Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-suġġett tal-business studies ma jifformax parti mill-Kurrikulu Minimu Nazzjonali? Jista' jgħid jekk dan is-suġġett huwiex se jkun imdaħħal?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-Mistoqsija waslet il-Ministeru nhar il-Ġimgħa li għadda wara nofs in-nhar, meta bdew in-nofs ta' nhari, it-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Fakulta' ta' l-Arkitettura ta' l-Universita' li taċċetta li fil-kors tagħha tinkludi s-sehem tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' biex jikber l-għarfier dwar bini iżjed aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita'?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Fakulta` ta' l-Arkitettura u Inġinerija Ċivili tagħmel li tista' biex iżżomm ruħha aġġornata fl-iżviluppi kollha rilevanti fl-iżvilupp kollu li jsir fl-ambjent mibni, kemm dak li hu mibni u kemm dak li hu l-ambjent urban. Għal dan il-għan fil-korsijiet li jsiru tingħata importanza għall-fatt li kemm il-bini kif ukoll l-ambjent ta' barra jrid ikun aċċessibbli għal kulħadd inklużi persuni li għandhom xi diżabilita`, kemm jekk din tkun ta' natura permanentni jew temporanja. Fix-xogħol ta' disinn tagħhom l-istudenti huma mistennija li dak il-bini li jiddisinjaw isegwi n-normi u l-linji ta' gwida kollha, kemm dawk lokali u (speċjalment fejn lokalment ma jeżistux) dawk ta' pajjiżi oħra biex jassiguraw li l-bini tagħhom ikun aċċessibbli.
Għalhekk il-Fakulta` dejjem tieħu in konsiderzzjoni dak kollu li jsir minn organi kompetenti, kemm dawk governattivi kif ukoll fis-settur privat, li jwassal biex il-gradwati tal-Fakulta` jkunu konxji u ppreparati biżżejjed, biex iservu fil-professjoni tagħhom. In-normi stabbilit bil-liġi jew permezz ta' linji ta' gwida jingħataw kull importanza. Dan jinkludi x-xogħol li tagħmel il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita`.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16634?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ttieħdu u qed jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex il-komunikazzjonijiet li jintbagħtu mill-Ministeru u d-Dipartimenti kollha fi ħdanu jaslu fid-destinazzjoni tagħhom fl-iqsar żmien possibbli biex jibqa' jingħata l-aħjar servizz, anke b'mezzi ta' komunikazzjoni alternattivi. Informat li s-servizz miexi b'mod regolari.
Peress li madwar xahrejn ilu ħarġu applikazzjonijiet għall-ġurnalisti mal-P.B.S., jista' l-Ministru jgħid: 1) kemm applikaw għal dawn il-postijiet tax-xogħol vakanti; 2) meta saru l-intervisti; 3) meta ser joħorġu r-riżultat; u 4) kemm ħaddiema bħala ġurnalisti ser jiġu ngaġġati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-applikazzjoni għal ġurnalisti mal-PBS Ltd ġibdet 36 applikazzjoni. Sadanitant beda proċess ta' konsiderazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar il-PBS kif imfisser fir-rapport u wieħed irid jara x'ser jiġi propost finalment qabel jiġi deċiż x'vakanzi irid jimla'. Għaldaqstant il-proċess ta' l-applikazzjonijiet imsemmija ma jistax ikompli.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-Kumitat għall-Bżonnijiet Speċjali ta' l-Universita' ta' Malta li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Bord tal-Matsec dwar talbiet għall-opportunitajiet indaqs minn studenti b'diżabilita' biex jiżgura li jiltaqa' fil-ħin opportun biex jeżamina t-talbiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kumitat għall-Bżonnijiet Speċjali ta' l-Universita` ta' Malta qed jaħdem mal-Bord tal-MATSEC biex iħaffef il-proċeduri ħalli l-applikazzjonijiet kollha minn kandidati li jkollhom bżonn ta' għajnuna fl-eżamijiet jiġu kkunsidrati kemm jista' jkun malajr. Fost l-oħrajn, il-Kumitat qed jitlob lill-Bord tal-MATSEC biex jgħarraf lill-kapijiet ta' l-iskejjel (li huma responsabbli li jimlew l-applikazzjonijiet għan-nom ta' l-istudenti li jattendu fl-iskejjel tagħhom) biex ikunu ċerti li l-applikazzjoni tkun mimlija sħiħa, biċ-ċertifikati kollha meħtieġa, u li din tintbagħat fil-ħin.
Kull applikazzjoni li tista' tiġi milqugħa skond ir-regolamenti u l-prattiċi stabbiliti tiġi milqugħa amministrattivament immedjatament mingħajr il-ħtieġa li tiġi kkunsidrata mill-kumitat. F'każi bħal dawn l-istudent ikun mgħarraf immedjatament.
Il-laqgħat tal-Kumitat isiru matul l-aħħar ġimgħat ta' Frar u għalhekk jistenna li d-Dipartiment ta' l-Eżamijiet ikun għadda l-applikazzjonijiet kollha konċernati fil-ħin biex il-laqgħat isiru f'dan iż-żmien.
Kull applikazzjoni għalhekk għandu jkollha risposta mhux aktar tard mill-aħħar ta' Frar tas-sena li jkun ser isir l-eżami tal-Matrikola.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom il-Kumitat Ministerjali dwar l-Edukazzjoni Inklussiva dam perjodu twil ma jitlaqqa' wara Ottubru 1999? X'se jsir biex isir iżjed attiv u effettiv?
Response (GALEA, LOUIS)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi għar-risposta li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 15201.
Wara diskussjoni separati ma' diversi membri ta' dan il-kumitat, jiena erġajt laqqajt dan il-kumitat fl-10 ta' Mejju 2000 u minn dak in-nhar diġa' ltaqa' tlitt darbiet oħra. Dan il-kumitat iddiskuta diversi issues u jiena konvint li din id-diskussjoni bejn il-partijiet kollha konċernati qed tgħin biex ikollha policy aktar ċara, komprensiva, ko-ordinata u miftiehma bejn il-partijiet konċernati f'dan il-qasam.
Bħala miżura konkreta, ġie deċiż ukoll li l-Federazzjoni ta' l-Organizzazzjonijiet għall-Persuni b'Diżabilita` jkollha rappreżentant tagħha fuq dan il-kumitat. Din id-deċiżjoni diġa' ġiet impliementata u fil-fatt dan ir-rappreżentant diġa' beda jattendi l-laqgħat ta' dan il-kumitat.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni maħtura fuq is-sotto kumitat ta' l-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali fil-qasam ta' l-edukazzjoni speċjali? X'inhuma t-termini tar-riferenza tiegħu? X'kienu l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' dwar dan is-sotto-kumitat u kif irreaġixxa l-Ministeru għal dawn l-oġġezzjonijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Grupp ta' Ħidma dwar l-Edukazzjoni Inklussiva fi ħdan il-Kumitat ta' Gwida dwar it-Twettiq tal-Kurrikulu Nazzjonali kien kompost minn dawn il-persuni:
1. Is-Sur Michael King, Assistent Direttur, Dipartiment tas-
Servizzi għall-Istudenti, Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni;
Ċerpersin
2. Dr Paul Bartolo, Lecturer, Dipartiment tal-Psikoloġija,
Universita` ta' Malta
3. Mr Geroge Borg, Kap, Skola San Miguel
4. Ms Tereza Buġeja, Facilitator
5. Mr Joseph Camilleri, Ċerpersin, Kummissjoni Nazzjonali
Persuni b'Diżabilita`
6. Ms Carmen Cascun, Kap, Skola Hellen Keller
7. Ms Loisa Grech, Ġenitur
8. Mr Frank Mallia, EO, Edukazzjoni Speċjali
9. Ms Pauline Sammut, Kap, Skola Guardian Angel
10. Fr Domnic Scerri, Rappreżentant tal-Kurja dwar il-qasam
tad-Diżabilita` u l-Edukazzjoni
11. Dr Helena Tanti Burlo`, Programme Co-ordinator for
Inclusive Education, Univerista` ta' Malta
12. Ms Judith Torre, Għalliema.
It-Termini ta' Referenza ta' dan il-grupp ta' Ħidma kienu l-istess bħas-sbatax-il Grupp ta' Ħidma l-oħra fi ħdan il-Kumitat ta' Gwida. Dawn kienu:
"1. To take into account current practice and how it affects the implementation of the National Minimum Curriculum in relation to the particular theme of the working group;
2. To identify the challenges faced by shcools and teachers in implementing the national Minimum Curriculum, in relation to the particular theme of the working group, and on the basis of current realities;
3. To identify areas of support needed by schools that will enable them to implement the National Minimum Curriculum effectively;
4. To formulate an action plan in relation to their particular theme, for the short-, medium-, and long-term plan."
Ir-reazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali b'Diżabilita` (KNPD) kienet ibbażata fuq nuqqas ta' informazzjoni. Il-KNPD dehrilha li dan il-Grupp ta' Ħidma kellu persentaġġ għoli ta' rappreżentanti tal-qasam ta' edukazzjoni speċjali. Fil-fatt dan ma kienx hekk. Il-Ministeru ġab dan il-punt għall-attenzjoni tal-KNPD li rtiraw l-ilmenti tagħhom.
Peress li l-ġurnalisti ta' Malta qed jilmentaw li tnaqqsilhom l-ispazju u l-kumdita' minħabba li fil-Pixxina Nazzjonali, l-uffiċċju taċ-chairman tqiegħed fuq, jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li din is-sitwazzjoni titranġa speċjalment minħabba l-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar u logħob lokali u internazzjonali ieħor?
Għaliex inħass li ċ-chairman jiftaħ l-uffiċċju f'dan il-post, maqtugħ mill-kumplament tal-Pixxina u b'hekk b'nuqqas ta' kuntatt ma' l-istaff li qed jaħdem fil-Pixxina?
Kemm-il darba iċċaqlaq l-uffiċċju taċ-chairman f'dawn l-aħħar sentejn?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ispazju disponibbli għall-ġurnalisti huwa biżżejjed għan-numru ta' ġurnalisti li jattendu waqt attivitajiet li jsiru fil-Pixxina Nazzjonali. Spazju addizzjonali jista' jiġi provdut skond il-ħtieġa.
Informat ukoll li l-uffiċċju li qed jirreferi għalih l-Onor. Membru iservi kemm ta' uffiċċju taċ-Chairman kif ukoll bħala board room li tintuża minn entitajiet sportivi oħra u li dan l-ispazju ma kienx qed jiġi utilizzat u mhuwiex iżolat mill-kumplament tal-kumpless. Il-kuntatt ma' l-istaff tal-Pixxina ma jiġix billi jkun hemm uffiċċju f'xi lolazzjoni partikolari imma billi ċ-Chairman idur id-diversi faċilitajiet u uffiċini u jara li l-kumpless qiegħed jopera. Tajjeb li nfakkar li dawn il-faċilitajiet żdiedu u tferrxu mal-kumpless kollu. L-uffiċċju taċ-Chairman iċċaqlaq darba biss matul l-aħħar sentejn.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki li għandhom l-adulti li bħalissa qed jgħinu lit-tfal b'diżabilita' fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' l-Istat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm 385 persuna li bħalissa qed jgħinu tfal b'diżabilita` fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' l-Istat.
Minn dawn hemm:
33 li għandhom Diploma in Facilitating Inclusive Education;
92 li għandhom Certificate in Supporting Learning in Inclusive
Settings;
58 Kindergarten Assistants li ġew impjegati wara sejħa għal
applikazzjonijiet li ried ikollhom minn ta' l-inqas 4 passes
fis-S.E.C. sa grad 5 jew simili li jridu jinkludi l-lingwa
jew il-letteratura Ingliża u l-Malti. (7 minn dawn il-
kindergarten assistants għamlu l-Pre-school Education
Certificate Course);
202 Supply Kindergarten Assistants
* 28 li għamlu course ta' sena l-Universita` bħala Learning
Support Trainees
* 55 li għamlu l-Pre-School Education Certificate Course
* 119 ġew impjegati wara sejħa għal applikazzjonijiet li ried
ikollhom minn ta' l-inqas 4 passes fis-S.E.C. sa grad 5 jew
simili, inkluż il-Malti, Ingliż u Matematika. Minn dawn
kien hemm min kellu wkoll ċertifikat wieħed ta' Livell
Avvanzat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi hemm maħsuba biex jitħarrġu aħjar l-għalliema, il-kindergarten assistants, il-facilitators u s-supply kindergarten assistants biex l-edukazzjoni inklussiva tirnexxi? B'dawn l-inizjattivi kemm se jintlaħqu minn dawn il-persuni?
Response (GALEA, LOUIS)
Bħalissa l-Kumitat Ministerjali għall-Edukazzjoni Inklussiva għandu quddiemu proposti għat-taħriġ komprensiv għall-persuni li jaħdmu fil-qasam ta' l-Edukazzjoni Inklussiva. Bħalissa diġa' jitħarrġu studenti tal-B.Ed u PGCE (madwar 300 student kull sena) fil-filosofija u aspetti prattiċi ta' l-Edukazzjoni Inklussiva.
Qed jiġu mħarrġa wkoll 55 facilitators u f'Ottubru li ġej se jiftaħ l-istess taħriġ indirizzat għal madwar 100 persuna. Hu maħsub ukoll li madwar 150 persuna ingaġġat mid-Diviżjoni din l-aħħar sena jingħataw it-taħriġ meħtieġ.
Il-futur f'dan il-qasam jiddependi mid-deċiżjoni li ser jieħu l-Kumitat li jżomm quddiem għajnejh il-Kurrikulum Nazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jinbnew ċentri/complexes sportivi? Minn min saret kull applikazzjoni? F'liema lokalita'? F'liema stadju tinsab kull applikazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li saru erba' applikazzjonijiet lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar. F'kull każ l-applikazzjoni saret mid-Direttur taż-Żgħażagħ u Sport.
PA 00661/2000
Bini ta' ċentru sportiv fil-Kottonera.
Qiegħed jiġi drafted rapport mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar fuq l-applikazzjoni.
PA 00939/2000
Bini ta' blokk amministrattiv u faċilitajiet sportivi fil-Kumpless tal-Marsa.
Qiegħed jiġi drafted rapport mill-Awtorita` ta' l-Ippjanr fuq l-applikazzjoni.
PQ 2740/2000
Bini ta' ċentru sportiv fil-Karwija limiti ta' Ħal Safi.
Id-Dipartiment issottometta Outline Development Permission.
PA 931/2000
Diversi xogħlijiet fil-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali.
L-applikazzjoni ġiet rakkomandata għall-approvazzjoni.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 16544, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-disinji tal-proġetti msemmija, kif ukoll stima ta' kull proġett u minn fejn hu maħsub li ser jiġu finanzjati?
Response (GALEA, LOUIS)
Kopja tad-disinji tal-proġetti ta' l-entratura u enclosure ġodda fil-Malta Racing Club qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-kamra flimkien ma' kopja ta' l-istima tax-xogħlijiet. Il-Malta Racing Club Committee għadu qiegħed jistudja l-possibilitajiet varji kif ser ikunu finanzjati dawn il-proġetti.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Annual Examination Report ta' l-iskejjel sekondarji għas-sens skolastika 1998/99 imħejji mill-Educational Assessment Unit tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Education Assessment Unit ma tħejjix rapport fuq l-Annual Examination ta' l-iskejjel sekondarji.
Għal dawn l-iskejjel din il-Unit tipprepara l-Mean ta' l-iskola f'kull suġġett u l-Mean Nazzjonali.
Fl-istess ħin, l-Education Assessment Unit tagħmel rapport fuq l-eżami għad-dħul fil-Junior Lyceum. Kopji ta' dan ir-rapport għas-sena 98/99 tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mis-sejħa għall-impjiegi ta' security personnel fit-Teatru Manoel li sar xi xhur ilu?
Response (GALEA, LOUIS)
Minħabba tibdil li qed jiġi konsidrat fl-istruttura ta' tmexxija, l-Kumitat għadu qed jikkonsidra sistemi differenti dwar is-Sigurta` tat-Teatru qabel ma jiddeċiedi.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa d-dipartiment ta' l-edukazzjoni wara rapporti ta' ammont ta' ġrieden fl-iskola primarja tal-Belt, Valletta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ġew impjegati żewġ kumpaniji, waħda biex tagħmel tindif estensiv tal-klassijiet kollha u l-oħra biex tikkontrolla l-ġrieden. Qed tiġi proċessata tender biex tirrestawra wieħed mill-ħitan tas-swali ta' l-eżamijiet ta' Sant'Iermu u li jagħti għal din l-iskola.
Fis-sezzjoni ta' Mejju 1999 tas-SEC, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li qagħdu għal dan l-eżami mill-area secondary schools ta' Malta u Għawdex u mil-liema suġġetti?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16740.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel tas-snajja' li fl-1999 bdew l-ewwel sena bl-iskema ta' apprendistat: (a) TAS; u (b) ESTS?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-korsijiet ta' l-ESTS/TAS huma korsijiet post-sekondarji.
Informat li l-għadd ta' studenti li bdew l-ewwel sena fl-iskema ESTS huwa 274 u fl-iskema TAS huwa 352.
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol bħalissa tar-restawraturi tal-kotba li ntbagħtu fil-Biblijoteka Nazzjonali mindu l-apparat li kienu jaħdmu bih ittieħed lejn iċ-ċentru tar-restawr, Bighi?
X'għamlu dawn ir-restawraturi mindu tteħdilhom l-apparat?
Biex qed jaħdmu bħalissa?
X'użu qed isir minn dan l-apparat f'Bighi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ħaddiema involuti, bħalissa qed jagħtu sehem fit-taqsima tal-Book Binding u qed iwettqu xogħol relatat bħal daily repair, qtugħ ta' mounts, eċċ. Barra minn hekk dawn qed jaħdmu u jmexxu l-proċess ta' Book Cleaning fil-Bibljoteka wara xogħol ta' stallazzjoni għas-sistemi ta' Fire Protection, liema xogħol inevitabbilment qala' ħafna trabijiet.
Informat ukoll li l-apparat F'bIGHIqiegħed jintuża biex isir kwalukwe xogħol ta' restawr li ċ-Ċentru tar-Restawr jintalab jagħmel mis-settur pubbliku u mis-settur privat kif ukoll biex fuqu jitgħallmu l-istudenti li qiegħdin isegwu l-kors tal-Baċċellerat fil-Konservazzjoni u r-Restawr.