Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fost il-Gwardjani tal-Ħabs?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minn żmien għal żmien, uffiċjali tal-ħabs jiġu assenjati xogħol minn diviżjoni/sezzjoni għall-oħra fl-istess Faċilita' Korrettiva ta' Kordin. Dan skond l-esiġenzi tas-servizz.
25.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mis-6 ta' Settembru, sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment tal-Passaporti? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998, ma ngħata ebda transfer fl-Uffiċċini tal-Passaporti li jagħmlu parti mid-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Ċivili.
25.11.98
Dipartiment tal-Karti ta' l-Identita' — Trasferimenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-I.D. Cards? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat fil-Mistoqsija, kien hemm pulizija mara waħda li ġiet assenjata xogħol fl-uffiċċju tal-karti ta' l-identita' fid-Depot tal-Pulizija u dan sar minħabba esiġenzi tas-servizz.
25.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mis-6 ta' Settembru, sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-Artijiet? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 239 f'Seduta 8.
Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, nirreferih għat-tieni parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 815 f'Seduta 12.
25.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mis-6 ta' Settembru, sat-28 ta' Ottubru, 1998 fl-Uffiċċju Konġunt? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 239 f'Seduta 8.
Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, nirreferih għat-tieni parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 815 f'Seduta 12.
25.11.98
Jista' l-Ministru jgħid meta se jaslu Malta il-fire fighting boat u s-salvage tug għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? Jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żewġ laneċ SAR bdewx jintużaw mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Multi Purpose Fire Fighting and Oil Pollution Control Tug għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili waslet Malta fl-20 ta' Novembru, 1998, filwaqt li l-Fire Fighting/Patrol Vessel hija mistennija li tasal għal bidu ta' Marzu, 1999.
Ninsab infurmat ukoll li t-tweġiba għat-tieni parti tal-Mistoqsija hija fl-affermattiv.
25.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu bċejjeċ tal-baħar overspeeding bejn l-1 ta' Lulju, 1998 u t-30 ta' Settembru, 1998 fil-bajjiet ta' Malta u ta' Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' bċejjeċ tal-baħar li , bejn l-1 ta' Lulju, 1998, u t-30 ta' Settembru, 1998, inqabdu jsuqu b'mod eċċessiv, kien ta' 15.
25.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi ġodda biex nies jarmaw f'open air markets mill-1 ta' Mejju, 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Mejju, 1998, u l-10 ta' Novembru, 1998, in-numru ta' permessi ġodda li nħarġu biex persuni jarmaw f'open air markets, kien ta' 52.
25.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-kwantita' ta' droga maqbuda mill-awtoritajiet matul is-sena li għaddiet u fl-ewwel nofs ta' din is-sena? Kemm minn dawn il-kwantitajiet inqabdu: (a) mill-membri tal-Forzi Armati; (b) mid-Dwana; u (ċ) direttament mill-Pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
25.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk wara li l-Ombudsman fil-każ numru 1855 kien irrikmanda li tiġi ratifikata l-inġustizzja fil-konfront tal-complainant u dan fil-konklużjoni tiegħu ta' l-20 ta' Novembru 1997, jista' jikkonferma li se jittieħdu l-passi meħtieġa? Jista' jiġi kkonfermat li l-Ombudsman kien anke uża d-diskrezzjoni tiegħu u bagħat kopja tar-rakkmandazzjoni tiegħu lill-Prim Ministru? Jista' jiġi spjegat għaliex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar baqgħet sal-lum inadempjanti u ma tatx widen għar-rakkmandazzjoni ta' l-Ombudsman?
Response (BORG, TONIO)
Fuq talba ta' l-Ombudsman, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ikkunsidrat il-każ imsemmi u laqgħat ir-rakkomandazzjoni ta' l-Ombudsman. Kemm l-Ombudsman kif ukoll l-impjegat ġew infurmati bid-deċiżjoni. Qed jiġu studjati x'passi ser jittieħdu.
25.11.98
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu in vigore ir-regolamenti dwar il-logħob u l-manifattura tan-nar?
Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li l-liġi dwar il-logħob u l-manifattura tan-nar titressaq fil-Parlament u jekk huwiex se jitressaq l-istess abbozz li kien ipprepara l-Gvern Laburista?
Response (BORG, TONIO)
Ir-regolamenti ġodda dwar il-logħob u l-manifattura tan-nar ġew pubblikati fit-3 ta' Novembru, 1998, b'Avviż Legali Numru 243 ta' l-1998. Qed jiġi propost Avviż Legali biex id-diversi provvedimenti jidħlu fis-seħħ f'dati differenti in kunsiderazzjoni tal-fatt li xi wħud minnhom għad jinħtieġilhom l-emendi għall-liġi prinċipali sabiex kemm il-liġi u kemm ir-regolamenti jkunu jaqblu ma' xulxin.
Dwar l-emendi għall-liġi, il-gvern għandu l-ħsieb li jżomm mal-ftehim li ġie milħuq ma' l-għaqdiet pirotekniċi. Naturalment jista' jkun hemm diskussjonijiet finali bejn iż-żewġ naħat qabel ma jiġi ppublikat l-abbozz ta' liġi.
24.11.98
Billi sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent lill-bdiewa, raħħala u sajjieda li japplikaw għall-serer fuq l-uċuħ tar-raba', estensjonijiet u bini ta' rziezet eċċ, id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul l-1997 kien issottometta rapport għad-diskussjoni sabiex tinstab soluzzjoni aktar realistika għaż-żewġ partijiet konċernati u ċioe' sabiex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tistabillixi sistemi aktar prattiċi għal dawn l-applikazzjonijiet tal-bdiewa, raħħala u sajjieda, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bl-iżviluppi?
Meta se jitkomplew dawn id-diskussjonijiet u meta mistenni li jitħabbru l-proċeduri l-ġodda?
Response (BORG, TONIO)
Jien infurmat li d-diskussjonijiet fuq dawn il-proposti bdew xi xhur ilu u għadhom għaddejjin. Xi diffikultajiet żgħar li kien hemm fil-passat diġa' ġew megħluba wara djalogu mal-partijiet involuti. Diffikultajiet oħra jinħtieġu aktar studju minħabba implikazzjonijiet mhux biss fil-qasam tal-biedja imma wkoll f'oqsam oħra.
24.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferinmenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Korp tal-Pulizija? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li bejn is-6 ta' Settembru, 1998, u t-28 ta' Ottubru, 1998, kien hemm 54 membru tal-Korp tal-Pulizija li tbiddlilhom ix-xogħol tagħhom.
Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 523 f'Seduta 10.
24.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ?
Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inkluż dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn?
Fil-każijiet kollha separatament jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej : -
Pożizzjoni u numru ta' Pożizzjoni u numru ta'
ħaddiema każwali ħaddiema bil-kuntratt
Tajpisti 7 Konsulenti 6
Barbier 1 Assistant Managers 3 Għalliema 12 Uffiċjali Korrettivi 120 Accounts Clerk 1 Senior Planning Officer 1 Accounts Executive 1 Unit Head 1 Ammonia Printer 1 Planning Officers 2 Secretarial Assistants 3 Executive Co-ordinator 1 Urban Design Executive 1 Chairman (BICC) 1 Telephone Operators 2 Manager 1
Ħadd minn dawn ta' hawn fuq ma ġie tterminat l-impjieg tiegħu. Iċ-Chairman hawn fuq imsemmi ta r-riżenja tiegħu u din ġiet aċċettata. Dan tħallas kumpens ta' Lm1820.25 ekwivalenti għal 3 xhur paga.
24.11.98
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ntalbu jittieħdu l-pulizija, u f'liema dati, dwar il-protezzjoni li ntalbet mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex il-kuntrattur ikun jista'jibda x-xogħol fuq l-iskola primarja ta' l-Imġarr (Malta)?
X'passi ttieħdu mill-pulizija biex jipprovdu l-protezzjoni ħalli x-xogħol ikun jista' jibda fuq is-sit ta' l-iskola primarja ta' l-Imġarr?
Response (BORG, TONIO)
Id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni talab il-protezzjoni tal-Pulizija f'żewġ okkażżjonijiet biex ikun jista' jibda x-xogħol mill-kuntrattur. Dawn kienu fit-28 ta' Ottubru, 1998, u fit-12 ta' Novembru, 1998.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninsab infurmat li l-Pulizija ħadu l-passi kollha meħtieġa ħalli x-xogħol ikun jista' jibda.
24.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' nies li ngħataw ċittadinanza Maltija fl-aħħar ħames snin inkluż din is-sena?
Kemm ħarġu permessi ta': (a) reġistrazzjoni; u (b) naturalizzazzjoni rispettivament?
Response (BORG, TONIO)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
24.11.98
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba għal xiri ta' proprjeta' tal-Joint Office bin-numru R682/97?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li wara li ġew solvuti diffikultajiet dwar l-ammont tal-kera li qed jitħallas, issa qed tittieħed azzjoni biex il-proprjeta' li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant tiġi reġistrata mar-Reġistratur ta' l-Artijiet. Meta jitlesta dan il-proċess, l-applikant jiġi mitlub jersaq għall-kuntratt għax-xiri tal-proprjeta' in kwestjoni.
24.11.98
Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata refund għal kera li tħallset mill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għall-post li hija ma baqgħetx tgħix fih?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li, ir-refund tal-kera li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ser jitħallas dalwaqt.
24.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' overdose irriżulta f'diskoteki jew postijiet simili ta' divertiment, xahar b'xahar f'din is-sena? Kemm minnhom kienu fatali? Kemm minn dawn il-każijiet irriżultaw f'taħrik ta' pushers minħabba traffikar ta' droga? X'tip ta' droga ġiet abbużata, każ b'każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul l-1998, sas-17 ta' Novembru, kien hemm żewġ każijiet ta' overdose konnessi ma' diskoteki, f'Awissu u f'Novembru, li t-tnejn irriżultaw fatali.
Għalkemm ir-riżultati tossikoloġiċi għadhom ma ħarġux, il-pulizija nediet l-investigazzjonijiet tagħha fuq is-suspett li l-kawża tal-imwiet kienet dovuta għal abbuż ta' 'ecstasy'. L-investigazzjonijiet dwar iż-żewg każijiet għadhom għaddejjin u sa issa ma tressaq ħadd il-Qorti akkużat bil-qtil involontarju tal-vittmi.
Madanakollu, wara l-investigazzjonijiet relatati direttament ma' l-ewwel każ, tressqu xi nies il-Qorti akkużati bil-pussess ta' pilloli ecstasy kif ukoll tresqet persuna fuq traffikar ta' ecstasy. Dan il-każ għadu sub judice. Dwar it-tieni każ sejrin jitressqu diversi persuni l-Qorti akkużati bil-pussess ta' ecstasy u oħrajn fuq traffikar ta' ecstasy.
24.11.98