Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #22448 Sitting 351 2016-02-01 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Is-Swieqi – tibdil fil-pjan lokali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk fil-lokalità tas-Swieqi hux se jkun hemm bidla fil-pjan lokali? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk hemmx żoni ta’ żvilupp residenzjali fis-Swieqi li permess tal-pjan lokali se jinbidlu għal żoni tal-iżvilupp kummerċjali? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid f’liema toroq se jsiru dawn it-tibdiliet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 22447.
Leg 12 PQ #22780 Sitting 351 2016-02-01 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — permessi għal żvilupp fil-Mistra Village

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-MEPA ħarġitx permess ta' żvilupp fix-Xemxija, liema żvilupp kellu jieħu post dak li qabel kien il-Mistra Village? Jekk iva, meta nħareġ dan il-permess, wara li ġie approvat? Jekk le, x'inhi r-raġuni li għaliha l-istess permess ma nħariġx?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Minn tagħrif mogħti lili mill-Awtorita ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar, l-applikazzjoni għal żvilupp fix-Xemxija fil-post fejn qabel kien hemm il-Mistra Village saret fl-24 ta’ Dicembru 2008. Il-MEPA ħarġet non executable full development permission fid-9 ta’ Jannar 2014. Il-MEPA toħroġ biss executable full development permission meta l-applikant jonora l-kundizzjonijiet numru 1 u 2 tal-istess permess li jirrigwardaw garanzja bankarja bl-ammont ta’ €200,000 u planning gain bl-ammont ta’ €750,000.
Leg 12 PQ #22850 Sitting 351 2016-02-01 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Klabb tal-Futbol – għotja ta’ art

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22657, u jikkonferma jekk sarux laqgħat u effettivament kienx hemm qbil dwar għoti ta’ art lin-Naxxar Lions FC sabiex ikunu jistgħu jibnu faċilità sportiva?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 22661.
Leg 12 PQ #22851 Sitting 351 2016-02-01 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – site plan għal art għal faċilità sportiva

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22658 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan tal-art li ġiet imwiegħda mid-Dipartiment tal-Artijiet lin-Naxxar Lions FC apparti dik li kienet diġà mogħtija lill-istess għaqda sportiva Naxxarija mill-amministrazzjoni preċedenti u dan sabiex tkun tista’ tinbena faċilità sportiva mill-istess soċjetà sportiva?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 22850.
Leg 12 PQ #22852 Sitting 351 2016-02-01 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mellieħa – Ċimiterju Omm il-Ħniena

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti aġġornament dwar meta mistenni jibda x-xogħol fuq l-estensjoni taċ-Ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċimiterji li huma proprjetà tal-Gvern mhumiex amministrati mid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern i¿da jaqgħu taħt is-Sanita’. Għaldaqstant l-Onor Membru huwa mitlub li jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #21964 Sitting 350 2016-01-27 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċentri reġjonali ta’ Servizz.gov

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-ħsieb wara ċ-ċentri reġjonali ta’ servizz.gov? Kemm hemm ċentri li qed joperaw? Kemm huma s-servizzi offruti? Kemm kienu l-każijiet li ntlaqgħu s’issa? Liema huma l-oqsma li l-iktar li qed jintalab servizz dwarhom? X’inhu l-ħin tal-ftuħ ta’ dawn iċ-ċentri? X’inhuma l-pjanijiet għal matul l-2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Iċ-ċentri servizz.gov għandhom l-għan li jressqu s-servizzi iktar qrib iċ-ċittadini. F’din l-ewwel fazi infetħu 3 ċentri li qed joffru mal-250 servizz. Kemm ilhom miftuħa dawn ċ-ċentri daħlu mal-5 t’elef każ u l-iktar li qed jintalbu huma servizzi dwar ID management, sahha u servizzi soċjali. Il-ħinijiet li qed jiftħu dawn iċ-ċentri huma mit-Tnejn sal-Hamis bejn it-8.00am u s-1.00pm, il-Gimgħa bejn il-5.00 pm u s-7.30pm u s-Sibt bejn it-8.00am u s-1.00pm . Matul l-2016 hemm il-hsieb li jkunu amalgamati ma servizz.gov, servizzi bl-email u jinfetħu wkoll tlett ċentri ġodda.
Leg 12 PQ #22508 Sitting 350 2016-01-27 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – petrol u diesel — nefqa

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21735, jista’ l-Prim Ministru jgħid min juża t-tieni karozza u għaliex tintefaq l-ispiża ta’ €114 fil-ġimgħa? Jista’ jgħid kemm isiru kilometri fil-ġimgħa bl-imsemmija karozza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tieni karozza llum tintuża ghall-istess mod li kienet tintuza t-tieni karozza fl-ahhar leġiżlatura. Il-medja ta’ kilometri fil-gimgħa hija ta’ 660.
Leg 12 PQ #22037 Sitting 349 2016-01-26 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għoti ta’ Tenders

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienet is-sitwazzjoni li sab il-Gvern f’Marzu 2013 dwar numru ta’ ġranet biex tender kien jiġi evalwat u mirbuħ u x’miżuri ttieħdu fuq dan il-qasam?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żmien meħtieġ biex jigi evalwat u magħ¿ul it-tender rebbieħ wara l-implimentazzjoni tal-mi¿uri mniżżla hawn taħt naqas minn 298 ġurnata fl-2013 għal 115-il ġurnata fl-2015. Il-miżuri ewlenin li ttieħdu mid-Dipartiment tal-Kuntratti biex titnaqqas il-burokrazija huma: · Validita’ tal-garanzija bankarja tat-tenders (Bid Bonds) tnaqqset għal 90 ġurnata mill-1 ta’ Frar 2015. Qabel kienet 150 ġurnata. Dan ifisser li l-bordijiet tal-evalwazzjoni huma marbuta li jlestu l-evalwazzjoni f’90 ġurnata. · Is-sistema ta’ tliet pakketti (three package procedure) ġiet rizervata għal tenders li l-istima tagħhom hi minn €15 il-miljun jew iżjed (qabel kienet €2 miljuni biss). · żbalji aritmetiċi, rettifikazzjonijiet u klarifikazzjonijiet tal-offerti sottomessi bdew jigu decizi u approvati direttament mid-Direttur General ital-Kuntratti mingħajr ma jkollhom ghalfejn jistennew is-seduti tal-Kumitat General tal-Kuntratti. · Il-kapaċita finanzjarja qed tigi ċċekkjata direttament mal-MFSA li tissarraf f’inqas dewmien fl-evalwazzjoni. · Il-bordijiet ta’ evalwazzjoni qed jigu appuntati u approvati mid-Dipartiment tal-Kuntratti qabel jiġu ppublikati t-tenders. Id-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti iddelega numru ta’ proceduri interni biex ikun hemm iktar effiċenza u ħeffa fl-iproċessar tad-dokumenti.
Leg 12 PQ #22038 Sitting 349 2016-01-26 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EPPS — tagħrif

Question

Jista’ l-Prim Ministru jispjega x’inhi l-Electronic Public Procurement System (EPPS) u jagħti tagħrif dwar l-użu tagħha fl-2014 u l-2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Is-servizz ta’ l-e-procurement ġie stabbilit bħala l-għodda ewlenija għax-xiri ta’ provvisti, servizzi u xogħolijiet mill-Gvern. Kien hemm progress qawwi fl-uzu ta’ din is-sistema. Sal-ahhar ta’ Novembru 2015 ġew ippublikati 14,286 tender elettroniku mill-gvern u rregistraw 3,071 operatur ekonomiku. Żieda qawwija mill-figuri ta’ l-2014 (8,107 e-tender ippublikat u 2,152 operatur ekonomiku rregistrat) L-obbligu ta’ l-użu ta’ l-e-procurement fl-2013 għal tenders b’valur stmat ta’ iktar minn 120,000 Ewro ikkontribwixxa sabiex jitnaqqas iż-żmien meħtieġ sabiex jigu magħżulin l-offerti rebbieha minn 298 ġurnata fl-2013 għal 115 -il ġurnata fl-2015. Ġie frankat ħafna ħin mill-proċess kollu tax-xiri pubbliku u għalhekk hemm iktar ħin sabiex jigu preparati aħjar kemm it-tenders kif ukoll l-offerti. It-trasparenza hija benefiċċju kbir tas sistema fejn tul il-proċess kollu l-operaturi ekonomici kif ukoll il-“contracting authorities” għandhom l-informazzjoni kollha disponibbli. Is-sistema għamlitha wkoll possibbli li titnaqqas il-burokrazija billi jiġu ssimplifikati ċerti proċessi, eżerċizzju kontinwu partikolarment sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet ta’ l-operaturi ekonomiċi mingħajr ma jigu kompromessi l-prinċipji ta’ non-diskriminazzjoni u trattament ekwu.
Leg 12 PQ #22619 Sitting 349 2016-01-26 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Toroq rurali – fondi ewropej

Question

B' referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21153, jista’ l-Prim Ministru jgħid min hu responsabbli mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kif inhu magħruf pubblikament u kif stqarr l-Onor Interpellant innifsu f’mistoqsija parlamentari oħra li ressaq iktar kmieni din l-gimgħa, l-Awtorita ta’Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, taqa taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 12 PQ #22612 Sitting 348 2016-01-25 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Villa Francia — Attivitajiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk is-Sinjura Muscat u hu, flimkien jew separatament, ġieli organizzaw riċevimenti jew attivitajiet oħra fid-dar uffiċjali tal-Gvern imsejjħa Villa Francia, f’Ħal Lija u jekk iva, jista’ l-Prim Ministru jagħti break down ta’ liema kienu dawn l-attivitajiet jew riċevimenti, meta saru, u kemm kienet l-ispiża biex saru f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #22613 Sitting 348 2016-01-25 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Villa Francia – użu tal-proprjetà

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hu u s-Sinjura Muscat jużawx id-dar li hi proprjetà tal-Gvern, magħrufa bħala Villa Francia, bħala residenza tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba hija fin-negattiv.
Leg 12 PQ #22614 Sitting 348 2016-01-25 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Villa Francia – ħaddiema full-time u part-time

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu full-time jew part-time fid-dar li hi proprjeta tal-Gvern magħrufa bħala Villa Francia, f’Ħal Lija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol f’Villa Francia u fil-Palazz tal-Girgenti jsir minn tim wieħed, li jikkonsisti f’impjegat wieħed full time u żewġ impjegati part time. Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li qabel Marzu 2013 ix-xogħol fuq iż-żewġ postijiet kien isir minn tlett impjegati full-time u żewġ impjegati part time.
Leg 12 PQ #22615 Sitting 348 2016-01-25 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Villa Francia – suldati full-time u part-time

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldati jaħdmu full-time jew part-time fid-dar proprjeta tal-Gvern magħrufa bħala Villa Francia, f’Ħal Lija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pre¿enza ta’ membri tal-Forzi Armati f’Villa Francia huwa element li diġa kien jitħaddem f’legiżlaturi preċedenti. Illum f’Villa Francia hemm jaħdmu 3 suldati f’kull xift u suldat ieħor bil-ġurnata.
Leg 12 PQ #22616 Sitting 348 2016-01-25 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Villa Francia – żamma tal-proprjetà

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq iż-żamma tad-dar proprjetà tal-Gvern magħrufa bħala Villa Francia, f’Ħal Lija bejn Marzu 2013 u Diċembru 2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #22656 Sitting 348 2016-01-25 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Mellieħa – Kamra tan-nar — applikazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-applikazzjoni għall-bini ta’ Kamra tan-Nar fil-Mellieħa quddiem il-MEPA? Hemm xi data meta mistennija tiġi konkluża din l-istess applikazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat mill-Awtorita Maltija tal-Ambjent u l-Ippjannar li l-applikazzjoni għall-Kamra tan-Nar fil-Mellieħa li ġġib in-numru PA5985/09, kienet ġiet irrifjutata mill-MEPA. Wara li ġie sottomess appell, it-Tribunal ta' Revizjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar ressaq mill-ġdid l-applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-Ambjent u l-Ippjanar (EPC) sabiex terġa' tiġi kkunsidrata taħt il-policies il-ġodda. Pre¿entament l-applikazzjoni qed tigi eżaminata mill-Kumitat tal-Kmamar tan-Nar kif mitlub mill-policy. Meta jigi konkluz ir-rapport ta' dan il-Kumitat, id-Direttorat tal-Ippjanar ikun jista jikkonkludi r-rapport skont il-policy kurrenti.
Leg 12 PQ #22657 Sitting 348 2016-01-25 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Klabb tal-Futbol – għotja ta’ art

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk sarux laqgħat u effettivament kienx hemm qbil dwar għoti ta’ art lin-Naxxar Lions FC sabiex ikunu jistgħu jibnu faċilità sportiva?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Risposta tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #22658 Sitting 348 2016-01-25 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – site plan għal art għal faċilità sportiva

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan tal-art li ġiet imwiegħda mid-Dipartiment tal-Artijiet lin-Naxxar Lions FC apparti dik li kienet diġà mogħtija lill-istess għaqda sportiva Naxxarija mill-amministrazzjoni preċedenti u dan sabiex tkun tista’ tinbena faċilità sportiva mill-istess soċjetà sportiva?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Risposta tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #22556 Sitting 347 2016-01-20 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa fuq reklamar u informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21329 u 21529 u jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar
Leg 12 PQ #21110 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — art

Question

Billi diversi drabi ngħad li art li tinsab f’San Pawl il-Baħar u li fuqha kien maħsub li se jsir l-isports complex kienet ser tintuża għal diversi skopijiet differenti, minflok sports complex, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk tfassalx xi pjan partikulari bħala użu għal dan il-post?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jagħmel referenza għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari W313.