B’referenza għall-mistoqsijiet preċedenti dwar Triq il-Palazzi fiż-Żejtun, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret s’issa u x’kordinament qed isir mal-Kunsill Lokali taż-Żejtun sabiex din it-triq tingħata wiċċ diċenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kunsill lokali ġie ikkonsultat sabiex jissottometti lista ta’ toroq fil-lokalità imsemmija li qatt ma nbnew.
Rigward koordinament fuq din it-triq partikolari, Transport Malta kkonfermat mal-kunsill lokali għall-parti tat-triq li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħha.
Iktar koordinament ikun jista’ jsir meta din it-triq tiġi nkluża fil-programm ta’ toroq li jridu jsiru.
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi wkoll għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2752.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3440, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq il-karozzi tal-linja kif indikat fit-tweġiba matul l-ewwel sitt xhur tal-2013? Kemm hu l-ammont ta’ multi li ġew imposti f’dan l-istess perjodu minħabba l-ksur indikat fil-mistoqsija?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li fil-perijodu ta’ bejn Jannar u Ġunju tas-sena 2013, l-uffiċjali ta’ Transport Malta għamlu 608 spezzjonijiet sabiex jaraw li t-temperatura ġewwa x-xarabanks hija skont kif stipulata fil-kuntratt, jiġifieri bejn l-20 u l-24 gradi celcius.
Infurmat ukoll li minn dawn l-ispezzjonijiet, 21% instabu mhux konformi mal-kuntratt filwaqt li 79% instabu konformi mal-kuntratt.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar u s-16 ta’ Ġunju tat-2013 Transport Malta mponiet 117-il multa f’dan ir-rigward li jammontaw għal €2,925.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ biljetti tal-ġurnata, ta’ ġimgħa u ta’ xahar li nxtraw bejn Jannar u Ġunju tal-2013 minn persuni li jużaw it-trasport pubbliku provdut mill-Arriva? Jista’ jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta’ passiġġieri li użaw it-trasport f’dan l-istess perijodu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li, skont informazzjoni provduta mill-operatur tat-trasport pubbliku, fil-perijodu ta’ bejn Jannar u Ġunju 2013 in-numru ta’ biljetti mibjugħa huwa hekk kif ġej:
Tip ta’ Biljett
Ammont ta’ biljetti mibjugħa
Ta’ sagħtejn
857,637
Ta’ ġurnata
4,294,994
Ta’ ġimgħa
310,188
Ta’ xahar
18,475
Ta’ disgħin ġurnata
1,479
Total
5,482,773
L-ammont ta’ passiġġieri li ġew rapportati mill-operatur tat-trasport pubbliku li użaw is-servizz fl-istess perjodu jammonta għal 18,595,665.
Sistema tas-CVA – applikazzjonijiet għall-exemptions
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiddeċiedu l-applikazzjonijiet għall-exemptions għas-sistema tas-CVA?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet għall-exemptions għas-sistema tas-CVA jiġu deċiżi mill-Bord Amministrattiv tas-CVA hekk kif stipulat fir-regolamenti tal-2007 dwar aċċess ikkontrollat ta’ vetturi f’ċertu żoni.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — impjegati li qed isegwu kors l-Università
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors l-Università u/jew kors online ma' università barranija (indikati separatament)? Jista’ jgħid liema korsijiet huma? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?
Response (MIZZI, JOE)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bħala parti mill-proġett ta’ Bieb il-Belt, kif imfassal mill-Gvern preċedenti, qatt kienx hemm ippjanat li jkun hemm spazju għal arkivju? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx stima biex ikun hemm spazju bħal dan?
Response (MIZZI, JOE)
Il-pjanti ta’Renzo Piano jinkludu spazju għall-Arkivju fil-livell ta’ isfel dak li hu magħruf bħala ex-train station jew “ex-yellow” garage. L-istima għall-iskop tal-arkivji hija ta €250,000 .
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bħala parti mill-proġett ta’ Bieb il-Belt, kif imfassal mill-Gvern preċedenti, qatt kienx hemm ippjanat li f’kull sular ikun hemm spazju għal stores? Jekk le għaliex?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li ma hemmx “stores” fil-livelli individwali. Storage limitat huwa maħsub fil-livell magħruf “minus One” li hu riservat għal-maintenance. Spazju ieħor ta’storage limitat jinsab f’kull livell li huwa marbut mal-cleaner jew tindif tal-post.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bħala parti mill-proġett ta’ Bieb il-Belt, kif imfassal mill-Gvern preċedenti, qatt kienx hemm ippjanat xogħol fuq il-bus terminus? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx stimi ta’ kemm jiġi jiswa l-proġett tal-bus terminus?
Response (MIZZI, JOE)
It-tisbieħ tal-ex-Bus Terminus (iż-żona magħrufa bħala area tal-funtana tat-Tritoni u l-ġnien ta’ Buskuttin) ma tagħmilx parti mill-budget tal-proġett ta’Bieb il-Belt, iżda Renzo Piano ġie mitlub biex jagħmel proposta għal din iż-żona liema pjanti qegħdin quddiem il-MEPA għall- permessi meħtieġa.
L-istima ta’ dan l-iżvilupp kien stmat bejn € 3.5 u € 4 miljuni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bħala parti mill-proġett ta’ Bieb il-Belt, kif imfassal mill-Gvern preċedenti, qatt kienx hemm ippjanat xogħol fuq il-faċċata tal-blokk residenzjali li hemm faċċata tal-proġett ? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx stimi ta’ kemm jiġi jiswa dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Iva, il-proġett jinkludi tisbieħ tal-faċċati, dik li tħares fuq triq Repubblika, kif ukoll dik li tħares lejn il-pjazza tal-funtana tat-Tritoni(Papa Piju X). Ix-xogħol jikkonsisti f’tibdil tal-gallariji eżistenti tal-ġebel f’gallariji tal-injam fuq stil tradizzjonali. Huwa pproġettat anki xi tibdil strutturali fil-loġġja kif ukoll introduzzjoni ta’ lift skond il-pjanti approvati mill-MEPA. Ix-xogħol diġa’ beda u l-infiq kapitali ġie approvat u allokat fil-budget 2013.
Il-flus allokati għal din il-parti tal-proġett huma kif ġej:-
1) Gallariji €226,200
2) Xogħol ta’ Pavimentar tal – Loggia €337,000
3) Xogħol ta’ Pavimentar tat-Terrazza € 60,000
4) Xogħol ta’ Rinnovar fuq Arkati u Poġġamani €560,000
Fir-rigward tax-xogħolijiet ta’ Rinnovar fuq Arkati u Poġġamani, ninsab infurmat li qatt ma kien hemm allokati fondi biżżejjed għal din il-parti tal-proġett.
Il-figuri hawn fuq mogħtija huma esklużi l-VAT.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bħala parti mill-proġett ta’ Bieb il-Belt, kif imfassal mill-Gvern preċedenti, qatt kienx hemm ippjanat xogħol biex it-teatru jkollu stage u tagħmir ieħor relatat bħal fost oħrajn dwal apposta? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx stimi ta’ kemm jiġi jiswa dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellenat li huwa ikkonfermat li l-progett kif ippjanat jinkludi stage u faċilitajiet bħal sound system speċjaliżżat kif ukoll l-infrastruttura neċessarja biex ikunu jistgħu jintużaw dwal apposta skond ir-rappreżentazzjonijiet li jkunu qegħdin jintwerew. Id-dwal huma ta’żewgt kategoriji, dawk li huma magħrufa bħala “standard fitment” u dak li huwa magħruf bħala “Event Specific”, fil- każ ta’ l-aħħar dawn jiġu mikrija għal rappreżentazzjonijiet speċifiki mill-organiżżaturi.
Ta’ min jgħid li in-nefqa għad-dwal u sound huwa kif ġej:-
Acoustic Panels €257,000
Performance Lighting €233,000
Structure and Performance Equipment €350,000
Ta’ min wieħed josserva li dan il-proġett ser jiġi jiswa aktar milli kien ipproġettat u għalhekk numru ta’ items li kienu pproġettati kellhom jitwaqqfu.
Ħal Qormi – Triq Lydda – permess għal reserved parking
Question
Jista’ l-Ministru jghid jekk fi Triq Lydda, Ħal Qormi hemmx permess minn Transport Malta għal reserved parking għal tliet karozzi, liema parking ġie mdawwar b'ċint ta' tliet filati fuq it-tarmak eżistenti? X' passi se tieħu Transport Malta jekk tali parking u ħajt saru mingħajr il-permessi neċessarji?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li skont Transport Malta, m’hemm l-ebda approvazzjoni għall-kaxxi tal-parkeġġ riservati u lanqas għaċ-ċint li għalihom qed jirreferi l-Onor. Interpellant. Il-passi neċessarji sabiex jitneħħa dan iċ-ċint huma responsabbilta’ tal-pulizija skont Avviż Legali 29 tal-2010 (Kap. 499). Kemm il-kunsill lokali kif ukoll il-pulizija huma infurmati b’dan il-każ.
San Pawl il-Baħar – ilmenti fuq rotta ta’ karozza tal-linja
Question
Peress li waslu xi rapporti li l-karozza tal-linja bin-numru 41 u 42, nhar is-Sibt 6 ta’ Lulju, prattikament m’għamlitx it-trip tagħha bejn is-6:00pm u t-8:00pm (fil-bus stop bl-isem Mary) fit-triq prinċipali ta’ San Pawl il-Baħar, jista’ l-Ministru jinvestiga l-każ u jinforma lill-Kamra dwar x’ġara?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li minn investigazzjoni li għamlet Transport f’Malta fuq is-sistema elettronika li timmoniterja s-servizz tat-trasport pubbliku permezz ta’ sistema ta’ tracking tax-xarabanks, irriżulta s-sussegwenti fuq ir-rotot 41 u 42 li operaw nhar is-6 ta’ Lulju 2013 bejn is-6.00pm u t-8.00pm:
· Minn sitt vjaġġi skedati li jitilqu miċ-Ċirkewwa lejn il-Belt Valletta, jirriżulta li l-vjaġġi kollha telqu miċ-Ċirkewwa. Madanakollu rriżulta li wieħed mill-vjaġġi li kellu jgħaddi minn fuq bus stop Mary għall-ħabta tas-7.08pm m’għaddiex minħabba li x-xufier wettaq devjazzjoni mhux awtorizzata u minflok għadda mill-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar.
· Minn sitt vjaġġi skedati li jitilqu mill-Belt Valletta lejn iċ-Ċirkewwa, jirriżulta li saru ħames vjaġġi minħabba li kien hemm xarabank li waqaf bil-ħsara. Irriżulta wkoll li wieħed mill-vjaġġi li kellu jgħaddi minn fuq bus stop Mary għall-habta tas-6.36pm m’għaddiex minħabba li x-xufier wettaq devjazzjoni mhux awtorizzata u minflok għadda mill-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta ser timponi l-penali applikabbli skont il-kuntratt fiż-żewġ każijiet fejn saret devjazzjoni, filwaqt li ser timponi wkoll multa oħra minħabba li l-operatur tat-trasport naqas milli jibgħat karozza oħra minflok ix-xarabank li waqfet bil-ħsara, għalkemm nemmen li l-iktar ħaġa mportanti mhux il-multi imma li jkompli jitjieb is-servizz.
Infurmat ukoll illi Transport Malta tagħmel moniteraġġ ffukat fuq rotot speċifiċi sabiex tassigura li r-rotot qed isiru kif suppost. F’każ li jiġu identifikati devjazzjonijiet mhux awtorizzati, Transport Malta tieħu l-azzjonijiet skont kif stipulat fil-kuntratt, kif ukoll tirrikjedi lill-operatur tat-trasport sabiex jieħu l-passi neċessarji sabiex dan ma jibqax iseħħ.
Fil-ġimgħat li ġejjin Transport Malta ser tiffoka l-moniteraġġ tagħha fuq ir-Rotot 41 u 42 sabiex jekk isiru devjazzjonijiet mhux awtorizzati tinforma lill-operatur tat-trasport bil-ghan li jittieħdu l-passi neċessarji u jingħata servizz kif suppost.
Nħeġġeġ lill-pubbliku li f’xi diffikulta jagħmlu kuntatt ma Transport Malta fuq freephone 80072393
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3336, billi l-camera partikolari li għamilt referenza għaliha, dik tal-bypass ta’ San Pawl il-Baħar, mhux biss kienet saret applikazzjoni għaliha, iżda kienet ukoll approvata, jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif kollu marbut ma’ din il-camera, għaliex ir-residenti ta’ San Pawl il-Baħar li joqogħdu qrib il-bypass qed ibatu minn bosta inkonvenjenti?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jerġa’ jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 3336, fejn intqal li, skont proċeduri stabbiliti f’Ottubru 2012, kull applikazzjoni għal speed cameras, inkluż dawk eżistenti, kellha tiġi sottomessa mill-kumitat reġjonali. Skont dawn il-kriterji, din l-applikazzjoni partikulari kellha terġa’ tiġi sottomessa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-isleeping policemen li saru f’Wied iz-Ziju, limiti taż-Żejtun, sarux bl-approvazzjoni ta’ Transport Malta? Min għamel it-talba għal dawn l-isleeping policemen?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-talba oriġinali għall-miżuri li jnaqqsu l-veloċita’ tal-vetturi kienet saret mill-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn bid-data 6 ta’ Ġunju 2011, u l-miżuri li ġew installati f’din it-triq ġew approvati minn Transport Malta fit-28 ta’ Ġunju 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk zebra crossing li tinsab fi Triq Ħal Tartarni, ir-Rabat għandhiex il-permessi kollha neċessarji? Jekk fin-negattiv, għaliex għadha ma tneħħietx minn Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li skont Transport Malta, iżz-zebra crossing li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentati kienet ġiet approvata mill-Awtorità fl-14 ta’ Mejju 2010.
Peress illi se jiġi rivedut il-lokal plan, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb ii tiġi ipproġettata triq minn Triq il-Falkunier għal Triq San Ġużepp fiż-Żejtun? Ta’ min huma l-għelieqi illi se jiġu affetwati jekk tgħaddi din it-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministri kkonċernati, minħabba li l-local plan taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-MEPA u l-informazzjoni rigward sidien ta’ artijiet tinsab għand id-Dipartiment tal-Artijiet.
Kunsill Lokali Żejtun — laqgħa mal-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħdux minuti tal-laqgħa li saret bejn il-Ministru u l-Kunsill Lokali taż-Żejtun? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-minuti? Jekk ma ttieħudux minuti waqt din il-laqgħa, x' kien diskuss bejn iż-żewġ partijiet u x'ġie konkluż?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura iltaqa’ mal-Kunsill Lokali taż-Żejtun bħal ma għamel ma’ kull Kunsill Lokali ieħor biex iressqulu l-ilmenti u s-suġġerimenti tagħhom dwar materji fid-dekasteru tiegħu. Dan sar fost oħrajn sabiex ikun jista’ jiġi mfassal tajjeb il-pjan tax-xogħolijiet li jridu jitwettqu tul dawn il-ħames snin li ġejjin.
Fil-fatt, il-Kunsill Lokali għadda lista ta’ dawn l-ilmenti u suġġerimenti, li kienu jinkludu fost oħrajn ilmenti dwar is-servizz tat-trasport pubbliku li bdew minn meta daħlet fis-seħħ ir-riforma fl-2011, ilmenti dwar il-fatt li l-Kunsill Lokali kien ilu 10 snin sħaħ jitlob lill-amministrazzjoni preċedenti biex isir programm ta’ ‘resurfacing’ ta’ toroq li ilhom iżjed minn 25 sena, xogħol f’Misraħ ir-Repubblika li l-Gvern preċedenti abbanduna għal diversi snin u t-tkomplija tar-ring-road li li l-aħħar parti tagħha tħalliet nofs xogħol.
Billi fil-paġna ta’ quddiem tal-ġurnal ‘it-Torċa’ tas-7 ta’ Lulju 2013, intqal li l-Arriva aċċettat li jitneħħew il-bendy buses minn fuq ir-rotot li ssuġġerixxa l-Ministru, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu r-rotot li ssuġġerixxa li minnhom jitneħħew il-bendy buses?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Arriva Malta Ltd qablet mal-prinċipju li l-articulated buses jintużaw biss f’toroq prinċipali u li huma wesgħin biżżejjed li jakkomodaw xarabanks ta’ dan it-tip.
Infurmat ukoll li r-relokazzjoni ta’ fejn ser jiġu utilizzati l-articulated buses ser tkun implimentata fix-xhur li ġejjin bħala parti mid-diskussjonijiet li qed isiru mal-Arriva Malta Ltd sabiex jiġi assigurat li t-transizzjoni ta’ tneħħija ta’ dawn il-vetturi minn fuq ċerta rotot ma jkolliex impatt negattiv fuq il-passiġġiera.