Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #23608 Sitting 363 2016-03-01 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – laqgħat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x’ħidma, laqgħat jew sforzi saru jew qegħdin isiru mill-Uffiċċju tiegħu sabiex il-ħaddiema li qed jaħdmu preżentament mal-fabbrika li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma jitilfux ix-xogħol tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lil Onorevoli interpellant li l-Gvern, permezz tal-Korporazzjoni Malta Enterprise, kkometta ruħu li jikkollabora mal-kumpanija De La Rue biex ikollha futur sostenibbli f’Malta, li jissalvagwardja l-impjieg ta' aktar minn 250 ħaddiem Malti li diġa huma fuq il-kotba tal-kumpanija. Mal-mument li l-kumpanija ħabbret il-pjan ta' ristrutturar tagħha, il-Malta Enterprise bdiet taħdem mal-ETC biex dawk il-ħaddiema li possibilment se jkunu affettwati negattivament mid-deċizjoni tal-kumpanija, jkunu offruti taħriġ u impjieg alternattiv, kif sar f'ċirkostanzi oħrajn. Dan huwa possibli grazzi għal ekonomija b'saħħitha li waslet għal ¿ieda bla preċedent fin-numru ta’ nies jaħmdu, bil-ħolqien ta' 17,000 impjieg fi 3 snin. L-appell tal-gvern f’dan il-mument huwa ghall-prudenza.
Leg 12 PQ #23609 Sitting 363 2016-03-01 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar – permessi maħruġa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika kemm inħarġu permessi mill-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar tul is-sena li għaddiet u possibilment x’tip kienu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat mill-Awtorità ta’ Malta għall-Amjent u l-Ippjanar li l-istess Awtorita approvat 4,135 applikazzjoni ‘first decisions’ matul is-sena 2015. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista dwar dawn it-tip ta’ dawn l-applikazzjonijiet.
Leg 12 PQ #22882 Sitting 362 2016-02-29 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Villa Francia — Attivitajiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22612 u jgħid jekk is-Sinjura Muscat u hu, flimkien jew separatament, ġieli organizzaw riċevimenti jew attivitajiet oħra fid-dar uffiċjali tal-Gvern imsejħa Villa Francia, f’Ħal Lija u jekk iva, jista’ l-Prim Ministru jagħti break down ta’ liema kienu dawn l-attivitajiet jew riċevimenti, meta saru, u kemm kienet l-ispiża biex saru f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kif kien jiġri fl-aħħar leġiżlatura, minn żmien għal żmien jien u l-mara tiegħi nilqgħu nies differenti f’okkażjonijiet varji f’Villa Francia. Għad-dettalji dwar ir-riċevimenti/laqgħat/laqgħat soċjali organizzati f’Villa Francia bejn Marzu 2013 u Gunju 2014 nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7100. Għad-dettalji dwar r-riċevimenti/laqgħat/laqgħat soċjali organizzati f’Villa Francia bejn Gunju 2014 u Dicembru 2014 nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15056. Matul l-2015 kien hemm 10 okkażjonijiet fejn saru riċevimenti/laqgħat/laqgħat soċjali f’Villa Francia bi spiża medja ta’ €3,750 f’kull okkażjoni. Numru minn dawn ir-riċevimenti kienu jiġu organizzati anki mill-amministrazzjoni preċedenti f’Villa Francia bħal fl-okkażjoni tal-Fiera Internazzjonali ta’ Malta u fl-okkazjoni tal-festa ta’ Ħal Lija. Fl-2015 kien hemm ukoll riċeviment speċjali organizzat fl-okkażjoni tal-ħatra ta’ Arċisqof ġdid. Okkazjonijiet ohra fl-2015 kienu jinkludu attivitajiet b’rabta ma’ żjarat f’pajjizna minn delegazzjonijiet għolja barranin, riċevimenti għas-soċjetà civili u għaqdiet mhux governattivi u attivita fl-okkażjoni tal-Milied. Niġbed l-attenżjoni tal-Onor Interpellant li meta fl-aħħar leġiżlatura deputati tal-Oppozizzjoni talbu informazzjoni dwar Villa Francia kien hemm okkażjonijiet fejn il-Prim Ministru ta’ dak in-nhar kien wieġeb li l-informazzjoni mitluba kienet tirrikjedi ħafna xogħol u ma ingħatatx (PQ 26,428 - Seduta 373 - Leġiżlatura XI).
Leg 12 PQ #23428 Sitting 362 2016-02-29 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa f'konsulenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20829 u jgħid kemm intefqu f’konsulenti fil-Ministeru tiegħu nkluż dipartimenti, entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. bejn l-2008 u Marzu 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni b’rabta mal-MEPA ghada qed tingabar. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #23429 Sitting 362 2016-02-29 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Villa Francia – artijiet – aċċess għall-pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li xi artijiet jew partijiet minnhom, inkluż artijiet bi qbiela, li hemm fid-dawra ta' Villa Francia, jintużaw bħala aċċess għall-pubbliku jew xi użu ieħor marbut ma' Villa Francia?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kif kien tħabbar pubblikament fl-2014, kienu allokati fondi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali sabiex jiġu restawrati partijiet minn Villa Francia, wara li kien instab li l-proprjetà kien jinħtiġilha diversi interventi sabiex terġa’ jingħata l-ħajja li tixraqilha. Dan għaliex fil-passat din tħalliet taqa’ fi stat ta’ abbandun. Il-maġġoranza tax-xogħol qed ikun iffokat fuq interventi fil-ġonna tal-Villa billi qed ikunu rranġati il-passaġġi ewlenin, restawr neċessarju fuq in-niċeċ, l-istalel u l-gazibo, kif ukoll interventi fuq il-Mitħna tal-ilma. L-għan prinċipali ta’ dan il-proġett huwa li Villa Francia minn zmien ghal zmien tkun appezzata mill-pubbliku bhala destinazzjoni gdida li tikkumplimenta destinazzjonijiet ohra li jaqgħu fil-qalba urbana tat-tlett villaġġi ta’ Ħ’Attard, Ħal Lija u Ħal Balzan.
Leg 12 PQ #23457 Sitting 362 2016-02-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern – arretrati ta’ kirjiet u ċnus

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ arretrati ta’ kirjiet u ċnus (maqsumin separatament) dovuti lid-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern fi tmiem l-2013, l-2014 u l-2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #23458 Sitting 362 2016-02-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Avviż ta’ delega ta’ poteri lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-artijiet fil-Gazzetta tal-Gvern

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23273, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx iktar avviżi li ħarġu fil-Gazzetta tal-Gvern, wara dik ta’ April 2013, għall-istess skop?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #23463 Sitting 362 2016-02-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tlugħ ta’ ħajt tas-sejjieħ – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21662 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward għalqa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Nru 20220. Kif diġa ntqal f’din it-tweġiba, hemm kawża għaddejja fil-Qorti minħabba tilwim li hemm bejn l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament, u ħutu fuq il-qsiem ta’ din l-għalqa. Barra minn hekk, skont kundizzjoni 8 tal-Ftehim tal-Kirja it-tiswijiet kollha li hemm meħtieġa jew li għad ikunu meħtieġa f’din ir-raba inkluż il-bini/tiswijiet ta’ħitan jew ilqugħ ieħor iridu jsiru kollha għas-spejjeż tal-gabilott, li f’dan il-każ huwa l-individwu u ħutu li għandhom il-kirja ‘in solidium’. Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-individwu u ħutu kemm il-darba ingħataw din l-istess informazzjoni u allura d-Dipartiment tal-Artiiet m’għandux iktar x’jagħmel fuq dan il-każ.
Leg 12 PQ #23535 Sitting 362 2016-02-29 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – Design Guidelines

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument Design Guidelines li kien ikkummissjonat mill-MEPA 2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #23557 Sitting 362 2016-02-29 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – direct order

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma ta l-ebda xogħol ta’ konsulenza lill-kumpanija li qed issir riferenza għaliha.
Leg 12 PQ #23577 Sitting 362 2016-02-29 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità responsabbli mill-Kontroll u l-Infurzar tal-Ħsejjes

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema awtorità hija responsabbli mill-Kontroll u l-Infurzar tal-Ħsejjes (sound pollution)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li konsegwenzi ta’ ħsejjes fuq is-saħħa tal-bniedem huma kompetenza tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jew l-Awtorità ghas-Sahha u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol. Infurzar f`każijiet fejn ħsejjes jitqiesu bħala nkonvenjent isir minn naħa tal-Pulizija. Id-direttiva dwar il-ħsejjes ambjentali li taqa fir-responsabilità tal-MEPA tiffoka fuq ħsejjes ambjentali b'mod ġenerali, f'postijiet kif identifikati fid-Direttiva bħal toroq prinċipali, agglomerazzjonijiet u ajruporti kbar. Ir-responsabiltajiet prinċipali taħt din id-direttiva huma li jiġu ppreparati "noise maps" u pjanijiet ta‘ azzjoni li jikkonċernaw ħsejjes ambjentali.
Leg 12 PQ #23382 Sitting 361 2016-02-24 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Government Property Division — impjegati - Rapport dwar Triq Zekka l-Belt –

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma lil dan il-Parlament jekk hu personalment jew uffiċjali mill-uffiċċju tiegħu humiex jibagħtu jew beħsiebhom jibagħtu għall-persuni impjegati mal-Government Property Division li ssemmew fir-Rapport tal-NAO dwar l-espropriju ta’ Triq Zekka l-Belt fil-ġranet li ġejjin? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għal dan?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Le.
Leg 12 PQ #23405 Sitting 361 2016-02-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sejħiet għall-ingaġġ ta’ skrivani, executive officers u principals

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li jinħarġu sejħiet għall-iskrivani, executive officers u principals maċ-Ċivil? Meta l-aħħar li nħarġu dawn is-sejħiet u kemm kienu ġew ingaġġati f'kull grad?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Is-sejħiet għall-iskrivani, uffiċjali eżekuttivi u uffiċjali prinċipali jinħarġu skont il-ħtieġa tas-Servizz Pubbliku. L-aħħar sejħiet inħarġu fid-9 ta’ Novembru, 2012. Annessa tinsab tabella li tindika d-dettalji kif mitluba mill-Onor. Interpellant: Kemm ġew ingaġġati f’dawn il-gradi GradNumruRimarki Uffiċjal Prinċipali237 Uffiċjal E¿ekuttiv557minn dawn 18 ħadu l-ħatra ta’ Uffiċjal Prinċipali Skrivan108minn dawn 2 ħadu l-ħatra ta’ Uffiċjal Prinċipali
Leg 12 PQ #23399 Sitting 360 2016-02-23 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ambjent u r-Rizorsi – ħatra tad-Direttur tal-Ambjent

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra fiex wasal il-proċess tal-ħatra tad-Direttur tal-Ambjent tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #23401 Sitting 360 2016-02-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex – art fejn kien hemm il-miżbla tal-Qortin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta l-Kummissarju tal-Artijiet għadda lill-Enemalta l-art fix-Xagħra Għawdex fejn qabel kien hemm il-miżbla tal-Qortin? Jista' jgħid b’liema kundizzjonijiet għaddiet din l-art u jippreżenta kopja tal-ftehim jew kuntratt li sar bejn il-Kummissarju tal-Artijiet u l-Enemalta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #23402 Sitting 360 2016-02-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Esproprjazzjoni ta’ art

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il esproprjazzjoni ta' art jew bini saret f'Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid f'kull każ x' kien l-iskop tal-esproprjazzjoni u f'kull każ kemm kien il-prezz li bih ġiet stmata l-istess art? Jista’ jgħid f'kemm minn dawn il-każijiet il-prezz mogħti mill-Kummissarju tal-Artijiet lis-sidien ġie aċċettat minn dawn tal-aħħar u f'kemm il-każ dan il-prezz ma ġiex aċċettat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #22826 Sitting 359 2016-02-22 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsaxlokk – xatt is-sajjieda — gabbani

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ta’ żvilupp saru mal- Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) sabiex jiġu installati/mibnija gabbani tul Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk mit-13 ta’ Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema stadju ta’ pproċessar waslet kull applikazzjoni? X’tip ta’ applikazzjoni saret f’kull każ? X’inhu n-numru ta’ kull applikazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li l-istess Awtorita irċeviet żewġ applikazzjonijiet għal xogħol relatat ma’ gabbani f’Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk. Annessa hawn tabella li tagħti l-informazzjoni mitluba: PA / TRK No. Proposal Location PreScrRecDate Status TRK/163128 Erection of ice-cream kiosk including signage Ice Cream Kiosk, Xatt Is- Sajjieda, Marsaxlokk, Malta 29/07/2015 Withdrawn - Application Compilation Expired PA/03819/14 To include kitchen and toilet in an already existing kiosk/snack bar. Harbour Lights, Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk, Malta 03/01/2014 Decided - Granted
Leg 12 PQ #22993 Sitting 359 2016-02-22 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija imsemmija minnu qatt ma ngħatat xogħol ta' konsulenza mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fil-perjodu indikat.
Leg 12 PQ #23273 Sitting 359 2016-02-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Avviż ta’ delega ta’ poteri lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-artijiet fil-Gazzetta tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-avviż li kien ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern wara t-8 ta' Marzu 2013 li juri d-delega tal-poteri tiegħu bħala Ministru tal-Artijiet lis-Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba..
Leg 12 PQ #23312 Sitting 359 2016-02-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Residential Units - applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23118 u jgħid: a. kemm ġew approvati residential units ġodda mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fis-snin 2010 - 2015 kull sena separatament; b. kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet għal żvilupp lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għal residential units ġodda fis-snin 2010 - 2015 u t-total ta' units għal kull sena separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nformat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li l-informazzjoni dwar residential units approvati tinżamm mill-istess Awtorita u annessa hawn tabella bl-informazzjoni mitluba. L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar informatni li ma żżommx informazzjoni rigward sottomessjonijiet għal żvilupp għar-residential units ġodda . Residential units approvati Sena 2010 2011 2012 2013 2014 2015 Total 4444 3955 3064 2707 2937 3947