Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #21784 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva – għoti ta’ kuntratti lil Individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lill-uffiċċju legali tiegħu, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Uffiċċju tal-Prim Ministru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li l-persuna li hemm riferenza ghaliha fil-mistoqsija tal-Onor Interpellant inghatat zewg kunratti ta’ xoghol mill-MEPA. Il-valur tal-kuntratti, li inghataw b’direct order, kienu ta’ €4,956 u €6,212 rispettivament.
Leg 12 PQ #21788 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – għoti ta’ kuntratti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Uffiċċju tal-Prim Ministru bejn Marzu 2013 u Diċembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #21789 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva – għoti ta’ kuntratti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Uffiċċju tal-Prim Ministru bejn Marzu 2013 u Diċembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-ebda entita' jew dipartiment taħt l-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari f'dan l-Uffiċċju ma talab xogħol jew servizz mingħand id-ditta msemmija.
Leg 12 PQ #21987 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

CDRT, Università ta’ Malta u MCAST – Memorandum of Understanding

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti iktar dettalji dwar il-Memorandum of Understanding li sar bejn iċ-Ċentru għall-Iżvilupp, Riċerka u Taħriġ (CDRT) u l-Università ta’ Malta kif ukoll l-MCAST?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Iż-żewġ memoranda iqarrbu l-ħidma taż-żewġ istituzzjonijiet mas-CDRT li huwa ċ-ċentru li jieħu ħsieb it-taħriġ tal-haddiema tal-gvern, jorganizza korsijiet huwa stess u li whud minnhom huma akkreditati wkoll. Iż-żewġ memoranda jikkonċernaw korsijiet ġodda għall-haddiema tal-gvern u aċċess għal- korsijiet oħra li diga qed isiru. Il-gvern jisponsorja għadd ta’ haddiema tiegħu biex jattendu dawn il-korsijiet. Il-memoranda jahsbu wkoll ghall-placements ta’ studenti fl-edukazzjoni terżjarja ma dipartimenti governattivi kif ukoll kollaborazzjoni fuq riċerka mehtieġa fis-servizz pubbliku. Il-kunċett wara dawn il-memoranda huwa li nagħmlu l-ahjar użu mir-rizorsi disponibbli b’hidma aktar mill-qrib li nemmnu jwasslu għal rizultati ahjar.
Leg 12 PQ #22272 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Belt – lista ta’ proprjetajiet u/jew artijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet u/jew artijiet ġewwa l-Belt Valletta illi jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Artijiet u li sal-lum (jiġifieri sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari) qegħdin fil-proċess li jiġu mgħoddija lil terzi bi kwalunkwe titolu? Jista’ jagħti l-indirizz ta’ tali proprjetajiet u/jew artijiet u jgħid ukoll lil min se jiġu mgħoddija u b’liema titolu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #22273 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – lista ta’ proprjetajiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet u/jew artijiet li kienu jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Artijiet imma sussegwentement ġew mgħoddija lil terzi bi kwalunkwe titolu bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #22274 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Permessi ta’ żvilupp – ordni ta’ applikazzjonijet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jispjega f’liema ordni qegħdin jiġu pproċessati applikazzjonijiet għall-permessi ta’ żvilupp tal-istess ġeneru u fl-istess lokalità? Jista’ jgħid jekk teżistix sistema fejn applikazzjoni partikolari tkun tista’ tingħata prijorità fuq applikazzjoni oħra, u jekk iva, x’inhuma l-kriterji biex applikazzjoni tingħata prijorità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat mill-Awtorita għall-Ambjent u l-Ippjanar li l-istess Awtorita, li kif kien isir fl-ahhar snin anki taħt amministrazzjonijiet preċedenti, l-istess Awtorita tagħti prijorita lil ċerti applikazzjonijiet skont iċ-ċirkostanzi jew ġeneru tal-applikazzjoni. Fost dawn hemm l-iskadenzi tal-kuntratti, proġetti li jkollhom finanzjament Ewropew jew barrani u xogħolijiet marbuta ma’ avvenimenti u ċirkostanzi partikolari.
Leg 12 PQ #22319 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sit Alternattiv għall-football stadium

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta Valletta FC se jingħataw is-sit alternattiv għall-football stadium tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #22320 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Belt Valletta – stabbilimenti ta’ divertiment u bars

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk l-istabbilimenti ta’ divertiment, bars jew postijiet simili li għandhom permess mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li joperaw tali attivitajiet fil-Belt Valletta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ applikazzjonijiet, Full Development Applications, li ġew approvati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar relatati ma’ stabbilimenti ta’ divertiment u bars fil-Belt Valletta.
Leg 12 PQ #22321 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Ġiljan – stabbilimenti ta’ divertiment u bars

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk l-istabbilimenti ta’ divertiment, bars jew postijiet simili li għandhom permess mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li joperaw tali attivitajiet f’San Ġiljan?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta’ applikazzjonijiet, Full Development Applications, li ġew approvati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar relatati ma’ stabbilimenti ta’ divertiment u bars f’ San Ġiljan.
Leg 12 PQ #22497 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xogħol ta’ kostruzzjoni fil-bini tal-MEPA

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 21547, 21228 u 21745, jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-kuntratturi tal-kostruzzjoni li qed jaħdmu u jagħmlu xogħol għall-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? Jista' jgħid jekk dan ix-xogħol li qed jinħadem minn din l-istess kumpanija/i, ingħatax permezz ta' tender jew ingħatax permezz ta' direct order? Kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol li qed jinħadem minn din l-istess kumpanija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Minn informazzjoni moghtija lili mill-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar, il-kumpaniji li qed jaghmlu xogħlijiet fil-bini tagħha, huma Bava Holdings Ltd u Aretrop – Carl Camilleri JV. Il-valur tax-xoghol huwa ta’ €200,972 u €136,397 rispettivament. Ix-xoghol inghata skont ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern, mhux permezz ta’ direct order u wara li inkisbet l-approvazzjoni tad-Dipartiment tal-Kuntratti u tal-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 12 PQ #22545 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

CHOGM – kiri ta’ karozzi tal-pulizija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm inkrew karozzi li ntużaw mill-pulizija waqt iċ-CHOGM? Jista’ jgħid mingħand min inkrew dawn il-karozzi? Jista’ jgħid kemm inkrew kull siegħa/ġurnata dawn il-karozzi? Jista’ jgħid min ħa ħsieb li jinkrew dawn il-karozzi? Jista’ jgħid jekk dawn inkrewx b’direct order jew inkella permezz ta’ tender? Jekk inħareġ tender, jista’ jgħid f’liema Gazzetta tal-Gvern ġie ppubblikat u meta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant ghat-twegiba ghall-misoqsija parlamentari 21515.
Leg 12 PQ #22551 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Budget 2016 — nefqa u reklamar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 213932 u jgħid x’kienet in-nefqa totali tal-Gvern fuq reklamar u informazzjoni dwar il-Budget 2016? Fuq xiex intefaq dan l-ammont? Min kienu u kemm tħallsu l-kuntratturi li ħadmu fuq dan ix-xogħol? Liema xogħol ingħata b’tender u liema xogħol ingħata wara sejħa pubblika?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-ispiza fuq il-kampanja ta’ informazzjoni dwar il-Budget 2016 kienet ta’ €200,560. Din tkopri spejjez marbuta ma’ filming, editing, dwal, sound, produzzjoni ta’ avvizi informattivi fuq gazzetti, televizjoni, radju u online, konferenzi tal-ahbarijiet u logistika kollha relatata. Din l-ispiza kienet €19,440 jew 9% inqas mill-ispiza fuq il-kampanja ta’ informazzjoni dwar il-Budget 2015. Ix-xoghol sar minn Force 5, webee, Que Sound, Nexos, TEC, HALO, AF Signs, Matthew Cesareo, Aaron Briffa, Centrecom, Vintage Concepts, Ikona Artworks u PBS. Ix-xoghol inghata skont ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern, wara li intalbu kwotazzjonijiet. Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-ispiza fuq il-Budget 2016 kienet ukoll €184,762 jew 48% inqas minn kemm kienet l-ispiza marbuta mal-kampanja ghall-Budget 2013, l-ahhar budget tal-gvern li kien jaghmel parti minnu, li kien maghruf minn qabel li ma kienx se jigi approvat mill-Parlament. L-ispiza fuq il-kampanja ghall-Budget 2013 kienet ta’ €385,322. L-approvazzjoni ghall-hlas ta’ din l-ispiza ingħatat mill-Ministru tal-Finanzi ta’ dak iz-zmien, lejliet id-data tal-ahhar elezzjoni generali.
Leg 12 PQ #21783 Sitting 345 2016-01-18 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – għoti ta’ kuntratti lil individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lill-uffiċċju legali tiegħu, mill -entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li l-persuna li hemm riferenza ghaliha fil-mistoqsija tieghu inghatat kuntratt b’rabta mal-process ta’ ristrutturar tal-linja nazzjonali tal-ajru. Kif inghataw kuntratti simili fl-ahhar legizlatura dwar ir-ristrutturar tal-linja nazzjonali tal-ajru, mill-gvern li kien jaghmel parti minnu l-Onor Interpellant stess, il-kuntratt inghata permezz ta’ direct order. Il-kuntratt inghata skont ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern u bl-awtorizazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi. Nixtieq nirrimarka l-mod differenti kif qed jitmexxa llum b’mod miftuh il-process ta’ ristrutturar tal-Air Malta, meta imqabbel ma dak li gara qabel l-ahhar elezzjoni generali. Fil-legizlatura li ghaddiet il-Ministru responsabbli mill-Air Malta, l-Onor Tonio Fenech, f’dan il-Parlament kien jirrifjuta li jaghti d-dettalji la tal-ismijiet u lanqas tal-hlas tal-konsulenti dwar l-Air Malta ghaliex skont huwa din kienet informazzjoni ta’ natura kummerċjalment sensittiva.
Leg 12 PQ #22315 Sitting 345 2016-01-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Valletta – lista ta’ permessi maħruġa mill-MEPA

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ permessi li nħarġu mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għal żvilupp fil-Belt Valletta fl-2014 u fl-2015? Għal kull każ, jista’ jgħid: a) fiex kien jikkonsisti; b) meta sar; c) min kien ikkuntrattat biex jagħmlu; u d) kemm sewa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ applikazzjoniiet li ġew approvati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar matul is-snin 2014 u 2015 fil- Belt Valletta. Għal kull applikazzjoni qed tingħata il-proposta tax-xogħlijiet u id-data tad-deċiżjoni. L-Awtorità m’għandiex informazzjoni dwar min kien ikkuntrattat biex jagħmel ix-xogħol u kemm sewa.
Leg 12 PQ #22316 Sitting 345 2016-01-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Belt – suq tal-belt — pjazza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern tax il-pjazza (kollha jew parti minnha) ta’ quddiem is-Suq tal-Belt lill-kumpanija li ngħatat il-kuntratt biex tirriġenera u tamministra s-Suq tal-Belt, b’titolu ta’ ċens jew kera jew fuq bażi ta’ encroachment? Jekk iva, jista’ jagħti t-termini u l-kundizzjonijiet li fuqhom din ingħatat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-suq tal-Belt u parti mill-pjazza ta’ quddiem l-istess binja jiffurmaw il-konċessjoni kollha li ser tingħata lill-kumpanija biex tiġġenera u tamministra din il-proprjetà b’titolu ta’ ċens, għal perjodu ta’ 65 sena. L-emfitewta huma marbuta li jagħmlu kontribuzzjoni ta’ mitejn u ħamsin elf ewro (€250,000) għal xogħol ta’ tisbieħ fiż-żona madwar il-bini tas-Suq inkluż il-parti tal-pjazza konċessa lilhom. Kemm il-darba ix-xogħol ta’ tisbiħ ma jsirx jew inkella tintefaq somma inqas mill-ammont indikat, allura din il-kontribuzzjoni jew parti minnha trid titħallas lill-Gvern skont it-termini tal-kuntratt taċ-ċens. Ngħarraf lill-Onor Interpelant li l-konċessjoni kienet approvata b’mod unanimu mill-Kumitat Parlamentari dwar il-Kontijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ftit tal-jiem ilu.
Leg 12 PQ #22317 Sitting 345 2016-01-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reklamazzjoni tal-Art — sottomissjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-elenku tas-sottomissjonijiet in konnessjoni mas-sejħa ta’ interess għar-reklamazzjoni tal-art u jagħti deskrizzjoni ta’ kull proġett li hu propost?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li d-dettalji ta’ kull proposta jitħabbru wara li jingħalaq il-proċess kollu ta’ evalwazzjoni.
Leg 12 PQ #22318 Sitting 345 2016-01-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reklamazzjoni tal-Art – Sottomissjonijiet tal-MEPA

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk tlestiex l-istudju tal-MEPA dwar is-sottomissjonijiet in konnessjoni mas-sejħa ta’ interess għar-reklamazzjoni tal-art u jekk iva jista’ jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat mill–MEPA, li s-sejħa li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant qed issegwi l-istess proċess li ssegwi kull sejħa ta’interess ohra.
Leg 12 PQ #20673 Sitting 344 2016-01-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

PAHRO — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ mal-PAHRO?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Skont il-policy preżenti, ir-“Re-employment and Re-instatment Committee” (RRC) daħħal lill-persuna msemmija fl-aħħar ħatra li kellha qabel ma rriżenjat mis-Servizz Pubbliku, jiġifieri ta’ Supply Learning Support Assistant. Minħabba li qabel irriżenjat kienet għamlet iktar minn erba’ snin f’din il-ħatra definita, ittieħdu l-mi¿uri meħtieġa mal-Kummisjoni dwar is-Servizz Pubbliku u sussegwentament ingħatatilha l-ħatra fuq bażi indefinita li kienet intitolata għaliha.
Leg 12 PQ #20962 Sitting 344 2016-01-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reklamazzjoni tal-art — sottomissjonijiet għall-proposti

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20210, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm applikazzjonijiet oħra li ġew sottomessi lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qabel din is-sena, jew f’din is-sena, fil-perjodu wara d-data li fiha ngħatat it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20210?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda applikazzjoni mal-MEPA għar-reklamazzjoni tal-art.