Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni: a) taħt l-20 sena; u b) 'il fuq minn 60 sena fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin bħalissa?
Jeżisti xi forma ta' trattament differenti marbut ma' l-eta' żagħżugħa/anzjanita' f'din il-Faċilita'?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fit-18 ta` Novembru, 1998, in-numru ta` priġunieri taħt l-20 sena fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin kien ta` 10. Kien hemm ukoll priġunier ieħor, taħt l-20 sena, li kien qiegħed bil-Prison Leave mal-Caritas.
Fl-istess data, in-numru ta` priġunieri `l fuq minn 60 sena kien ta` 2.
Fil-Faċilita` hemm diviżjoni għall-Juveniles u jitqiegħdu fiha, fuq il-parir tal-psikologu u l-psikjatra tal-Habs, żgħażagħ ta` bejn is-16 u l-21 sena li jkunu first time offenders.
Fil-każ ta` priġunieri anzjani, ma hemmx trattament differenti.
03.12.98
Pulizija — Persuni taħt l-influwenza ta' l-alkoħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm instabu nies ħatja li saqu vetturi taħt l-influwenza ta' l-alkoħol, sena b'sena, mill-1990 'il hawn?
Kemm inġabru multi mill-Gvern kull sena f'dawn il-każijiet?
Kemm kien hemm persuni fl-istess perjodu wkoll, sena b'sena, li ġew sospiżi milli jsuqu vettura għall-perjodu ta' żmien?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar l-ewwel u t-tielet parti tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li l-Pulizija ma żżommx statistika dwar it-tagħrif mitlub.
03.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm twettqu reati/kontravenzjonijiet u irregolaritajiet li jmorru kontra r-regolamenti tal-Ħabs, sena b'sena, mill-1990 'il hawn minn internati fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li, minn Mejju ta' l-1994, meta bdiet tinżamm statistika dwar reati, u ksur tar-Regolamenti tal-Ħabs minn priġunieri, l-informazzjoni mitluba, sena b'sena hi kif ġej : -
SENA NUMRU
---- -----
1994 (Mejju-Diċembru) 223
1995 746
1996 1177
1997 1387
1998 (sal-10 ta' Novembru) 925
03.12.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-Gvern li jraħħas il-liċenzji konnessi mal-kaċċa u l-insib?
Response (BORG, TONIO)
Il-ħsieb tal-Gvern hu dak li hemm kontenut fil-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista għall-Elezzjoni Ġenerali ta` l-1998 (paġ. 12).
Qegħdin jiġu diskussi proposti konkreti biex dawn il-proposti jitwettqu fl-iqsar żmien possibli, pass wara pass.
03.12.98
Dipartiment ta' l-Artijiet — Talbiet minn kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti minn kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex biex jingħataw l-opportunita' jieħdu ħsieb u jmexxi xi bini ta' valur storiku fil-lokalita' tagħhom? Liema kunsilli lokali u liema postijiet storiċi qed jistennew li jintlaqgħu t-talbiet tagħhom mid-Dipartiment ta' l-Artijiet? Meta se jintlaqgħu t-talbiet f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Rigward l-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li qegħdin isiru diskussjonijiet bejn id-Dipartiment ta` l-Artijiet, id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u s-Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru sabiex jiġi deċiż liema minn dan il-bini storiku jista` jiġi mgħoddi lill-Kunsill Lokali konċernat biex imexxih u jieħu ħsiebu.
Apparti dan hemm talbiet oħra li ma jirreferux għal bini storiku.
Id-deċiżjoni tal-Gvern hi li meta proġett jiġi approvat mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, il-Gvern jikkonċedi b`titolu, direttament lill-istess Kunsill, il-proprjeta` in kwestjoni.
Hemm ukoll il-ħsieb li tiġi emendata il-Liġi ta` l-1976 dwar it-Trasferiment ta` Art tal-Gvern, sabiex f`ċerti każijiet, u bis-salvagwardji neċessarji, il-Kunsill Lokali ikun jista` anke jikkonċedi ċnusijiet fuq l-istess proprjeta` lil terzi.
03.12.98
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex waslu l-investigazzjonijiet min-naħa tal-Gvern Malti fl-allegata għarqa ta' madwar 280 immigrant illegali lejliet il-Milied ta' l-1996 fil-kanal bejn Malta u Sqallija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li kemm l-Inkjesta Maġisterjali kif ukoll l-investigazzjonijiet mill-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.
03.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il permess ta' barrieri ħarġet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Fejn jinstabu l-barrieri approvati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar approvat 3 applikazzjonijiet ta` barrieri mill-5 ta Settembru, 1998, sal-lum, f`dawn il-lokalitajiet:-
f`Ta` Slima, l/o San Lawrenz, Għawdex;
fi Sqaq tal-Għaqba, l/o Siġġiewi; u
f`Ta` Klement, Qala, Għawdex.
03.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti fuq każi konnessi mad-droga din is-sena? X'weħlu wieħed wieħed f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sat-30 ta` Novembru, tressqu l-Qorti 320 persuna fuq każi konnessi mad-droga.
Ninsab infurmat ukoll li 180 każ minnhom għadhom sub judice. Dwar il-140 każ li ġew deċiżi mill-Qorti, ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
03.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu l-qorti sena b'sena, f'dawn l-aħħar għaxar snin talli biegħu alkaħol lil tfal taħt is-16-il sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija talli biegħu alkohol lill-persuni taħt is-16 il-sena bejn l-1989 u t-30 ta` Novembru, 1998, kien kif ġej:-
Sena Numru Ta` Persuni
_____ _________________
1989 --
1990 --
1991 1
1992 --
1993 --
1994 2
1995 --
1996 --
1997 1
1998 6
03.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' armi, snieter, eċċ reġistrati bil-permess jew liċenzjati mill-pulizija?
Kemm minn dawn l-armi huma permessi li jintużaw għall-kaċċa u għall-avvenimenti sportivi ta' l-isparar?
X'kienu l-istess numru ta' armi f'pajjiżna matul dawn l-aħħar 12-il sena, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 246 f'Seduta 9.
Minn numru totali ta' armi reġistrati mill-Pulizija fil-31 ta' Ottubru, 1998, ninsab infurmat li 41,633 jintużaw għal kaċċa jew avvenimenti sportivi ta' l-isparar.
Ninsab infurmat ukoll illi l-Pulizija ma żżommx l-istatistika mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
02.12.98
Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb tal-Gvern li l-garages tal-gvern fl-oqsma residenzjali li huma mikrija jiġu mixtrija mill-inkwilini? Jekk huwa l-ħsieb jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' skema se tinħoloq u liema huma l-ewwel oqsma residenzjali li se jgawdu minn din l-iskema?
Response (BORG, TONIO)
Il-Gvern qed jikkunsidra diversi skemi, inkluż dik fejn garaxxijiet li l-kera tagħhom tinġabar mid-Dipartiment ta' l-Artijiet, ikunu jistgħu jinxtraw mill-kerrejja.
Peress li dan il-proċess għadu fi stadju preliminari għad mhux il-waqt li jingħataw aktar dettalji.
02.12.98
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-lukandi li ngħataw permess jitilgħu 'il barra miż-zona tal-bini? Fejn jinsabu? Meta ngħataw il-permessi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minn kemm ilha mwaqqfa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dawn il-lukandi ġodda ngħataw permess għall-iżvilupp barra miż-żona ta' l-iżvilupp: -
Solemar Mellieħa 1993
San Lawrenz San Lawrenz, Mellieħa 1996
Fir-rigward tal-lukanda San Lawrenz, ġie mġedded il-permess ta' żvilupp li ngħata qabel ma ġiet fis-seħħ l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Ingħataw ukoll permessi ta' estensjonijiet lil dawn il-lukandi: -
Coastline Salina, Naxxar 1993
Seabank Mellieħa 1995
Cornucopia Xagħra, Gozo 1996
02.12.98
Jista' l-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet qiegħed jieħu biex ħajt perikoluż maġenb iċ-Ċentru Laburista f'Raħal Ġdid fuq il-ħanut tal-Gala ma jibqax fl-istat li qiegħed minħabba l-periklu li jista' jaqa'?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija fl-għassa ta' Raħal Ġdid ma kellha l-ebda rapport dwar il-ħajt perikoluż li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant.
Madankollu, il-Pulizija ser tieħu l-passi neċessarji biex jekk jirriżulta li l-ħajt hu fi stat perikoluż, dan il-periklu jitneħħa.
02.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru reati kriminali fix-xaħar ta' Ottubru ta' din is-sena? X'tip kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru u t-tipi ta' reati rrappurtati lill-Pulizija f'Ottubru 1998, huma kif jidhru fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
01.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm weġgħu persuni waqt inċidenti tat-traffiku xahar b'xahar din is-sena, kemm mietu din is-sena, kemm weġgħu ħafif u kemm gravi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
01.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ċittadini li qed jistennew li jitħallsu ta' artijiet li jkun ħadilhom il-gvern għal xi skop pubbliku? Liema ammont ta' flus qed jistennew biex jitħallsu ċ-ċittadini mingħand il-gvern?
Response (BORG, TONIO)
Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li peress li n-numru ta' sidien mhux dejjem jista' jiġi jdentifikat meta toħroġ l-Ordni ta' Esproprjazzjoni, mhux possibli li wieħed jagħti n-numru ta' persuni li qed jistennew li jitħallsu għall-proprjeta' esproprijata.
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li hu stmat li l-ammont dovut biex jitħallas dwar esproprjazzjonijiet, hu ta' madwar Lm15,181,390. Dan l-ammont hu bażat fuq stimi preliminari li jsiru fil-mument tal-ħruġ ta' l-Ordni ta' Esproprjazzjoni u hu suġġett li jvarja għal diversi raġunijiet, fosthom kemm idumu biex jiġu jdentifikati s-sidien u ż-żmien li jgħaddi mid-data tal-pussess tal-proprjeta' sad-data tal-kuntratt.
01.12.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Board tan-Neighbours Complaints hux kostitwit?
Jekk ir-risposta hi fin-negattiv, meta se jiġi kostitwiti?
Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, min huma l-membri?
Kemm hemm każi jistennew il-permess quddiem dan il-bord?
Response (BORG, TONIO)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal Police Licenses Advisory Board, dan hu kostitut, u l-membri tiegħu huma : -
Is-Sur Paul Ciantar - Chairman
Is-Sur Charles Grima - Membru
Dr Ingrid Young, LL.D. - Membru
Is-Sinjorina Rita Vella Brincat - Segretarja
01.12.98
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 569 tat-2/11/98?
Response (BORG, TONIO)
Dwar jekk kienx hemm bżonn li t-trejqa in kwestjoni tinħareġ bl-offerti bl-iskop li tingħata b'titolu ta' lokazzjoni, dal-każ qed jiġi nvestigat. Ma jidhirx iżda, li kien hemm xi ksur tad-disposizzjonijiet ta' l-Att dwar it-Trasferiment ta' l-Art tal-Gvern.
Dwar it-tqegħid ta' xatba, il-każ ġie riferut lill-Awtorita ta' l-Ippjanar, u nifhem li diġa' ttieħdet azzjoni. (Enforcement Notice 1258/98)
01.12.98