduma apposta għall-palk ġiet tiswa 23,600 Eur
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-provvista ta' fuel tal-karozzi kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn l-1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li in-nefqa tal-Ministeru għall-provista ta' fuel tal-karozzi kollha tal- Ministeru u s-segretarjat privat għall-perjodu bejn l-1ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet ta' 5164.90 Eur
Jista' l-Ministru jgħid x'konsulenti ġew ingaġġati mal-Ministeru s'issa? Kif intgħażlu? X'inhu x-xogħol tagħhom? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopja tal-kuntratti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Xagħra (Għawdex) — Triq Ġnien Xibla - platform tal-konkos
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-platform tal-konkos fin-nofs tat-Triq Ġnien Xibla, ix-Xagħra sarx minn ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex? Jekk iva, kien hemm permessi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u Transport Malta biex din issir? Jista' jgħid jekk il-Kunsill Lokali tax-Xagħra ġiex ikkonsultat?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-każ qed jiġi investigat.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2012? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti ngħatax b’direct order jew le?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed npoggi fuq il-Mejda tal-Kamra
In-Nadur – Triq li twassal sar-Ramla l-Ħamra — xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jibda x-xogħol fuq it-tieni parti tat-triq li min-Nadur twassal sal-bajja tar-Ramla l-Ħamra wara li ftit aktar minn sena ilu tlesta x-xogħol fuq l-ewwel parti ta' din it-triq?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li t-tenders għal dan ix-xogħol għad iridu jiġu ppreparati biex dan isir meta ikun possibli.
Jista' l-Ministru jikkonferma li m'hemm l-ebda ħsieb li jiżdied in-noll tal-passiġġieri u vetturi li jużaw il-vapuri tal-Gozo Channel?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi n-nollijiet tal-passigieri u vetturi li juzaw is-servizz tal-Gozo Channel huma stabiliti permess ta' Avviż Legali 314 ta' 2004 u l-Public Service Obligtion Contract' li jirregola l-mod ta' kif il-Gozo Channel toffri s-servizzi bejn iż-żewġ gżejjer.
San Lawrenz (Għawdex) — Triq San Lawrenz - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq Triq San Lawrenz, f'San Lawrenz, Għawdex? Meta hu maħsub li titlesta din it-triq? Il-Ministeru għal Għawdex se jsewwi l-ħsarat estensivi li saru fit-toroq fl-Għarb li kienu qed jintużaw bħala rotta alternattiva meta Triq San Lawrenz kienet magħluqa għat-traffiku?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li x-xogħol miexi b'ritmu tajjeb u li huwa ppjanat li t-Triq ta' San Lawrenz terġa' tkun aċċessibli għall-bidu ta' Ġunju, għalkemm jibqgħu xogħlijiet oħra għaddejjin. Il-ħsarat fit-toroq alternattivi qegħdin jissewew mill-Ministeru għal Għawdex.
Ir-Rabat (Għawdex) — ċentru kliniku - trasferiment għall-Isptar Ġenerali t'Għawdex
Question
Jikkonferma l-Ministru li hu kien ikkonsultat u kien favur li ċ-ċentru kliniku li kien jinsab fiċ-ċentru tar-Rabat Għawdex jiġi trasferit għall-Isptar Ġenerali t'Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-ċentri tas-saħħa jaqgħu taħt il-Ministeru tas-Saħħa u għalhekk jekk joġgħbu jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.