Jista' l-Ministru jagħti lista ta' toroq residenzjali ġodda f'Għawdex li għadu qatt ma sar il-wiċċ tagħhom? Fil-każ ta' kull triq meta hu maħsub li jsir ix-xogħol neċessarji biex dawn jiġu surfaced għall-ewwel darba?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fl-iskeda li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u li ix-xoghol fuq dawn it-toroq isir aktar 'il quddiem meta jkun possibli.
Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifri ta' Maltin u turisti (Għawdxin esklużi), liema ċifri jkunu jinkludu kemm passiġġieri kif ukoll vetturi, li qasmu bejn Malta u Għawdex f' kull weekend tax-xhur ta' Marzu, April u Mejju tas-snin 2011, 2102 u 2013 (fil-każ ta' Mejju 2013 sal-lum)?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jelenka l-ispejjeż kollha li ġew minfuqa għall-attività ta' Lejliet Lapsi inkluż dawk għar-reklamar tal-istess attività? Fil-każ ta' kull spiża, jista' jindika jekk din saritx permezz ta’ direct order, sejħa għal kwotazzjonijiet jew inkella tender?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mis-sena 2000 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li mis-sena 2000 sal-lum ma ngħata ebda xogħol ta' konsulenza lil dan l-individwu mill-Ministeru għal Għawdex jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
In-Nadur – Triq li twassal sar-Ramla l-Ħamra — xogħlijiet
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1027, jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jiġu ppreprati t-tenders għax-xogħol fuq it-tieni parti tat-triq li twassal minn Nadur sal-bajja tar-Ramla? Meta hu maħsub li jiġu pubblikati dawn it-tenders?
Jista' l-Ministru jgħid jekk fis-sajf li ġej hix se terġa’ ssir Skola Sajf f'Għawdex bħalma sar għal dawn l-aħħar snin? Jekk se ssir meta se jiftħu l-applikazzjonijiet u min se jkun jista’ jattendi? Liema Ministeru se jniedi u jmexxi din l-inizjattiva, dak għal Għawdex jew dak għall-Edukazzjoni u x-Xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Għawdex – Toroq Residenzjali li saru għall-ewwel darba
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' toroq residenzjali f'Għawdex li saru għall-ewwel darba mill-Ministeru għal Għawdex mill-ewwel ta' Jannar 2007 sal-aħħar ta' April 2013?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infrmat li t-toroq residenzjali f'Għawdex li saru għall-ewwel darba mill-Ministeru għal Għawdex mill-ewwel ta' Jannar 2007 sal-aħħar ta' April 2013 huma kif jidher fl-iskeda li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ kull kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex m'għandu l-ebda kuntratt ta' servizz ta' sigurtà mal-kumpaniji indikati. Jiena infurmat ukoll li l-kumpanija Gozo Channel ilha tagħmel użu mis-servizz ta' din il-kumpanija mis-sena 2000
Jista' l-Ministru jispjega jekk hux minnu li, kif rappurtat fil-media lokali, terrapien li nġabar mill-wied ntefa' fil-bajja ta' Marsalforn? Jekk dan huwa minnu, jista’ jgħid jekk ix-xogħol kienx qed isir minn ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-materjal li ntefa' fil-bajja ta' Marsalforn mhuwiex terrapien iżda ċagħaq u ramel li jkun tella' l-baħar stess għal ġol-wied fil-maltemp. Jien infurmat li dan ix-xogħol sar mill-ħaddiema tad-Direttorat għal Proġetti u Żvilupp fil-Ministeru għal Għawdex skont method statement approvat mill-MEPA.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' ħaddiema taċ-Ċivil li kienu jaħdmu f'Għawdex fl-aħħar ta' April 2013 u li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 1055.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1028 fejn il-Ministru indika kif inhu regolat in-noll tal-passiġġieri u vetturi li jużaw il-vapuri tal-Gozo Channel, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija proprja li saret peress li din baqgħet bla tweġiba, u ċjoè jekk jistax jikkonferma li ma hemm l-ebda ħsieb li dawn in-nollijiet jiżdiedu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi fil-preżent il-kumpanija Gozo Channel m'għandha ebda ħsieb li tirrevedi n-noll tal-passiġġieri u vetturi li jużaw dan is-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mill-1999 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li mis-sena 1999 sal-lum ma ngħata ebda xogħol ta' konsulenza lil dan l-individwu mill-Ministeru għal Għawdex jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu
San Lawrenz (Għawdex) — Triq San Lawrenz - xogħlijiet
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1026, fejn il-Ministru indika li l-ħsarat li saru fir-rotta alternattiva li qed tintuża sakemm Triq San Lawrenz f'San Lawrenz, Għawdex titlesta, qegħdin jissewwew mill-Ministeru għal Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru sa issa? Fuq liema toroq saru? U liema xogħol fadal li jsir, fuq liema toroq u sa meta huwa mistenni li jitlesta?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li saru xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid ta’ partijiet imdaqqsa minn Triq Mongur u Triq Dun Alwiġ Mizzi u saru tiswijiet fi Triq il-Madonna tal-Virtu’ u Triq Birbuba. Jiena nfurmat ukoll li jridu jsiru xogħlijiet oħra ta’ tiswija fuq Triq Santu Pietru u Triq il-Madonna tal-Virtu’ u li dawn it-tiswijiet għandhom jitlestew fi żmien ġimgħa.
Ministeru għal Għawdex — Spejjeż għar-rinnovazzjoni tal-Ministeru
Question
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm intefqu mill-fondi pubbliċi biex isir rinovar fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’l hawn? Jista’ fil-breakdown jinkludi l-uffiċċju tiegħu, kif ukoll tal-istaff tiegħu u konsulenti rispettivi. Jista’ fis-somma jinkludi l-ispejjeż fuq l-għamara kollha tal-uffiċċji, kompjuters u n-nefqa biex dawn jitwaħħlu mas-sistemi neċessarji kif ukoll l-ispiża fuq stationery? Jista’ għal kull item/servizz jgħid kif dan ġie mixtri/inġaġġat, jekk hux permezz ta’ direct order, quotations jew tender?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li ma sar ebda xogħol ta’ rinovar fil-Ministeru minn Marzu 2013 ’il hawn. Kellhom jinxtraw xi siġġijiet peress li s-Segretarjat tal-Ministru preċedenti kien trasferixxa l-maġġoranza tas-siġġijiet għal uffiċini oħra fi ħdan il-Ministeru qabel l-elezzjoni. Inxtraw ukoll xi bċejjeċ ta’ għamara li jinkludu xkaffar għall-kotba, filing cabinets u żewġ deskijiet. L-ammont globali li ntefaq huwa ta’ €5,299.37. Rigward ix-xiri/kiri ta’ apparat eletroniku nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2367. Aktar dettalji qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid ġietx imnedija l-iskema għall-industriji u lukandi Għawdxin li huma high energy users kif imħabbra fil-baġit għas-sena 2013? Jekk iva, meta? Jekk għadha ma ġietx imnedija x’inhi r-raġuni, u meta se tiġi mnedija? Min se jkun eleġibbli biex jibbenefika minn din l-iskema?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2856 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li r-residenti tat-Triq 31 ta' Marzu fir-Rabat Għawdex ilhom is-snin jistennew biex it-triq tiġi asfaltata, jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ta' asfaltar fit-Triq 31 ta' Marzu ma jistgħux isiru qabel ma jkun hemm il-fondi allokati għalihom. Ninsab infurmat ukoll li biex isir ix-xogħol b' mod komplet trid issir esproprazzjonbi ta' żewġ plots li tiswa 254570 Euros.
Ministeru għal Għawdex — Kuntratti għal konsulenza b'direct order
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 196 u jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fid-dokument li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.