Legislature:
Category:
Reset
Active:

DCA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) jekk il-ħaddiema li kienu mad-DCA sa April, 1998 u li għażlu li jmorru mal-MIA bħala prova, humiex se jkunu f'pożizzjoni li jagħmlu l-għażla finali tagħhom dan ix-xahar kif kien oriġinalment ippjanat; b) jekk fin-negattiv, meta se tiġi finalizzata din il-kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-ħaddiema li kienu mad-DCA sa April 1998 u li għażlu li jmorru ma` l-MIA bħala prova ma kienux f`pożizzjoni li jagħmlu l-għażla finali tagħhom fl-aħħar tat-tnax -il xahar ta` prova kif kien stipulat fil-ftehim bejn l-Gvern, il-Unions u l-MIA. Dan ġara għal raġunijiet li ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-kumpanija jew tal-Gvern. Kif forsi jaf l-Onorevoli membru, hemm arbitraġġ li jrid jiddeċiedi fuq min ser jirrapreżenta lill-ħaddiema fid-diversi dipartimenti. Għaldaqstant lanqas hu possibli li wieħed jgħid meta ser tiġi finalizzata il-kwistjoni. Iżda il-ħaddiema jafu l-ftehim li sar f`April ta` l-1998 jgħid li jekk ftehim sħiħ u aħħari jintlaħaq wara li jkun skada l-perijodu ta` tnax -il xahar, il-perijodu ta` prova jintemm xahrejn wara d-data ta` l-iffirmar tal-ftehim kollettiv ma` l-MIA. Il-problema li nqalgħet u li qed jbatu l-konsegwenzi ħżiena tagħha kemm l-MIA kif ukoll il-ħaddiema hija xhieda tan-nuqqas ta` pjanar serju li kien hemm meta saret id-deċiżjoni fuq il-ħaddiema tad-DCA fl-ewwel xhur ta` l-1998, l-aqwa li kienu akkomodati xi nies minn tal-qalba.
Leg 9 PQ #7133 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Servizz ta' telefon

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-ħlas biex barranin li joqogħdu Malta japplikaw għas-servizz ta' telefon għola minn Lm25 għal Lm500? Dan minn meta? Għal min tgħodd din is-sistema?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Onorevoli Interpellant mhix eżatt meta tgħid li `l-ħlas biex barranin li joqgħodu Malta japplikaw għas-servizz ta` telefon għola minn Lm25 għal Lm500`. Mit-28 ta` Marzu 1998, il-Maltacom introduċiet sistema li dawk li m`għandhomx karta ta` l-identita maħruġa mill-Gvern ta` Malta jintalbu jagħmlu depożitu ta` Lm500 jew garanzija bankarja għall-istess valur, liema depożitu jittieħdu lura meta l-klijent jiddeċiedi li ma jkunx irid iżjed is-servizz tat-telefon. Il-Maltacom ħadet dan il-pass biex tissalvagwardja l-interessi tal-kumpanija għaliex instab li kien hemm għexieren ta` barranin li kienu japplikaw għat-telefon, itellgħu kontijiet kbar wara li jużaw is-servizz u mbagħad. F`din is-sitwazzjoni kien ikun kważi impossibli li dawn xi darba jħallsu dak li l-kumpanija tkun dovuta. Il-Maltacom introduċiet din is-sistema bis-saħħa tar-Regolamenti tat-Telefon eżistenti. Il-kumpanija hekk qed tissalvagwardja wkoll l-interessi tax-shareholders tagħha, kemm jekk hu l-Gvern (li f`isem il-poplu Malti għandu 60 fil-mija tal-Maltacom) u kemm jekk hu l-privat (li għandu l-40 fil-mija l-oħra), kemm jekk l-investitur huwa Malti kif ukoll jekk l-investitur huwa barrani. Il-kumpanija għamlet ħafna xogħol siewi biex tiġbor il-flus li kellha tieħu mingħand il-klijenti tagħha u qegħda dejjem biex tnaqqas id-`debtor days`, kif wegħdet lix-shareholders tagħha fl-ewwel laqgħa ġenerali annwai tal-kumpanija li saret ix-xahar li għadda. Dan tagħmlu mingħajr ma toħloq tbatija żejda, iżda tesiġi li flusha ddaħħalhom u saħansitra, f`ħafna każi, tipproċedi legalment.
Leg 9 PQ #7205 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zabbar — Triq iċ-Ċulqana - Bozza

Question

Possibbli li wara diversi talbiet issir bozza fi Triq iċ-Ċulqana, Zabbar partikolarment madwar ir-residenza Du Grimmes minħabba d-dlamijiet li hemm u l-fatt li qed jinġabru ċertu nies f'din it-triq? Billi ftit żmien ilu l-pulizija elevat karozza abbandunata minn din it-triq li allegatament twettqu xi reati biha, jaħseb il-Ministru li l-ħtieġa għal din il-bozza qed issir dejjem aktar urġenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba għal aktar dawl fit-triq imsemmija qed tiġi kkunsidrata flimkien ma` talbiet oħra.
Leg 9 PQ #6947 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Arblu tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li cable tad-dawl quddiem u mar-residenza, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, jinħareġ 'l barra mill-faċċata tad-dar minħabba l-periklu ta' high tension, peress li huwa 3 phase u wara li xogħol simili sar f'toroq oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li għalkemm mhemmx periklu mill-linji tal-low tension fl-inħawi indikati mill-Onorevoli Interpellant, dawn il-linji ser jinħarġu l-barra kif sar f`toroq oħra fl-inħawi.
Leg 9 PQ #6987 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Furnara — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li s-sussidju li qed jingħata issa fuq id-dqiq lill-furnara fuq il-ħobża Maltija jibqa' jingħata jekk Malta tissieħeb fl-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Hemm il-ħsieb li s-sistema ta` sussidju tiġi riveduta b`mod li jiġu mħarsa l-interessi tal-partijiet kollha kkonċernati, inklużi dawk ta` Malta fil-kuntest ta` sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #7000 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birkirkara — Sqaq Rajzi - Vitien ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jitlob lill-WSC tinvestiga jekk hux vera li hemm xi garaxxijiet fi Sqaq Rajzi, f'Birkirkara li għandhom vit bla arloġġ tad-dawl u li tali garaxxijiet ta' spiss iħallu l-kerrejja fil-viċin bla ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f`xi seduta oħra.

Dawl fit-toroq — Senglea

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, wara l-investigazzjoni neċessarja, x'inhi r-raġuni li l-arbli tad-dawl ġewwa l-pjazzez Pope Benedict u 4th September ġewwa l-Belt ta' Senglea inqalgħu, reġgħu tqiegħdu u reġgħu tneħħew b'mod u manjiera li l-post jinsab aktar mudlam milli kien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Iż-Żewġ arbli oriġinali ġew magħluqa biex jinbidlu m`oħrajn ġodda. Waqt li kien għaddej dan il-proċess, inqagħlet ħsara fuq il-cable ta` taħt l-art li jinsab fl-istess post. Konsegwenza ta` dan, l-arbli kellhom jerġgħu jinqalgħu biex tissewwa din il-ħsara. Issa li l-ħsara issewwiet, iż-żewġ arbli ġodda għandhom jitwaħħlu f`qasir żmien.
Leg 9 PQ #7011 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Xogħlijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6227 u għat-tweġiba li ngħatat mill-Ministru, jista' l-Ministru jgħid minn min isir dan ix-xogħol ta' trenching works u laying of pipes, jekk ix-xogħol isirx minn kuntratturi privati u jekk fl-affermattiv, isirx permezz ta' tenders jew direct orders?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ix-xogħol ta` tħaffir ta` trinek u tqegħid ta` pajpijiet isir minn kuntratturi privati wara l-ħruġ ta` sejħa għall-offerti. Meta l-Gvern Ċentrali u l-Kunsilli Lokali jagħmlu xogħolijiet ta` upgrading ta` toroq jew bankini, dan ix-xogħol isir mill-istess kuntratturi mqabbda minn dawn l-entitajiet iżda mhux qabel ma` tingħata l-approvazzjoni tal-Maltacom wara li din tkun ingħatat stima tax-xogħol.
Leg 9 PQ #7014 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Saħħa — National Laboratory

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6943 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u cioe': Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jinfetaħ Natioanl Laboratory f'Malta? Jidhirlu l-Ministru li dan il-laboratorju huwa ta' ħtieġa nazzjonali minħabba l-istandards tal-prodotti?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-amministrazzjoni preżenti temmen bi sħiħ li biex pajjiżna jkun jista` jimxi `l quddiem fil-qasam ta` l-industrijalizazzjoni, huwa meħtieġ li jkollna laboratorju nazzjonali li jkun attrezzat b`tali mod li jkun jista` jaqdi l-ħtiġijiet mhux biss tas-settur governattiv iżda ukoll dak privat. Għal dan il-għan bħalissa għaddej il-proċess biex jitwaqqaf dan il-laboratorju li ser ikun f` pozizzjoni li jipprovdi r-riżultati meħtieġa biex jogħla l-istandard tal-prodotti lokali fis-suq u fl-istess ħin l-industrija ta` pajjiżna jkollha l-faċilita` fejn tagħmel it-testijiet meħtieġa biex il-prodotti jkunu jistgħu jinbiegħu barra pajjiżna. Dan il-laboratorju, li ser jitwaqqaf bl-għajnuna ta` l-Unjoni Ewropea, mistenni jibda jiffunzjona fix-xhur li ġejjien.
Leg 9 PQ #7018 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Biedja/sajd — Bini ta' trawlers

Question

Peress li b'riżultat tal-Protocoll bejn Malta u l-Libja fl-oqsma tal-biedja u sajd kienu nbdew diskussjonijiet bejn il-Malta Drydocks u kumpannija Libjana sabiex isiru manutenzjoni u bini ta' trawlers tas-sajd għall-poplu Libjan, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi u ċioe' x'sar mill-5 ta' Settembru 'l hawn bħala kontinwazzjoni sabiex jinkiseb dan ix-xogħol għat-Tarzna ta' Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minbarra l-Protokol li għalih saret riferenza fil-mistoqsija, kien sar ukoll ftehim ieħor f`Lulju ta` l-1998 dwar dan l-istess skop mal-kumpanija ġdida Libjana Al-Motawasat Investment and Marine Services Co. u l-Malta Drydocks. Ma` din il-kumpanija saru ħafna kuntratti u laqgħat minn dakinhar `l hawn. Saħansitra ġew sottomessi lill-kumpanija disinji ta` trawlers li jistgħu jinbnew mit-Tarzna. Huwa ttamat li fix-xhur li ġejjin it-Tarzna tingħata l-ordni biex tibda x-xogħol.
Leg 9 PQ #7042 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zabbar — Tal-Bidni - Bdil ta' bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi mibdula bozza li tinsab fuq Remissa F/H, Sqaq il-Bidni, Limiti tal-Bidni, Zabbar li ilha xhur maqtugħa minkejja li ilha rapportata?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Enemalta biex tieħu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #7126 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Pilota

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li pilota ta' l-Air Malta li kien qed jagħti s-servizzi tiegħu lill-kumpannija barranija (aktarx Olandiża) ftit ġimgħat/jiem ilu kien involut f'inċident fejn ġiet ikkawżata ħsara lill-ajruplan u ġie mwaqqaf/sospiż minn dan l-inkarigu minnufih minn dan is-servizz, iżda fl-istess waqt għadu jagħti s-servizzi tiegħu lill-Air Malta minkejja din is-sospensjoni u l-investigazzjoni li għaddejja dwar il-każ? Huwa minnu li l-Air Malta kellha tħallas biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata? Jekk fl-affermattiv, kemm? X'passi ħadet l-Air Malta fil-konfront ta' dan il-bdot?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7146 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC/Maltacom — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm arretrati ta' kontijiet tat-telefon, ta' l-ilma u tad-dawl fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin mal-Maltacom u l-Water Services Corporation?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7189 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Baċir Nru. 1 — Vapuri

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' vapuri li daħlu jagħmlu xogħol fil-Baċir Nru. 1 mill-1996 sal-lum? Kemm dam fil-baċir kull vapur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7197 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Naltacom — Early Retirement Scheme

Question

Jista' l-Ministru jinformani jekk il-Maltacom plc hijiex se żżomm l-early retirement scheme li għandha bħalissa jew jekk huwiex il-ħsieb li din tiġi riveduta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #6905 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq Spiru Spiteri - Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir bozza fi Triq Spiru Spiteri, Ħal Tarxien quddiem "Dar ir-Redentur" peress li tinsab bla dawl?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba biex titwaħall bozza fl-imsemmija triq qed tiġi kkunsidrata flimkien ma`
Leg 9 PQ #6975 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Ajruplani RJ's 70

Question

Peress li l-Air Malta kienet neħħiet l-RJ's 70/85, għaliex il-fuel cost u maintenance cost comparison kienu ogħla minn ajruplani oħra, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm fil-fatt iffrankat flus l-Air Malta bl-ajruplani li qed tuża għall-istess rotot flok l-RJ's? Meta fil-fatt kienet ittieħdet din id-deċiżjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija hija ta` natura purament kummerċjali u ma jidhirlix li jkun fl-interess tal-Kumpanija li nagħtiha. Id-deċiżjoni dwar il-bdil ta` RJ70s immaturat ruħha matul l-1997.

Qormi — Triq il-Ħelsien - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaħħal id-dawl tat-triq meħtieġ fi Triq il-Ġdida, fi Triq il-Ħelsien, Qormi, peress li bin-nuqqas ta' dawl li hemm ir-residenti qed jiġu esposti għal diversi tipi ta' abbużi bħal per eżempju, serq, vendikazzjonijiet, eċċ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li ma jirriżultax li hemm nuqqas ta` dawl fit-triq imsemmija.
Leg 9 PQ #6713 Sitting 102 1999-05-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mediċini — Lista ta' prezzijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4337 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' tista' tagħti lista tal-mediċini bil-prezz tagħhom kif kien sa Settembru 1998 u kif inhu issa, Jannar 1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħti l-lista tal-mediċini li qed jirreferi għaliha.
Leg 9 PQ #6748 Sitting 102 1999-05-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Banek — Bearer accounts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għad fadal bearer accounts fil-banek lokali? X'inhu l-ammont finanzjarju tagħhom flimkien?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija regolata mill-Att Bankarju ta` l-1994 u din l-informazzjoni hija miġbura regolarment kull xahar mill-Bank Centrali ta` Malta, l-għola Awtorita` kompetenti taħt l-Att hawn fuq imsemmi. Peress li l-informazzjoni mitluba għandha ċertu valur kummerċjali, u peress li dan it-tagħrif jista` jservi ta` detriment għall-istrateġija tal-banek jekk dan isir pubbliku, ma nħossx li għandi nagħti tali informazzjoni.