Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #2114 Sitting 32 2013-06-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li mill-1998 sal-lum, il-Gozo Channel Company Ltd. tat xogħol b’valur ta’ €36,768.45 f’xogħol ta’ konsulenza lil persuna msemmija.
Leg 12 PQ #2367 Sitting 32 2013-06-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — spiża fuq IT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (REFALO, ANTON)

Fil-Ministeru għal Għawdex inxtara iPad bil-prezz ta’ €649.00 (VAT inkluż) fil-15 t’April 2013. Permezz tal-lease agreement eżistenti, nkrew ukoll ċentralment mill-MITA, 19-il computer/laptop għall-prezz ta’ €4,990.22 (VAT inkluż) fis-sena għal ħames snin.
Leg 12 PQ #2696 Sitting 32 2013-06-18 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — lista ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #2498 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Konsulenti u Kumitati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-konsulenti li nħatru minn Marzu tal-2013 ‘l hawn? Kemm hu l-ħlas tagħhom individwali fix-xahar, x’servizz huma mitluba li jagħmlu u kemm-il siegħa huma mitluba jaħdmu fix-xahar fuq ix-xogħol ta’ konsulenza? Jista’ fil-lista jinkludi ukoll il-membri ta’ kull kumitat li nħatru minn Marzu tal-2013 ‘l hawn, kemm qed jitħallsu u x’servizz hu mitlub li jagħmel kull membru?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija tirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2341. Rigward it-tieni parti tal- Mistoqsija nitlobha tirreferi għal-lista li ngħatat fit-tweġiba Parlamentari numru 1201. L-informazzjoni dwar ħlas lill-membri tal- bordijiet u kumitati qed tingħata fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1468 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – tluq ta’ vapuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-aħħar xahar għal iżjed minn darba l-vapuri tal-Gozo Channel qed jitilqu mingħajr ma jgħabbu l-karozzi kollha li jkunu qed jistennew minkejja li jkun fadal ħafna spazju għal karozzi fil-garage tal-vapur u dan b'inkonvenjent kbir għal dawk li jkunu qed jistennew bil-vetturi tagħhom biex jaqsmu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat illi r-raguni li ma tgħabbewx il-karozzi kollha kienet għaliex l-ghadd ta' passiġġieri laħaq il-massimu ta' 500 skont kif inhu stipulat fil-Minimum Safety Manning ta' l- International Safety Managment Code. Ninsab infurmat ukoll illi ttieħdu passi neċessarji biex din il-problema ġiet riżolta.
Leg 12 PQ #2099 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li mis-sena 1998 sal-lum ma ngħata ebda xoghol ta' konsulenza lill din il-kumpanija mill-Ministeru għal Għawdex jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Leg 12 PQ #2742 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat (Għawdex) — ċentru kliniku - trasferiment għall-Isptar Ġenerali t'Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2332 fejn qed jidher li la ġie kkonsultat u lanqas intervjena biex iċ-ċentru kliniku li kien hemm fiċ-ċentru tar-Rabat jiġi trasferit għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, jista’ l-Ministru jikkonferma li kellu numru kbir ta' Għawdxin li wasslulu l-ilmenti formali tagħhom dwar dan? Jista’ jgħid x'għamel b'dawn l-ilmenti?

Response (REFALO, ANTON)

M'ghandi xejn x'inżid mat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari1248,1785, u 2332
Leg 12 PQ #2827 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — laqgħat ma’ ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta’ Marzu, April, Mejju u sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika x’ġie diskuss u jekk kienx mistieden ma’ xi wieħed jew waħda minn dan l-ambaxxaturi u jekk iva min akkumpanjah?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill- Onorevoli Intrepellant li tul ix-xhur bejn Marzu 2013 u l-15 ta' Gunju 2013 il-Ministru iltaqa' ma tlett ambaxxaturi. L-ewwel żjara kienet ma l-ambaxxatur Ciniz fil-port tal-Imgarr. Ghawdex zjara ta' kortesija mill-ambaxxatur Taljan, kif ukoll zjara ta' kotesija mill-ambaxatrici tal-Istati Uniti. Ma dawn l-ambaxxaturi gew diskussi temi ta' interess għall-gżira Għawdxija.
Leg 12 PQ #808 Sitting 29 2013-06-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — informazzjoni dwar vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li mal-ħatra tiegħi bħala Ministru għal Għawdex, il-vetturi li kellu il- Ministeru kienu konfermati misjuba fil-Ministeru u kienu f'kundizzjoni tajba, ħlief għal waħda li kienet tiġi wżata mis-Segretarjat Privat tal-Ministru preċidenti. Rigward din il-vettura se jitwaqqaf bord sabiex jiġi kkonfermat jekk din il-vettura hix f'qagħda li tintuża iżjed
Leg 12 PQ #828 Sitting 29 2013-06-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ingaġġ ta' persuni minn barra s-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li qed jaħdmu fis-segretarjat privat tiegħu u kemm minnhom ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat ghall-mistoqsija parlamentari 558.
Leg 12 PQ #1458 Sitting 29 2013-06-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Notte Gozitana – Lejliet Lapsi – Rappreżentazzjoni Ġensna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif ġie deċiż li fin-Notte Gozitana - Lejliet Lapsi titella' r-rappreżentazzjoni Ġensna? Saret sejħa pubblika biex ġiet magħżula din ir-rappreżentazzjoni? Jekk le min ħa d-deċiżjoni? Kemm se tiġi tiswa din ir-rappreżentazzjoni?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li id-decizjoni sabiex tittella 'rock opera Gensna' bhala parti min-Notte Gozitana 2013, kienet waħda unanima mill-Kumitat Organizattiv ta' din l-attività. F'każ ta' rappreżentazzjonijiet kulturali qatt ma ssir sejħa pubblika peress li dawn jirrigwardaw kontenut artistiku u mhux kummerċjali. Din il-produzzjoni li kienet tinkludi cast ta' iktar minn disgħin ruħ flimkien ma' ipproġettar ta' Vizwali maħduma apposta għall-palk ġiet tiswa 23,600 Euro.
Leg 12 PQ #676 Sitting 28 2013-06-10 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel Line — ħatra taċ-chairman

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-prinċipju tal-meritokrazija ġiex applikat fil-ħatra taċ-chairman il-ġdid tal-Gozo Channel Line u jekk iva, fiex jikkonsistu dawn il-merti tal-persuna magħżula u li allura ddistinwguh minn terzi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li ma nstab l-ebda prinċipju ta' meritokrazija stabilit mill-Gvern Preċidenti dwar ħatriet ta' Bordijiet, il-Ministeru għal Għawdex mexa fuq il-priċipji ta' kompetenza, effiċjenza,u impenn għat-twettiq tal-politika tal-Gvern tagħti importanza kbira lill-aċċissibilità ta' Għawdex. Jiena infurmat li l-għażla li saret ġa qed tagħti l-frott.
Leg 12 PQ #1449 Sitting 28 2013-06-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — ITS - ħaddiema

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1002 jista' l-Ministru jgħid liema huma l-ħaddiema li hemm fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS) fil-Qala, Għawdex, li huma taħt il-kontroll tal-Ministeru għal Għawdex u dawk li mhumiex? Fil-każ tal-ħaddiema li mhumiex taħt il-kontroll tal-Ministeru għal Għawdex jista' jgħid taħt min jaqgħu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 1002.
Leg 12 PQ #2479 Sitting 28 2013-06-10 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — servizz ta’ customer care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu jew id-dekasteru tiegħu hux qed jagħmlu kuntatt ma’ kunsilli lokali biex joffru servizzi ta’ customer care mill-uffiċċji tal-kunsilli lokali? Jekk iva, jista’ jindika ma’ liema kunsilli lokali sar dan il-kuntatt? Jekk fl-affermattiv jista’ jindika liema kienu dawk il-kunsilli lokali li rrispondew fil-pożittiv għal din it-talba? Liema rrispondew fin-negattiv u liema għadhom ma rrispondewx? Fil-lokalitajiet li rrispondew fil-pożittiv meta beda dan is-servizz? F’liema ħinijiet u f’liema ġranet qed ikun offrut dan is-servizz?

Response (REFALO, ANTON)

Jiena infurmat li t-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fin-negattiv
Leg 12 PQ #793 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — inventarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux inventarju ta' x'suppost kien hemm fil-Ministeru? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid jekk ġiex konfermat li dak kollu mniżżel fl-inventarju instabx? Jekk kien hemm xi nuqqasijiet, jista' jgħid jekk itteħditx xi azzjoni, u x'inhi din l-azzjoni?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nstabu oġġetti neqsin u li se jintalab audit tal-inventarju.
Leg 12 PQ #1105 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — impjegati detailed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellanr hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #2084 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex ma ta l-ebda xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija imsemmija mill-2004 sal-lum.
Leg 12 PQ #2419 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xagħra (Għawdex) — Triq Ġnien Xibla - platform tal-konkos

Question

B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1212 magħmula mill-Onor. Charlò’ Bonnici dwar platform tal-konkos fin-nofs ta’ Triq Ġnien Xibla, ix-Xagħra li saret minn ħhaddiema tal-Ministeru għal Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid fejn waslet l-investigazzjoni li kienet qed issir meta ġiet imwieġba l-mistoqsija msemmija? Ittieħdu xi passi kontra xi ħaddiema tal-Ministeru?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-każ ġie investigat u li qegħdin jittieħdu passi dixxiplinari kontra l-uffiċċjal involut.
Leg 12 PQ #2341 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ingaġġ ta' konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 346 u jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-konsulenti u l-persons of trust li qed jagħtu servizzi fil-Ministeru għal Għawdex huma s-sur Frank Psaila li l-kuntratt tiegħu qed jiġi finalizzat u s-sur David Dandria li l-kuntratt tiegħu kien iffirmat fil-25 ta’ April 2011 b’effett mill-1 ta’ Jannar tal-istess sena u li ġie mġedded darbtejn, sena kull darba, sal-aħħar ta’ April; 2013. Bħalissa qed jittieħdu l-passi biex il-kuntratt jiġi estiż sal-aħħar ta’ Novembru, 2013 sakemm ikun magħluq il-proġett li dwaru qed jagħti l-konsulenza.
Leg 12 PQ #1338 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Id-Dwejra (Għawdex) — xogħlijiet fuq it-Tieqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-Ministeru biex tiġi salvata t-tieqa tad-Dwejra u dan in vista li f'dawn l-aħħar ġimgħat waqgħet parti oħra mill-blat li jifforma l-istess tieqa? X'passi qed jieħu l-Ministru biex jassigura li ma jkunx hemm periklu għal dawk kollha li jmorru fl-inħawi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex għamel konsultazjonijiet ma' ġeologista u saru diskusjonijiet mal-MEPA dwar dan is-suġġett. Għaddejja ko-ordinazzjoni mal-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibli, Ambjent u Tibdil tal-Klima dwar l-azzjoni li għandha tittieħed. Jien infurmat ukoll li fuq il-post twaħħlu tabelli li jinfurmaw il-pubbliku biex ma jmurx f'dawn l-inħawi u saret applikazzjoni mal-MEPA biex jitqiegħdu bollards biex juru aħjar iż-żona li tista' tkun ta' periklu.