Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet, clubs, jew organizzazzjonijiet li għandhom premises fil-kumpless tal-pixxina nazzjonali? Fuq liema kriterji ngħataw u kemm hu l-ħlas dovut f'kull każ?
Jista' l-Ministru jgħid x'materjal awdjoviżiv qed tibgħat il-PBS lejn stazzjonijiet televiżivi Awstraljani biex jarawh emigranti Maltin? X'kienu r-raġunijiet li minn Settembru, 1999 sal-lum kien hemm diversi drabi li ma ntbagħtx il-bulettin ta' aħbarijiet lokali lejn l-Awstralja? X'rimedji se jittieħdu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kull ġimgħa, il-PBS tibgħat ġabra ta' aħbarijiet lokali ta' madwar 30 minuta lil SBS. Dawn jittieħdu mill-aħbarijiet li jkunu xxandru mill-PBS fil-jiem ta' qabel.
Il-PBS dejjem żammet l-impenn tagħha u bagħtet il-cassette bl-aħbarijiet lil SBS permezz tal-courier service.
Kull nhar ta' Tnejn il-cassette ikun lest min-naħa tal-PBS u jinġabar mill-courier.
Kien hemm okkażjonijiet fejn minħabba problemi ta' natura loġistika min-naħa tal-Courier, il-cassette ma wasalx għand l-SBS sal-Ġimgħa. F'dawn il-każi l-SBS ma' xxandarx dan il-Bulletin ta' aħbarijiet minħabba t-tul ta' żmien li jkun għadda.
Il-PBS tibqa' tagħmel dak kollu possibbli u tinsisti mal-couriers biex dawn l-aħbarijiet jaslu għand l-SBS fil-ħin.
Jista' l-Ministru jibgħat uffiċjal tiegħu sabiex il-grotta magħrufa bħala Tas-Sirena fil-belt Sengleana tiġi mdaddfa u mixgħula tajjeb minn ġewwa? Huwiex possibbli ukoll li l-lapida li kien hemm fuqha terġa' titqiegħed?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser niddiskuti ma' sħabi l-Ministri li għandhom x'jaqsmu mas-suġġett, kif ukoll mad-Direttur tal-Mużewijiet u flimkien naraw x'għandu jsri.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nurseries u kindergartens liċenzjati f'Malta? F'liema lokalita' qegħdin?
Response (GALEA, LOUIS)
Is-sezzjoni tan-Nurseries ma tidħolx fil-parametri ta' l-Att ta' l-Edukazzjoni (1988) u għalhekk ma taqax taħt il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Informat li n-numru ta' Kindergartens liċenzjati u l-lokalita` tagħhom hi kif ġej:
KINDERGARTENS FI SKEJJEL KINDERGARTENS FI SKEJJEL
TAL-KNISJA INDIPENDENTI
MALTA
LOKALITA` NUMRU LOKALITA` NUMRU
Balzan 1 Attard 2
B'Bugia 1 B'Bugia 1
B'Kara 1 B'Kara 2
Blata l-Bajda 1 Balzan 1
Cospicua 1 Gzira 1
Għargħur 1 Kappara 3
Gżira 1 Mdina 1
Ħamrun 1 Mosta 1
Lija 1 Msida 1
Luqa 1 Naxxar 1
Marsa 1 Paceville 1
Mġarr 1 Paola 2
Mosta 1 Pembroke 2
Msida 1 Qormi 1
Paola 1 Rabat 1
Qormi 1 San Ġwann 1
Qrendi 1 Sliema 3
Rabat 1 St Julians 2
San Ġwann 1 Żebbiegħ 1
Siġġiewi 1 Żebbuġ 1
Sliema 4
Paul's Bay 1 TOTAL 29
Sta Lucia 1
Valletta 1
Vittoriosa 1
Żabbar 1
Żebbuġ 2
Żejtun 1
TOTAL 32
GĦAWDEX
LOKALITA` NUMRU
Għasri 1
Kerċem 1
Nadur 1
Qala 1
Victoria 2
Xagħra 1
TOTAL 7
Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilita' hemm li fl-Universita' ta' Malta jibda kors akkademiku għal Veterinarji?
Jikkonsidra l-Ministru li professjoni ta' veterinarji hija neċessarja ħafna għal pajjiżna?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 16069 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe': Jistax jikkonferma jew jelabora jekk huwiex minnu li l-gvern qiegħed jikkonsidra tibdil fil-ħinijiet ta' l-għalliema fl-iskejjel statali?
Dipartiment ta' l-Arkitettura u l-Inġinerja — Lecturers
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-lista tal-fulltime u part-time lecturers fid-dipartiment ta' l-arkitettura u l-inġinerija ċivili fl-Universita' ta' Malta inkluż ir-rwol ta' kull lecturer?
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika kemm kellna tfal b'diżabilita', inklużi fil-main stream, tal-kindergarten, primarji u sekondarji tal-gvern?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li tfal b'diżabilita` inklużi fil-main stream matul din is-sena skolastika kien hemm:
Kindergarten 87
Primarja 349
Sekondarja 57
Jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa biex tiġi żviluppata s-sistema ta' l-NVQs - il-kwalifiki vokazzjonali nazzjonali?
Response (GALEA, LOUIS)
Bi tħejjija għat-twaqqif ta' sistema nazzjonali ta' ċertifikazzjoni ta' kwalifiċi vokazzjonali ġew konsidrati fid-dettal kwestjonijiet ta' pilicies u strutturi bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Korporazzjoni Xogħol u Taħriġ (ETC) bl-għajnuna ta' esperti barranin, inkluż il-European Training Foundation. Bħalissa qed naħdmu fuq l-aħħar abbozz tar-Regolamenti meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jkollha tiżdied in-nefqa fuq is-salarji tat-teaching grades mill-1 ta' Jannar, 2001 fl-iskejjel tal-gvern għas-sena 2001?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minħabba verifiki li għad iridu jsiru mal-Ministeru tal-Finanzi u minħabba negozjati attwali mal-Unions għadu kmieni biex tiġi stmata n-nefqa ta' salarji u pagi għall-gradi ta' għalliema fis-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb li ser jingħata bidu għax-xogħol fuq il-proġett tal-kumpless sportiv tal-Kottonera?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-applikazzjoni fuq il-proġett tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera ġiet sottomessa lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar fil-bidu ta' Marzu. Diġa' saret is-'site investigation' u mistenni li x-xogħol ta' l-iskavar jibda f'Ottubru 2000.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ħaddiema watchmen fl-iskola tar-Rabat filwaqt li jaħdmu mis-siegħa ta' wara nofsinhar sas-sebgħa ta' l-għada filgħodu, flok mill-ħamsa ta' wara nofsinhar sas-sebgħa ta' l-għada filgħodu, dawn dejjem jirċievu l-istess paga?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-watchmen jaħdmu fuq ġimgħa ta' 44 siegħa u barra l-paga skond il-grad u l-iskala tas-salarju tagħhom jitħallsu wkoll allownces għall-Ħdud u l-Festi Pubbliċi. Billi dawn l-allowances ma jitħallsux bis-siegħa, ma jagħmilx differenza fil-ħlas għas-sajf u x-xitwa.
Dawn l-allowances huma mqassmin hekk:
i) minn Lm10.50,4 sa Lm12.75,2 għall-Ħdud u
ii) minn Lm13.78,3 sa Lm16.73,7 għall-Festi Pubbliċi.
L-orarju li jaħdmu l-watchmen huwa hekk:
a) Xitwa (1 ta' Ottubru sal-31 ta' Mejju) mill-5.00pm sas-
7.00am (ta' l-għada)
b) Sajf (1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru) mis-1.00pm sas-
7.00am (ta' l-għada).
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Universita' ma tikkunsidrax li f'dawk il-korsijiet fejn hemm mijiet ta' studenti, meta jkollhom l-eżamijiet jiġu mitluba jġibu l-I.D. cards magħhom biex jiġi żgurat li l-istudenti li jwieġbu l-karti jkunu dawk li qed jagħmlu l-kors u mhux ikunu qed jagħmluh bi ħlas għal xi ħadd ieħor?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kull student li jkun qed jagħmel eżami jista' jkun mitlub juri l-karta ta' l-identita` jew il-karta li turi li hu student jekk ikun hemm dubju dwar l-identita` tiegħu. Għalkemm fejn hemm ħafna studenti f'kors, aktarx li mhux l-istudenti kollha jkunu magħrufa mill-amministrazzjoni, wieħed għandu għax jaħseb li l-istudenti kollha jkunu jafu lil xulxin u huwa improbabbli li jkun hemm każi ta' impersonifikazzjoni. Qatt sa issa ma waslet xi allegazzjoni dwar abbuż ta' din ix-xorta. B'dana kollu l-Universita` ser tikkonsidra s-suġġerimenti ta'l-Onor. Membru għall-eżamijiet li jmiss.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-mean f'kull suġġett u l-mean nazzjonali li kisbu l-istudenti fl-iskejjel sekondarji tal-gvern għas-sena skolastika 1998/99 imhejjija mill-Education Assessment Unit tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskop ta' l-istudju msemmi kien li jkollna stampa ta' kif marru l-istudenti f'dawn l-eżamijiet partikolari li kienu mibnija fuq is-sillabu uffiċjali. Kull skola jkollha wkoll mezz li tara fejn sejra tajjeb u fejn anqas tajjeb biex tieħu passi għal titjib.
L-Education Assessment Unit qgħadet attenta li ma tagħtix lok għal xi paragun bejn skola u oħra. Din il-Unit konxja ħafna wkoll li fil-preżentazzjoni tal-Means sa issa hemm nieqes l-element ta' 'value added criteria'.
Ġejt mogħti l-parir li tista' ssir ħsara għat-tagħlim fl-iskejjel konċernati jekk l-istudju jintuża bħala forma ta' League Tables. Għaldaqstant ma nħossx li f'dan l-istadju hu prudenti li npoġġi l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma jkollix diffikolta` ngħaddih lill-Onor. Membru jekk għandu bżonnu għall-attenzjoni konfidenzjali tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi deċiżjoni mill-ministeru li ma jitwaħħlux antenna masts tal-mobile phones fuq soqfa ta' skejjel, u li dan jgħodd ukoll għal 100 metru fid-distanza ta' l-iskejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija numru 16578.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika kemm kien hemm tfal b'diżabilita', inklużi fil-main stream, tal-kindergarten, primarji u sekondarji ta' l-iskejjel tal-Knisja? F'liema skejjel, każ b'każ?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Fis-sessjoni ta' Mejju 1999 tas-SEC, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li qagħdu għal dan l-eżami mill-Junior Lyceum ta' Malta u Għawdex u mil-liema suġġetti? X'riżultati kisbu? Kemm kien hemm studenti fl-aħħar sena tal-Junior Lyceums ta' Malta u Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.