Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #628 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġuni ngħataw l-84 trasferimenti fil-Korp tal-Pulizija b'seħħ mit-2 ta' Novembru, 1998? Jista' l-Ministru jgħid min iddeċieda dawn it-trasferimenti u jagħti raġuni għal kull membru tal-korp għaliex ingħataw dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jpoġġi r-raġunijiet bil-miktub fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 523 f'Seduta 10. 30.11.98
Leg 9 PQ #777 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

MIA — Joseph Fenech

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba Joseph Fenech daħal fir-restricted area ta' l-Ajruport mit-8 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mit-8 ta' Settembru, 1998, 'l hawn, il-persuna msemmija fil-Mistoqsija qatt ma daħlet f'żona ristretta ta' l-ajruport. 30.11.98
Leg 9 PQ #1172 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Nies imressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti sena b'sena mill-1990 'l hawn in konnessjoni ma' inċidenti li saru in konnessjoni u/jew f'postijiet marbutin ma' attivitajiet sportivi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija dwar inċidenti li saru in konnessjoni u/jew f'postjiiet marbutin ma' attivitajiet sportivi bejn l-1990 u l-10 ta' Novembru, 1998, kien kif ġej : - Sena 1990 1991 1992 1993 1994 1995 1996 1997 1998 Numru ta' Persuni 40 52 51 79 103 99 69 61 32 30.11.98
Leg 9 PQ #1173 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu quddiem l-qorti sena b'sena in konnessjoni ma' inċidenti f'festi reliġjużi fl-irħula tagħna sena b'sena mill-1990 'il hawn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija b'konnessjoni ma' inċidenti waqt festi reliġjużi fl-irħula tagħna bejn l-1990 u l-10 ta' Novembru, 1998, kien kif ġej : - Sena 1990 1991 1992 1993 1994 1995 1996 1997 1998 Numru ta' Persuni 26 11 7 3 29 11 2 23 8 30.11.98
Leg 9 PQ #1174 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Tifi ta' skart/imbarazz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imħarrka persuni sena b'sena mill-1990 'l hawn għal tfigħ ta' skart/imbarazz f'postijiet pubbliċi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni mħarrka mill-Pulizija dwar tfigħ ta' skart f'postijiet pubbliċi bejn l-1990 u l-10 ta' Novembru, 1998, kien kif ġej : - Sena 1990 1991 1992 1993 1994 1995 1996 1997 1998 Numru ta' persuni 19 39 23 45 23 56 31 16 14 30.11.98
Leg 9 PQ #1434 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi mill-pulizija biex jinżammu rave parties fis-snin 1996, 1997 u din is-sena? Taħt liema kondizzjonijiet jinħarġu dawn il-permessi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fl-1996 u fl-1997 ma nħarġu ebda permessi għal 'Rave Parties', filwaqt li din is-sena nħarġu 5. Fost il-kundizzjonijiet tal-permessi kien hemm illi mużika ma tindaqx fl-apert wara nofs il-lejl, ma jkunx hemm inkonvenjent lill-pubbliku, l-attivita' tiġi mwaqqfa f'każ ta' lmenti mill-pubbliku, u li l-ħlas għall-pulizija meħtieġa jkun a karigu ta' l-applikant. Fil-każ tal-permess għar-Rave Party ta' l-20 ta' Settembru 1998, kien hemm inkluż ukoll in-numru ta' persuni li kellhom jitħallew jidħlu fil-parti magħluqa. 30.11.98
Leg 9 PQ #1437 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permessi għar-rave parties

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 229 fejn kont staqsejt kemm ingħataw permessi mill-pulizija għal rave parties din is-sena, jista' l-Ministru jgħid għaliex ir-rave party "Follow the white line" li sar f'April f'Għawdex u l-ieħor li sar fil-15 ta' Awissu ta' din is-sena f'Għawdex ukoll fejn mietet persuna b'overdose ta' droga, kif ukoll rave parties oħra, m'humiex imsemmija fil-lista li jien ingħatajt fir-risposta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dawn iż-żewġ parties ma ġewx mogħtija fil-lista msemmija fit-Tweġiba għal Mistoqsija Numru 229, għax din kienet dwar kemm 'ingħataw permessi' mill-Pulizija. 30.11.98
Leg 9 PQ #1438 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rave parties

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 230, fejn fir-risposta il-Ministru qal illi għar-rave party li sar fil-21 ta' Settembru fil-Westin Dragonara kien hemm diversi pulizija waqt il-party il-ħin kollu; jista' l-Ministru jgħid għaliex dawn il-pulizija ħallew lill-organizaturi jiksru il-kondizzjonijiet tal-liċenzja li ngħatatilhom? Għaliex dawn il-pulizija illi kienu preżenti il-ħin kollu ħallew 7,000 ruħ jidħlu meta suppost daħlu 468, u ma waqqfux il-mużika f'nofs il-lejl skond il-kondizzjoni tal-liċenzja? Se jittieħdu passi kontra dawn il-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru tal-persuni li kellhom jitħallew jidħlu, kien jirreferi għal parti interna tal-post. Ma jirriżultaliex li hemm lok għal xi proċeduri dixxiplinarji għax il-pulizija aġġixxiet bl-aħjar mod skond iċ-ċirkostanzi. Bħalissa hemm proposta minn naħa tal-Ministeru tiegħi u dak tal-Politika Soċjali, sabiex l-attendenza tkun limitata a bażi ta' persuna waħda kull 0.5 metru kwadru. 30.11.98
Leg 9 PQ #1682 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kapsuli ta' l-ecstasy

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk isirux analizi tal-kapsuli ta' l-ecstasy li jinqabdu mill-pulizija biex inkunu nafu l-kompożizzjoni tagħhom? Jekk din l-analizi saret, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kompożizzjoni ta' dawn il-kapsuli kenitx l-istess? X'sustanzi kien fihom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li jsiru analiżi tal-pilloli ta' l-ecstasy li jinqabdu mill-pulizija biex isir magħruf jekk dawn il-pilloli humiex ecstasy jew le. Dawn l-analiżi jsiru fil-Laboratorju Forensiku. Irrid ngħid ukoll li sa issa fil-Laboratorju Forensiku ġew biss analizzati pilloli ta' l-ecstasy mhux kapsoli. Il-kompożizzjoni kimika ta' l-ingredjent prinċipali tal-pilloli ta' l-ecstasy hija dejjem l-istess, dik magħrufa bħala 3,4-methylene-N-methamphetamine (MDMA). Fil-Laboratorju Forensiku ġew ukoll analizzati pilloli oħra li f'dik li hija struttura kimika jixbħu lill-ecstasy. Dawn il-pilloli huma magħrufa kimikament bħala 3,4-methylene-N-ethylamphetamine (MDEA) u huma magħrufa fit-triq bħala EVE. 30.11.98
Leg 9 PQ #1730 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

U.E. — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi li jiffurmaw parti mill-Unjoni Ewropea li għandhom il-permess li jaħdmu hawn Malta? Jista' l-Ministru jagħti breakdown skond kull pajjiż u n-numru li ġejjin minnu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-lista ta' persuni barranin li kellhom liċenzja ta' impjieg (employment licence) biex jaħdmu f'pajjiżna, ippublikata fit-2 ta' Novembru, 1998, kien hemm 832 persuna minn pajjiżi li jiffurmaw parti mill-Unjoni Ewropeja. In-numru ta' persuni u l-pajjiż li ġejjin minnhom huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 30.11.98
Leg 9 PQ #1743 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern

Marsaxlokk — Gabbana

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gabbana li hemm fil-pjazza ta' Marsaxlokk hux se tibqa' fejn hi, u jekk se tibqa', b'liema mezz se tiġi allokata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, skond il-proġett ta' embellishment f'Marsaxlokk, il-gabbana li qed jagħmel referenza għaliha l-Onor. Interpellant mhux ser tibqa' fejn hi. Ninsab infurmat ukoll, li bħal ma jsir f'każijiet simili, il-gabbana fil-post il-ġdid tiġi mikrija lill-istess kerrejja. 30.11.98
Leg 9 PQ #1745 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern

Marsaxlokk — Suq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-suq tal-Ħadd ġewwa Marsaxlokk hux se jiġi trasferit għal fejn kien propost taħt Amministrazzjoni Laburista? Jekk fl-affermattiv, fiex waslu l-preparamenti sabiex dan isir?

Response (BORG, TONIO)

Nissuġerixxi li l-Onor. Interpellant iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma' dawk kollha konċernati sabiex jiġu regolarizzati dawn is-swieq. 30.11.98
Leg 9 PQ #1751 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Mandat fuq bejgħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għamlet mandat fuq bejgħ ta' proprjeta' għax kien hemm xi bini fuq il-proprjeta' mhux skond il-permess minn mindu twaqqfet l-istess awtorita'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li nħarġu 22 mandat tat-tip imsemmi fid-domanda. 30.11.98
Leg 9 PQ #1776 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Esproprjazzjoni ta' art

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar oġġezzjonatax għall-esproprjazzjoni ta' biċċa art u barumbara li qed timbarra, Triq ir-Redentur, Ħaż-Żabbar?

Response (BORG, TONIO)

Skond l-Att Nru.I ta' l-1992 m'hemm bżonn ta' ebda permess/kunsens tal-Awtorita' tal-Ippjanar għall-esproprjazzjoni ta' art. 30.11.98
Leg 9 PQ #1788 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzji tal-parkers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tad-dipartiment tal-pulizija rigward il-liċenzja tal-parkers?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ħruġ ta' liċenzji għal car park attendants huma regolati skond Artiklu 65 tar-Regolamenti ta' l-1994 dwar il-Vetturi bil-Mutur (Avviż Legali 128 ta' l-1994). 30.11.98
Leg 9 PQ #1835 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Appartament tal-Gvern - Tank ta' l-ilma

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi numri 376 u 1126 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġew riferuti lilek u ċioe' tista' jekk jogħġbok tgħid kif il-persuna, li d-deettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li toqgħod ġo flat tal-Gvern isfel (taħt il-livell tat-triq) li la għandha bitħa u lanqas shaft, ma ngħatatx permess tagħmel tank ta' l-ilma fuq il-bejt tal-flat tagħha?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, l-persuna li qed tirreferi għaliha l-Onor. Interpellanti, m'għandiex aċċess għal bejt tal-blokk fejn toqgħod. Għaldaqstant, il-permess biex din il-persuna tkun tista' tagħmel it-tank fuq il-bejt tal-blokk jista' jingħata biss bil-kunsens ta' l-uniċi żewġ inkwilini fl-istess blokk li għandhom aċċess komuni għall-bejt. Il-persuna ndikata diġa' ġiet infurmata b'dan mid-Dipartiment ta' l-Estates Management. Ninsab infurmat ukoll li d-Dipartiment konċernat għandu parir legali li ma jistax jimponi fuq l-inkwilini l-oħra biex jagħtu dan il-kunsens. 30.11.98
Leg 9 PQ #1890 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Qbid ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija qabditx xi kwalita' ta' droga "ġdida" magħrufa bħala flatliners matul din is-sena? Jikkonsidra il-Gvern Nazzjonalista li jħarrax il-pieni għal dawk li jittraffikaw fid-droga?

Response (BORG, TONIO)

Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li matul din is-sena, il-Pulizija ma għamlet l-ebda qbid ta' droga 'ġdida' magħrufa bħala flatliner. Dwar it-tħarrix tal-pieni, infakkar l-Onorevoli Interpellant li fl-1996 il-Parlament kien żied il-piena minn 20 sena għal għomor il-ħabs għal traffikar gravi tad-droga. Qed jiġu diskussi miżuri oħra għal sospensjoni ta' liċenzji tal-Pulizija għal 'licence holders' li jkunu akkużati bi traffikar ta' droga. 30.11.98
Leg 9 PQ #1891 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' droga

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 227, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk maqbuda fuq każijiet konnessi ma' droga kienu barranin? Jista' l-Ministru jgħid x'kienu t-tipi ta' droga maqbuda din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' barranin li nqabdu mill-Pulizija bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u s-27 ta' Ottubru 1998, fuq każijiet konnessi ma' droga, kien ta' 4. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li tajt għal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 236 f'Seduta Numru 7. 30.11.98
Leg 9 PQ #227 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni maqbuda mill-pulizija mill-5 ta' Settembru 'il hawn fuq każijiet konnessi mad-droga? Kemm minn dawn kienu każi ta' pussess u kemm ta' traffikar? Kemm se jitressqu persuni l-Qorti fuq dawn il-każijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi, bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u s-27 ta' Ottubru, 1998, in-numru ta' persuni li nqabdu mill-Pulizija fuq każijiet konnessi ma' droga kien ta' 66. Minn dawn, 56 kienu fuq pussess, filwaqt li 10 kienu fuq traffikar. Il-persuni kollha ser jiġu mressqa l-Qorti. 25.11.98
Leg 9 PQ #476 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartimenti ta' l-Immigrazzjoni? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal-Immigration Branch fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda trasferimenti fil-perijodu ndikat fil-Mistoqsija. 25.11.98